//
you're reading...
Horse Racing, Mument

It-tieni rebha f’Malta ghal Shakira Trot

Shakira Trot (Nathaniel Barbara) bin-numru 5 tidher tiehu t-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta fit-tigrija Premier.

Shakira Trot (Nathaniel Barbara) bin-numru 5 tidher tiehu t-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta fit-tigrija Premier.

Id-debba Zvediza Shakira Trot rebhet l-aktar tigrija importanti li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u kienet taghmel parti mis-37 laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m . Shakira Trot kienet misjuqa minn Nathaniel Barbara.

Tnax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Kien Milord Barbes (Frencu Cassar) l-aktar veloci fl-ewwel metri. Dan fetah vantagg zghir minn Shakira Trot (Nathaniel Barbara) u Matirx Reloaded (Rodney Gatt). 200m mit-tmiem, Milord Barbes beda jnaqqas mill-pass u kien f’dak il-mument li Nathaniel Barbara pogga lil Shakira Trot quddiem biex hadet it-tieni rebha f’Malta minn daqstant dehriet quddiem l-istess Milord Barbes. Il-kwotat Label Chouan (David Ellul) u Matrix Reloaded temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Shakira Trot kellha medja ta’ 1.16.1” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, id-Daniz Little Nick ha t-tieni rebha nfila u f’Malta wara li kien kontinwament quddiem. Dan minn Nacarat Campbell (Rodney Gatt), Baron GL (Clint Vassallo) u Rambo Lambo (Noel Baldacchino).

Anki fit-tieni tigrija Gold, il-Franciz Pouvoir Magique (Noel Baldacchino) ukoll irregistra t-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta. Dan wara li f’nofs id-dritta finali rnexxilu jaqbez lil Side Spin (Julian Farrugia). Ozerio (Clint Vassallo) u Nobel Pasmarick (Rodney Gatt) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Saret ukoll finali ta’ Challenge Cup tal-ponijiet bin tal-galopp li ntrebhet minn Mahay-Mandy misjuqa minn Sandro Cutajar. Joe Zerafa, f’isem il-kunsill tal-Malta Racing Club ippremja lil Cutajar fi tmiem it-tigrija.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kulls Nero (T. Demanuele) Hin – 2.51.5” (1.20.1”) 2. Loulou de la Rose (M. Ellul) 3. Leader Changerie (S. Portelli) 4. Kung Fjalar (J. Tabone)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Sir de Landerije (M. Mifsud) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Syllabub (R. Gatt) 3. Third Time Lucky (M. Desira) 4. Law Suit (L. Ghigo)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Koko Loco (J. Gafa’) Hin – 2.48” (1.18.5”) 2. Ackaturbo (F. Portelli) 3. Newton du Pic (F. Abdilla) 4. Poete de la Sarthe (K. Saliba)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Little Nick (D. Mizzi) Hin – 2.43” (1.16.1”) 2. Nacarat Campbell (R. Gatt) 3. Baron GL (C. Vassallo) 4. Rambo Lambo (N. Baldacchino)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Pouvoir Magique (N. Baldacchino) Hin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Side Spin (J. Farrugia) 3. Ozerio (C. Vassallo) 4. Nobel Pasmarick (R. Gatt)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Shakira Trot (N. Barbara) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Milord Barbes (F. Cassar) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Matirx Reloaded (R. Gatt)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Orage du Pont (C. Camilleri) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Zerbin (S. Cassar) 3. Geronimos Cadillac (N. Baldacchino) 4. Lucas Ness (M. Farrugia)

 

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives