//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Milord Barbes jirbah il-finali ewlenija

Il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati Sajfin organizzati ghal zwiemel mill-klassijiet kollha. Dan permezz ta’ seba’ finali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom spikkat l-aktar dik tal-klassi Premier mirbuha minn Milord Barbes misjuq mill-veteran Frencu Cassar. Dan il-programm kien ukoll l-ahhar wiehed qabel il-waqfa tas-Sajf biex b’hekk matul ix-xahar li gej issir hidma ta’ manutenzjoni fuq il-kumpless tal-korsa.

Tnax kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali Premier. Kien Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) l-aktar veloci fl-ewwel battuti tat-tigrija. Dan fetah vantagg zghir minn Milord Barbes (Frencu Cassar) u l-kwotat Power Night Star (Mario Falzon). Izda 300m mit-tmiem Mont Cenis Honey beda jnaqqas mill-velocita’ u kien f’dak il-mument li Cassar talab lil Milord Barbes biex imur quddiem biex b’hekk ittrijonfa f’medja impressjonanti ta’ 1.14.6” fil-kilometru minn Power Night Star, Veikko Hornline (Carl Caruana) u Mont Cenis Honey. Milord Barbes hu propjeta’ ta’ Gorg Debono u ghal dan iz-ziemel din kienet l-ewwel rebha tal-istagun.

Dwell interessanti u kontinwu fl-ahhar battuti tal-finali tal-klassi Gold wassal lil Nacarat Campbell (Rodney Gatt) biex jakkwista t-tieni rebha tieghu minn Orion du Vaumicel (Frencu Cassar). Pouvoir Magique (Noel Baldacchino) u Key Value (Mark Tanti) segwew f’dik l-ordni.

Cal Win (Shaun Portelli) ma naqasx milli jiehu t-tieni rebha tieghu fi xtutna fil-finali tal-klassi Silver. L-ahhar 400m kienu determinanti biex dan l-Izvediz itemm rebbieh minn Bankir Zon (Clint Vassallo), Orage du Pont (Charles Camilleri) u Onwards Star (Redent Magro).

Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) kien kontinwament quddiem matul il-finali ta’ konsolazzjoni ghal zwiemel tal-klassi Silver. B’hekk dan irnexxilu jirregistra t-tieni rebha stagonali bi ftit minn Ouraki du Drochon (Toni Tanti). Jet Space (Rodney Gatt) u Poete de la Sarthe (Kurt Saliba) ukoll kellhom rizultat pozittiv.

Il-favorit Quouky du Soir (Redent Magro) ma falliex milli jiehu t-tielet rebha in fila u fi gziritna fil-finali tal-klassi Bronze. Dan halla kollox ghall-ahhar 500m u temm rebbieh minn Polytain (Noel Baldacchino), Obelix Blue (Salvu Vella) u One Fouteau (Jonathan Zammit).

Fil-finali ta’ konsolazzjoni ghal zwiemel tal-klassi Bronze rega kien hemm success iehor ghal Frencu Cassar. Hawnhekk, Pretty Post (David) Ellul) inqabez f’nofs id-dritta finali minn Orio de Marancourt ta’ Cassar. Dan il-Franciz ha l-ewwel rebha tieghu b’Nolan Streamline (Andy Mifsud) u Nuthan d’Emi (Cliferty Calleja) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-finali tal-klassi Copper ipproduciet l-isbah tmiem tal-gurnata b’sitt zwiemel kollha jissieltu fl-ahhar metri ghar-rebh tat-tigrija. Kien Loulou de la Rose (Michael Ellul) li bi ftit qasam il-linja finali l-ewwel minn Icare de Jemma (Tony Demanuele), Jeo de Touvois (Chris Vassallo) u Orasi Index (Kevin Sciberras).

Il-prezentazzjonijiet lir-rebbieha saru minn Dr Matthew Brincat, Mark Vella u Marco Millo ufficjali tal-Malta Racing Club.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Finali ta’ konsolazzjoni. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Orio de Marancourt (F. Cassar) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Pretty Post (D. Ellul) 3. Nolan Streamline (A. Mifsud) 4. Nuthan d’Emi (C. Calleja)

II Tigrija Finali Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Loulou de la Rose (M. Ellul) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Icare de Jemma (T. Demanuele) 3. Jeo de Touvois (C. Vassallo) 4. Orasi Index (K. Sciberras)

III Tigrija. Finali ta’ konsolazzjoni. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.Ouragan de Crouay (L. Mifsud) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Ouraki du Drochon (T. Tanti) 3. Jet Space (R. Gatt) 4. Poete de la Sarthe (K. Saliba)

IV Tigrija. Finali Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quouky du Soir (R. Magro) Hin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Polytain (N. Baldacchino) 3. Obelix Blue (S. Vella) 4. One Fouteau (J. Zammit)

V Tigrija. Finali Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nacarat Campbell (R. Gatt) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 3. Pouvoir Magique (N. Baldacchino) 4. Key Value (M. Tanti)

VI Tigrija. Finali Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Milord Barbes (F. Cassar) Hin – 2.39.6” (1.14.6”) 2. Power Night Star (M. Falzon) 3. Veikko Hornline (C. Caruana) 4. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino)

VII Tigrija. Finali Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cal Win (S. Portelli) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Orage du Pont (C. Camilleri) 4. Onwards Star (R. Magro)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives