//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

It-tieni rebha nfila ghal Cheeky Jack

Il-Gimgha fil-ghaxija f’Jum l-Indipendenza, fil-korsa tal-Marsa saret l-40 laqgha tal-istagun li originarjament kellha ssir fuq tmien tigrijiet, b’wahda tkun riservata ghal zwiemel tal-galopp. Izda l-ewwel tigrija tat-trott kellha tigi posposta minhabba zewg incidenti. It-tigrija tal-galopp intrebhet mill-Amerikan Cheeky Jack misjuq minn Charles Vella.

Hamsa kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija tal-galopp. Kien Mr Roxy Music (Demis Zammit) l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq. Dan l-Izvediz zamm il-kmand sakemm iz-zwiemel qabdu d-dritta finali u fl-ahhar metri ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Cheeky Jack li qasam il-linja finali l-ewwel minn Timolin (Ramon Grima). Mr Roxy Music kellu jikkuntenta bit-tielet post.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Chaco Bar (Carl Caruana) akkwista l-ewwel rebha tieghu. Dan halla kollox ghall-ahhar metri u temm rebbieh b’tul minn Natif de Salvi (Kurt Saliba) u Orion du Vaumicel (Frencu Cassar). Marquis Penalan (Salvu Vella) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Charles Camilleri talab lil Beckham Bob biex ihaffef il-pass madwar 400m mill-linja finali tat-tieni tigrija Gold. B’hekk dan iz-ziemel ma naqasx milli jirregistra l-ewwel rebha tas-sena b’tul minn Podium (Julian Farrugia). No Comprendo (Andrew Farrugia) u Zombrero Son (Toni Tanti) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda l-kmand alterna bejn numru ta’ zwiemel ghal parti twila tad-distanza sakemm fl-ahhar metri mar quddiem Flying As (Jonathan Farrugia) li ha t-tieni rebha tas-sena minn Olympio des Loyaux (James Carabott), Prince Feulavoir (Joe Bartolo) u Lass Highland (Sandro Cutajar). It-tieni tigrija Silver kienet ikkaratterizzata minn tmiem eccitanti u incert bejn tliet zwiemel. Kien Nasdaq du Closet (Eugenio Zerafa) li ha t-tieni rebha stagonali bi ftit minn Bankiren (Rodney Gatt) u Stonecreek (Etienne Mallia). Julian Port (Kevin Mifsud) spicca r-raba’.

L-ewwel tigrija tal-klassi Copper, kellha tigi posposta ghall-Hadd 30 ta’ Settembru. Dan minhabba li kellha tibda u titwaqqaf f’nofsha darbtejn minhabba zewg incidenti separati. L-ewwel incident involva lid-debba Esmeralda Run u s-sewwieq taghha Brian Green li kellu jigi rikoverat l-isptar. Lil Brian nawgurawlu fejqan ta’ malajr. Fit-tieni incident kien Zut misjuq minn Joe Schembri li waqa’ habta u sabta f’nofs id-distanza. Dan iz-ziemel Taljan miet dak il-hin stess.

Matul l-istess programm is-sewwieq veteran Frencu Cassar gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Lulju. F’dak ix-xahar, Cassar, ta’ 63 sena, rebah zewg finali permezz ta’ Milord Barbes u Orion de Marancourt. Dan barra li kellu xi rebhiet u pjazzamenti ohra. Is-Sur Gorg Axisa, f’isem Anthony Axisa and Sons ippremja lil Cassar.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Imwaqqfa u posposta ghall-Hadd 30 ta’ Settembru.

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Orio de Marancourt (F. Cassar) Hin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. King Boy Du Dane (C. Debono) 3. Linus Spot (D. Mizzi) 4. Omega des Arpents (N. Baldacchino)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Morgan Kane (S. Portelli) Hin – 3.29.4” (1.17.8”) 2. Syllabub (R. Gatt) 3. Simone Surgy (A. Farrugia) 4. Noli de Marray (P. Spiteri)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Cheeky Jack (C. Vella) Hin – 1.13.6” 2. Timolin (R. Grima) 3. Mr Roxy Music (D. Zammit) 4. Friarscourt (M. Sultana)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Flying As (J. Farrugia) Hin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Olympio des Loyaux (J. Carabott) 3. Prince Feulavoir (J. Bartolo) 4. Lass Highland (S. Cutajar)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Chaco Bar (C. Caruana) Hin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Natif de Salvi (K. Saliba) 3. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 4. Marquis Penalan (S. Vella)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) Hin – 3.25.9” (1.18”) 2. Bankiren (R. Gatt) 3. Stonecreek (E. Mallia) 4. Julian Port (K. Mifsud)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Beckham Bob (C. Camilleri) Hin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Podium (J. Farrugia) 3. No Comprendo (A. Farrugia) 4. Zombrero Son (T. Tanti)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives