//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

It-tieni rebha nfila ghal Mont Cenis Honey

Il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienu maghrufa l-ewwel finalisti tal-kampjonat Cassar Petroleum ghal zwiemel tal-klassi Premier. Dan meta saret l-ewwel semi finali fuq distanza ta’ 2140m u li kienet taghmel parti mit-43 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijet kollha ghal zwiemel tat-trott. Din intrebhet mill-Franciz Mont Cenis Honey taht il-gwida ta’ Noel Baldacchino li temm ukoll l-ahjar sewwieq bi tliet rebhiet.

Sitta kienu z-zwiemel li ghaddew ghall-finali tal-kampjonat Premier. Wara li matul l-ewwel elf metru rajna l-ewwel pozizzjoni talterna bejn Shakira Trot (Charles Camilleri) u Zilver Boko (Tony Demanuele) kien il-kwotat Mont Cenis Honey li qabizhom u ha kontroll tat-tigrija dawra mill-linja finali. Mont Cenis Honey baqa’ jzomm l-ewwel post sat-tmiem u rebah bi ftit minn Zilver Boko, Count Of Life (Samuel Bezzina) u Shakira Trot. Ghaddew ukoll ghall-finali Celebrity Photo (Marvin Cauchi) u Maximal Value (John Briffa). It-tieni rebha nfila ta’ Mont Cenis Honey waslet f’medja impressjonanti ta’ 1.14.8” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll tigrija ghal zwiemel tal-klassi Gold. Hawnhekk kien Anguz RC (Tony Demanuele) li ceda kollox meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali u nqabez fost l-ohrajn minn Ollico Pellois li f’idejn Noel Baldacchino rregistra t-tielet rebha tas-sena bi ftit minn Orion du Vaumicel (Frencu Cassar). Energy Launcher (Charles Camilleri) u Pinekiller (Josef Farrugia) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Fl-ewwel minn tliet tigrijiet tal-klassi Silver, James Carabott talab lil Pilote de Nganda biex ihaffef il-giri dawra mit-tmiem. B’hekk dan il-Franciz ha l-ewwel rebha tieghu fi gziritna bi ftit minn Julian Port (Rodney Gatt) u Bella Notte (Eugenio Bondin). Stonecreek (Etienne Mallia) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

It-tieni tigrija Silver irrizultat fi dwell interessanti fl-ahhar metri bejn il-veteran Black Guy (David Ellul) u Simb From Abroad (Raymond Micallef). Kien tal-ewwel li ha t-tieni rebha tas-sena b’Lion Mcguire (Noel Baldacchino) u Lonestar Somolli (Brian Zammit) ikollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-laqgha ghalqet bit-tielet u l-ahhar tigrija ghal zwiemel mill-istess klassi. F’din waslet it-tielet rebha tas-serata ta’ Noel Baldacchino permezz ta’ Kandy du Fruitier. Dan iz-ziemel kellu sprint qawwi tul l-ahhar 400m u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Pampero Maybe (Darren Mizzi) u Magnum (Frans Gauci). Willesden Hanover (Wayne Farrugia) dahal fir-raba’ pozizzjoni. Ta’ min wiehed jinnota li Kandy du Fruitier gej mill-istess stalel ta’ Mont Cenis Honey.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mirage d’Ete (M. Mifsud) Hin – 2.47” (1.18”) 2. Dandy (R. Polidano) 3. Jet Starline (C. Camilleri) 4. Rybo Patzie (J. Vella)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hawkear (R. Gatt) Hin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Ingo Moon (C. Camilleri) 3. Divinis (C. Magro) 4. Ace Of Heart (F. Cassar)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Noli de Marray (P. Spiteri) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Emil Brebro (B. Zammit) 3. Kaki de Peyrahout (C. Farrugia) 4. Sir de Landerije (M. Mifsud)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pilote de Nganda (J. Carabott) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Julian Port (R. Gatt) 3. Bella Notte (E. Bondin) 4. Stonecreek (E. Mallia)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ollico Pellois (N. Baldacchino) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 3. Energy Launcher (C. Camilleri) 4. Pinekiller (J. Farrugia)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Black Guy (D. Ellul) Hin – 2.45.1” (1.17.2”) 2. Simb From Abroad (R. Micallef) 3. Lion Mcguire (N. Baldacchino) 4. Lonestar Somolli (B. Zammit)

VII Tigrija. Semi Finali Kampjonat Cassar Petroleum. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino) Hin – 2.40” (1.14.8”) 2. Zilver Boko (T. Demanuele) 3. Count Of Life (S. Bezzina) 4. Shakira Trot (C. Camilleri) 5. Celebrity Photo (M. Cauchi) 6. Maximal Value (J. Briffa)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Kandy du Fruitier (N. Baldacchino) Hin – 2.45.3” (1.17.3”) 2. Pampero Maybe (D. Mizzi) 3. Magnum (F. Gauci) 4. Willesden Hanover (W. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives