//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

L-ewwel rebha f’Malta ghal Power Night Star

Id-debuttant Power Night Star (Mario Falzon) bin-numru wiehed, jidher jirbah it-tigrija ewlenija, dik tal-klassi Premier.

Id-debuttant Power Night Star (Mario Falzon) bin-numru wiehed, jidher jirbah it-tigrija ewlenija, dik tal-klassi Premier.

Misjuq minn Mario Falzon, id-debuttant Zvediz Power Night Star, rebah it-tigrija ewlenija li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa, dik riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din it-tigrija kienet taghmel parti mis-36 laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Tlettax kienu z-zwiemel li grew fit-tigrija Premier.Kif mistenni kien Oviedo Vici (Darren Mizzi) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan mexxa lill-kumplament taz-zwiemel ghal parti twila tad-distanza, sakemm beda’ jnaqqas mill-pass fl-ahhar metri. Propju fuq il-linja finali Oviedo Vici nqabez minn Power Night Star (Mario Falzon). Op Le Cosseen (Charlo’ Debono) u Bonus Kall (Shaun Portelli) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold, il-Franciz Quebec (Mark Mifsud) kien kontinwament quddiem u ghalkemm zamm l-ewwel post sal-linja finali, il-gurija tatu t-tielet pozizzjoni minhabba rregolarita’ fl-ahhar metri. B’hekk ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Key Value (Marco Tanti) minn Orion du Vaumicel (Frencu Cassar). Energy Launcher (Charles Camilleri) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda Passons d’Ortige akkwista l-ewwel rebha fi xtutna wara li kien quddiem mill-bidu sat-tmiem filwaqt li fit-tieni wahda sprint qawwi fl-ahhar metri wassal lil Stoms Alex (Charles Camilleri) biex jiehu t-tieni rebha stagonali.

Waqt l-istess laqgha, Tony Demanuele gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Gunju. Dan wara li x-xahar li ghadda dan is-sewwieq rebah zewg finali, permezz ta’ Zilver Boko fil-finali tas-Sette Giugno u b’Icare de Jemma fil-finali tal-Prix de Caen. Barra dan, Demanuele kellu wkoll seba’ pjazzamenti ohra fl-istess xahar.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Icare de Jemma (T. Demanuele) Hin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Apple Tooma (M. Ellul) 3. Royal Qui (I. Bilocca) 4. Nox Blue (C. Calleja)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Stan du Bosq (C. Caruana) Hin – 2.48.7” (1.18.9”) 2. Mac du Boult (T. Demanuele) 3. Nolan Streamline (A. Mifsud) 4. Louise Wood (M. Desira)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quouky du Soir (R. Magro) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Marchallach (C. Camilleri) 3. Orio de Marancourt (F. Cassar) 4. Polytain (N. Baldacchino)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Key Value (M. Tanti) Hin – 2.44.7” (1.17”)  2. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 3. Quebec (M. Mifsud) 4. Energy Launcher (C. Camilleri)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Power Night Star (M. Falzon) Hin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Oviedo Vici (D. Mizzi) 3. Op Le Cosseen (C. Debono) 4. Bonus Kall (S. Portelli)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Passons d’Ortige (H. Mc Kay) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Bella Notte (E. Bondin) 3. Onwards Star (R. Magro) 4. Triangel Kall (F. Tanti)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Stoms Alex (C. Camilleri) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Ouraki du Drochon (T. Tanti) 3. Big Hit (C. Debono) 4. L’Alpha de Cosse (J. Farrugia)


Photo Caption –

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives