//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Candy Fantasy u Cheeky Jack jirbhu t-tigrijiet ewlenin

L-aktar zewg tigrijiet mistennija li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu wahda riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u ohra tal-galopp fuq distanza twila ta’ 1750m. Dawn kienu jaghmlu parti mit-42 programm tal-istagun fuq tmien tigrijiet u filwaqt li t-tigrija Premier rat is-success ta’ Candy Fantasy misjuq minn Melvin Farrugia f’dik tal-galopp kien Cheeky Jack li f’idejn Charles Vella ha t-tielet rebha konsekuttiva.

Fit-tigrija tal-klassi Premier kienu miktuba hmistax –il ziemel. Kien Candy Fantasy (Melvin Farrugia) li beda’ l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan zamm il-kmand tul id-distanza kollha u rnexxilu fl-ahhar metri jikkontrolla l-attakki ta’ Knockout Molar (Charles Camilleri) li temm warajh b’distakk ta’ tul. Oscar de la Vallee (Sammy Micallef) u Gentle Way (Eric Bezzina) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. L-ewwel rebha tas-sena ghal Candy Fantasy waslet f’medja ta’ 1.16.7” fil-kilometru.

Tmienja kienu z-zwiemel li bdew mill-gagga tat-tluq fl-uniku tigrija tal-galopp. Hawnhekk kien Timolin (Ramon Grima) li beda’ fost l-aktar veloci. Dan fetah vantagg zghir matul l-ewwel 400m minn Cheeky Jack (Charles Vella) u Docklands Brian misjuq mill-jockey Taljan Antonio Pappalardo. Izda fid-dritta finali Timolin ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Cheeky Jack li f’idejn Charles Vella qasam il-linja finali l-ewwel minn Timolin u Wildnis (Demis Zammit). Buttermilk (Eric Zammit) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Mill-kumplament tat-tigrijiet li gew organizzati, numru ta’ zwiemel ghaddew ghall-finali ta’ sensiela ta’ Condition Races organizzati bl-ghajnuna ta’ Cassar Petroleum. Fl-ewwel minn zewg tigrijiet ghal zwiemel tal-klassi Gold kien il-Franciz No Comprendo (Andrew Farrugia) li ha kontroll assolut tat-tigrija fl-ahhar 300m. B’hekk dan iz-ziemel ha l-ewwel rebha tieghu minn Hulot (Jason Vassallo) u Paradis du Lupin (Ramon Briffa). Quebec (Mark Mifsud) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

It-tieni tigrija tal-klassi Gold kienet ikkaratterizzata minn tmiem incert bejn Newman (Kevin Sciberras) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele) li ziedu l-pass fid-dritta finali. Ir-rebha inghatat lil Ygor Of Pass wara konsultazzjoni mal-photofinish. Milano du Gite (Clint Vassallo) u Magnific As (Michael Ellul) dahlu warajhom f’dik l-ordni.  Ghal Ygor Of Pass din kienet it-tieni rebha tieghu f’Malta.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Silver, Kapro Wareco (Mario Fenech) ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Socrates f’nofs id-dritta finali. Taht il-gwida tas-sewwieq ta’ esperjenza John Briffa, li kien qieghed jirritorna wara assenza ta’ aktar minn sena,  Socrates ha t-tieni rebha tal-istagun b’Prao de Bussy (Ivan Stivala) u Notice As (Carl Caruana) ikollhom ukoll wirja tajba.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze, Herman Mc Kay hasad lil kulhadd meta pogga lil Donna Giant tlieta fuq in-naha ta’ barra 500m mill-linja finali. B’hekk din id-debba Zvediza hadet l-ewwel rebha stagonali facilment b’vantagg ta’ aktar minn seba’ tulijiet minn One Fouteau (Jonathan Zammit), Nolan Streamline (Andy Mifsud) u Abzolute Pepper (Charles Farrugia).

Sprint qawwi matul id-dritta finali tat-tieni tigrija Bronze kien bizzejjed biex Law Suit (Noel Baldacchino) jirregistra t-tielet rebha stagonali tieghu. Syllabub (Rodney Gatt), Petit Veinard (Andrew Magro) u Royal Rox (Salvu Vella) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-programm fetah b’tigrija ghal zwiemel tal-klassi Copper. Din irrizultat fi dwell interessanti matul l-ahhar 300m bejn zewgt idwieb Zvedizi. Kienet Esmeralda Run (Redent Magro) li qasmet il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Malta Sara B (Clint Vassallo). Verdi Broline (Lorraine Cunningham) u Ideal de Suce (Charles Camilleri) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Esmeralda Run (R. Magro) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Malta Sara B (C. Vassallo) 3. Verdi Broline (L. Cunningham) 4. Ideal de Suce (C. Camilleri)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Donna Giant (H. Mc Kay) Hin – 2.47.5” (1.18.3”) 2. One Fouteau (J. Zammit) 3. Nolan Streamline (A. Mifsud) 4. Abzolute Pepper (C. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Law Suit (N. Baldacchino) Hin- 2.46.3” (1.17.7”)  2. Syllabub (R. Gatt) 3. Petit Veinard (A.Magro) 4. Royal Rox (S. Vella)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Cheeky Jack (C. Vella) Hin – 1.47.8” 2. Timolin (R. Grima) 3. Wildnis (D. Zammit) 4. Buttermilk (E. Zammit)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. No Comprendo (A. Farrugia) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Hulot (J. Vassallo) 3. Paradis du Lupin (R. Briffa) 4. Quebec (M. Mifsud)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.Ygor Of Pass (T. Demanuele) Hin – 2.43.4” (1.16.4”)  2. Newman (K. Sciberras) 3. Milano du Gite (C. Vassallo) 4. Magnific As (M. Ellul)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist 2140m. 1. Candy Fantasy (M. Farrugia) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Knockout Molar (C. Camilleri) 3. Oscar de la Vallee (S. Micallef) 4. Gentle Way (E. Bezzina)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Socrates (J. Briffa) Hin – 2.43.7” (1.16.4”) 2. Kapro Wareco (M. Fenech) 3. Prao de Bussy (I. Stivala) 4. Notice As (C. Caruana)

Solemia tirbah il-Prix de l’Arc de Triomphe

Fil-korsa ta’ Longchamp fi Franza l-bierah saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Prix de l’Arc de Triomphe ghall-aqwa zwiemel tal-galopp fuq 2400m. B’kollox tmintax –il ziemel kienu miktuba ghal din it-tigrija. Harget rebbieha l-Irlandiza ta’ erba’ snin Solemia misjuqa mill-Franciz Oliver Peslier.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives