//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Maghrufa s-semi finalisti tal-kampjonat Premier

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar inghata l-bidu ghall-kampjonat Cassar Petroleum ghal zwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li kienu jaghmlu parti mill-41 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott. Mill-heats Premier 24 ziemel ghaddew ghas-semi finali.

Kien dawra mit-tmiem tal-ewwel heat tal-klassi Premier li James Briffa pogga lil Maximal Value quddiem. Dan iz-ziemel kompla jzid fil-velocita’ fl-ahhar metri biex ha l-ewwel rebha tieghu facilment b’distakk ta’ tul u nofs mid-debuttant Germaniz Sultan November (Frank Portelli), Zilver Boko (Tony Demanuele) u l-gdid Franciz Oncle Sam (Clive Gerada). Shakira Trot (Nathaniel Barbara) u Nuper (Andrew Farrugia) kienu l-ahhar zewg zwiemel li ghaddew ghas-semi finali.

It-tieni heat tal-klassi Premier irrizultat fi dwell interessanti fl-ahhar metri bejn Celebrity Photo (Marvin Cauchi) u Livi Cantona (Charles Camilleri) b’dan tal-ahhar ikun qieghed jirritorna wara assenza ta’ tliet xhur. Kien Celebrity Photo li ha l-ewwel rebha tieghu fi xtutna b’Veikko Hornline (Carl Caruana), Nelson du Val (Salvu Cutajar), Night Inlet (Noel Baldacchino) u Noble d’Ete (Raymond Clifton) jikkwalifikaw ukoll ghall-fazi li jmiss.

Il-favorit Think Yatzee (Clint Vassallo) ma falliex milli jakkwista t-tieni rebha stagonali fit-tielet heat Premier. It-tigrija giet deciza fid-dritta finali b’Vassallo jpoggi lil dan iz-ziemel quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Troy Boshoeve (Salvu Vella), Matrix Reloaded (Rodney Gatt), Count Of Life (Samuel Bezzina), id-debuttant Zvediz St Andrew LB (Noel Baldacchino) u Op Le Cosseen (Charlo’ Debono).

Fir-raba’ u l-ahhar heat Premier, il-Franciz Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) issorprenda lil kulhadd meta dawra mit-tmiem zied fil-velocita’ u fetah vantagg ta’ madwar sitt tulijiet. Ghalkemm fl-ahhar battuti dan il-vantagg naqas drastikament xorta rnexxilu jiehu l-ewwel rebha tal-istagun minn Label Chouan (David Ellul), Major Chaleonnais (Charlo’ Debono) u Joker de Choisel (Frencu Cassar). Max d’Avignere (Marius Mizzi) u Quipo de Billeron (Andrew Farrugia) kienu l-ahhar zewg zwiemel li ghaddew ghas-semi finali.

Sprint fl-ahhar metri waqt it-tigrija tal-klassi Gold wassal lil Netter Williams (Redent Magro) biex jirregistra t-tieni rebha tas-sena bi ftit minn Ygor Of Pass (Tony Demanuele). Oscar du Meu (Frencu Cassar) u Lovely Mab (Johan Gaffarena) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Soren Sufflor (Rodney Gatt) inqabez f’nofs id-dritta finali minn Orage du Pont (Charles Camilleri). B’hekk Orage du Pont ha t-tielet rebha stagonali b’Ostheo d’Havetot (Andrew Farrugia) u No Commentary (Mario Falzon) ikollhom ukoll wirja pozittiva.

Simili wkoll kienet it-tieni tigrija Silver b’Charlo’ Debono ipoggi lil Zerbin fl-ewwel pozizzjoni hekk kif iz-zwiemel qabdu d-dritta finali. Dan temm rebbieh minn Kapro Wareco (Mario Fenech), Onwards Star (Redent Magro) u Korentin (Michael Ellul).

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze, il-favorit u veteran Icare de Jemma (Tony Demanuele) ha l-kmand wara ftit metri mill-bidu tat-tigrija. Dan mexxa lill-kumplament tal-partecipanti sat-tmiem u ha r-raba’ rebha tas-sena u t-tieni wahda nfila minn Hawkear (Rodney Gatt). Donna Giant (Herman Mc Kay) u Ingo Moon (Frank Portelli) dahlu warajhom f’dik il-pozizzjoni.

Il-programm fetah b’tigrija tal-klassi Copper.L-ahhar 700m kienu determinanti biex Jibilo du Terme (Ramon Briffa) jiehu t-tieni rebha tas-sena b’tul minn Mirage d’Ete (Toni Tanti), Orasi Index (Kevin Sciberras) u Loulou de la Rose (Michael Ellul).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Jibilo du Terme (R. Briffa) Hin – 3.27.6” (1.18.6”) 2. Mirage d’Ete (T. Tanti) 3. Orasi Index (K. Sciberras) 4. Loulou de la Rose (M. Ellul)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Icare de Jemma (T. Demanuele) Hin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Hawkear (R. Gatt) 3. Donna Giant (H. Mc Kay) 4. Ingo Moon (F. Portelli)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist 2640m. 1. Orage du Pont (C. Camilleri) Hin – 3.25.7” (1.17.9”) 2. Soren Sufflor (R. Gatt) 3. Ostheo d’Havetot (A. Farrugia) 4. No Commentary (M.Falzon)

IV Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Petroleum. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Maximal Value (J. Briffa) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Sultan November (F. Portelli) 3. Zilver Boko (T. Demanuele) 4. Oncle Sam (C. Gerada) 5. Shakira Trot (N. Barbara) 6. Nuper (A. Farrugia)

V Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Petroleum. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Celebrity Photo (M. Cauchi) Hin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Livi Cantona (C. Camilleri) 3. Veikko Hornline (C. Caruana) 4. Nelson du Val (S. Cutajar) 5. Night Inlet (N. Baldacchino) 6. Noble d’Ete (R. Clifton)

VI Tigrija.  Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Netter Williams (R. Magro) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Ygor Of Pass (T. Demanuele) 3. Oscar du Meu (F. Cassar) 4. Lovely Mab (J. Gaffarena)

VII Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Petroleum. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Think Yatzee (C. Vassallo) Hin – 2.42.5” (1.15.9”)  2. Troy Boshoeve (S. Vella) 3. Matrix Reloaded (R. Gatt) 4. Count Of Life (S. Bezzina) 5. St Andrew LB (N. Baldacchino) 6. Op Le Cosseen (C. Debono)

VIII Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Petroleum. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Label Chouan (D. Ellul) 3. Major Chaleonnais (C. Debono) 4. Joker de Choisel (F. Cassar) 4. Max d’Avignere (M. Mizzi) 6. Quipo de Billeron (A. Farrugia)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Zerbin (C. Debono) Hin – 3.26” (1.18”) 2. Kapro Wareco (M. Fenech) 3. Onwards Star (R. Magro) 4. Korentin (M. Ellul)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives