//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Think Yatzee f’forma stupenda

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar kienu maghrufa l-ahhar sitt zwiemel finalisti tal-kampjonat Cassar Petroleum ghal zwiemel tal-klassi Premier. Danwara li saret it-tieni semi finali fuq distanza ta’ 2140m u li kienet taghmel parti mill-44 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet tat-trott. Is-semi finali Premier intrebhet mill-favorit Think Yatzee misjuq minn Clint Vassallo.

Tnax kienu z-zwiemel li grew fis-semi finali Premier. Veikko Hornline (Carl Caruana) kien fost l-aktar zwiemel li bdew b’sahhithom wara l-bidu ufficjali. Ghal hafna metri dan kien kontinwament segwit minn Nelson du Val (Salvu Cutajar) u Matrix Reloaded (Rodney Gatt). Is-semi finali hadet svolta ohra fl-ahhar 500m taghha meta fuq in-naha ta’ barra bdew javvanzaw fost l-ohrajn il-favorit Think Yatzee, Livi Cantona (Charles Camilleri) u Troy Boshoeve (Salvu Vella). Kien Think Yatzee li mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex ha t-tielet rebha stagonali u t-tieni wahda nfila minn Veikko Hornline u Troy Boshoeve.  Ghaddew ukoll ghall-finali Matrix Reloaded, Livi Cantona u Noble d’Ete (Raymond Clifton). Think Yatzee kellu medja ta’1.15.9” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza qasira. Fiha hdax kienu z-zwiemel li hadu sehem. Kien Oros de Reve (Charles Camilleri) fost l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel dawra dan il-Franciz fetah vantagg ta’ tul minn Versace Boko (Warren Spiteri) u Orion d’Ostal (Darren Mizzi). Izda hekk kif iz-zwiemel daru ghad-dritta finali taghhom, Oros de Reve ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa tad-debuttant Daniz Mars li f’idejn sidu stess, Josef Cassar ha l-ewwel rebha fl-ewwel dehra. Ghal Cassar din kienet ukoll l-ewwel rebha fil-karriera tieghu. Skip Dimanche (Charlo’ Debono) u Versace Boko (Warren Spiteri) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. L-ewwel rebha ta’ Mars fi gziritna waslet f’medja ta’ 1.15.8”  fil-kilometru.

Mill-kumplament tat-tigrijiet, numru ta’ zwiemel ikkwalifikaw ghall-finali diversi ta’ Condition Races organizzati bl-ghajnuna wkoll ta’ Cassar Petroleum. Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Netter Williams (Redent Magro) ma naqasx milli jakkwista t-tielet rebha tas-sena u t-tieni wahda nfila tieghu. Decizivi ghalih kienu l-ahhar 500m. Baron GL (Clint Vassallo), Naja In Blue (Mario Falzon) u Podium (Julian Farrugia) dahlu warajh f’dik l-ordni.

Ozerio (Noel Baldacchino) ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tieni tigrija Gold. L-ahhar 300m kienu determinanti ghal dan iz-ziemel biex jeghleb l-isfida ta’ Keeping Quality (Charles Magro). Okir de Leau (Brian Hili) u Side Spin (Julian Farrugia) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Silver, il-favorit Orio de Marancourt ma falliex milli jirregistra r-raba’ rebha konsekuttiva. Misjuq mill-veteran Frencu Cassar, dan il-Franciz kellu sprint qawwi fl-ahhar 300m u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul quddiem Rally Simb (James Briffa), Marco Barbes (Kevin Sciberras) u Lotus du Goth (Andrew Spiteri).

Lucas Ness (Maro Farrugia), li kien ghal hafna hin fl-ewwel post waqt it-tieni tigrija Silver, ceda kollox madwar 150m mill-linja finali. Dan inqabez minn Phebus de la Cour (Mark Desira). Izda l-gurija skwalifikat lil Phebus de la Cour minhabba giri hazin biex ir-rebha nghatat xorta lil Lucas Ness minn Lass John (Darren Grima), Darco As (Mark Tanti) u Daring Daylight (Oliver Bonello).

Taqtiegha bejn zewg zwiemel fid-dritta finali waqt l-uniku tigrija tal-klassi Bronze, wasslet lil Marchallach (Rodney Gatt) biex jiehu t-tieni rebha tas-sena bi ftit minn Napol de Mai (Ronald Cassar). Il-favorit Icare de Jemma (Tony Demanuele), li kien ghal hafna hin quddiem, seta’ biss itemm fit-tielet post quddiem Linus Spot (Darren Mizzi).

Il-laqgha fethet b’tigrija ghal zwiemel tal-klassi Copper. Kurt Saliba, permezz ta’ Ksar, halla kollox ghall-ahhar 400m , mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex dan il-Franciz ha l-ewwel rebha stagonali. Dan minn Orasi Index (Kevin Sciberras) u Kung Fjalar (Joseph Tabone) li flimkien dahlu fit-tieni post, segwiti minn Silvio Baldwin (Mario Falzon).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ksar (K. Saliba) Hin – 2.47.9” (1.18.5”) 2. Orasi Index (K. Sciberras) – Kung Fjalar (J. Tabone) 4. Silvio Baldwin (M. Falzon)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Marchallach (R. Gatt) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Napol de Mai (R. Cassar) 3. Icare de Jemma (T. Demanuele) 4. Linus Spot (D. Mizzi)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Orio de Marancourt (F. Cassar) Hin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Rally Simb (J. Briffa) 3. Marco Barbes (K. Sciberras) 4. Lotus du Goth (A. Spiteri)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lucas Ness (M. Farrugia) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2.Lass John (D. Grima) 3. Darco As (M. Tanti) 4. Daring Daylight (O. Bonello)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Mars (J. Cassar) Hin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Oros de Reve (C. Camilleri) 3. Skip Dimanche (C. Debono) 4. Versace Boko (W. Spiteri)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Netter Williams (R. Magro) Hin – 2.42” (1.15.7”) 2. Baron GL (C. Vassallo) 3. Naja In Blue (M. Falzon) 4. Podium (J. Farrugia)

VII Tigrija. Semi Finali Kampjonat Cassar Petroleum. Dist – 2140m. 1. Think Yatzee (C. Vassallo) Hin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Veikko Hornline (C. Caruana) 3. Troy Boshoeve (S. Vella) 4. Matrix Reloaded (R. Gatt) 5. Livi Cantona (C. Camilleri) 6. Noble d’Ete (R. Clifton)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ozerio (N. Baldacchino) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Keeping Quality (C. Magro) 3. Okir de Leau (B. Hili) 4. Side Spin (J. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives