Il-45 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet, sebgha tat-trott u wahda tal-galopp saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. L-aktar tnejn mistennija kienu wahda tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil u tigrija tal-galopp fuq 1250m. Dawn intrebhu minn Oncle Sam f’idejn Clive Gerada u Timolin misjuq mill-jockey Ramon Grima.
Erbatax kienu z-zwiemel miktuba fit-tigrija tal-klassi Premier. Kien Target Player (Carmelo Farrugia) li mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija. Izda f’nofs id-distanza dan l-Izvediz inqabez minn Sultan November (Frank Portelli). Dan ma kienx kollox ghax meta kien jonqos biss madwar 400m mill-linja finali rega kien hemm tibdil iehor fl-ewwel pozizzjoni b’Tony Demanuele ipoggi quddiem lil I Pitstop. Kollox kien jindika li dan iz-ziemel Daniz kien se jiehu l-ewwel rebha tieghu. Izda ftit metri biss mit-tmiem I Pitstop biddel il-pass, safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Oncle Sam (Clive Gerada) li ha l-ewwel rebha fi gziritna minn Nitesco d’Antony (David Ellul), Nagano Phedo (Mario Fenech) u Sultan November. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.14” fil-kilometru.
Fl-uniku tigrija tal-galopp, Marivan (Eric Zammit) kien l-aktar ziemel veloci mill-gagga tat-tluq. Dan fetah vantagg ta’ nofs tul minn Privilidged Boy (Michael Sultana) u Timolin (Ramon Grima). Meta z-zwiemel bdew jippreparaw biex iduru ghad-dritta finali Marivan beda jnaqqas mill-pass u kien f’dak il-mument li approfitta Timolin li mar quddiem biex rebah mid-debuttant Ingliz Four Richer (Demis Zammit) u Privilidged Boy. Ghal Timolin din kienet l-ewwel rebha wara diversi pjazzamenti tajbin fl-ahhar gimghat.
L-uniku tigrija tal-klassi Gold li giet organizzata l-bierah, kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha bejn hames zwiemel fid-dritta finali. Kien St Andrew LB (Noel Baldacchino) li ha l-ewwel rebha fi xtutna b’madwar tul minn Imbra d’Alfa (Charles Camilleri). Quid de la Muette (Mark Desira) u Quipo de Billeron (Andrew Farrugia) dahlu warajhom f’dik l-ordni.
Bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin lil Baronello (Jason Vassallo) biex imur quddiem sa mill-bidu nett waqt l-ewwel tigrija Silver. Dan zamm il-kmand sal-ahhar u temm rebbieh minn Oural d’Asnois (Patrick Spiteri), Passons d’Ortige (Herman Mc Kay) u Prince du Moutier (Raymond Schembri).
Dwell interessanti bejn Lonestar Somolli (Brian Zammit), Lacoste IT (Eric Bezzina) u Arctic Tooma (Mario Farrugia) fid-dritta finali tat-tieni tigrija Silver wassal lil tal-ewwel biex jiehu r-raba’ rebha tas-sena. Nerval du Donjon (Ivan Bilocca) temm ir-raba’.
Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze Linus Spot (Charles Farrugia), li okkupa l-ewwel post ghal parti twila tad-distanza, ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Icare de Jemma (Tony Demanuele) f’nofs id-dritta finali. Dan tal-ahhar ikkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti ta’ din is-sena meta akkwista l-hames rebha stagonali b’Nuthan d’Emi (Cliferty Calleja) u Robin Lou (Michael Ellul) jispiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Mr King (Frans Tanti) irregistra t-tieni rebha stagonali fit-tieni tigrija Bronze. Dan wara li dan iz-ziemel kellu sprint qawwi fuq in-naha ta’ barra matul l-ahhar 500m u qasam il-linja finali l-ewwel minn Marlow As (Christian Vassallo), Mr Snowman (Charles Camilleri) u Noble d’Urzy (Jeffrey Said).
Il-programm fetah b’tigrija tal-klassi Copper fejn fiha mhux biss rega kien hemm protagonist ewlieni Tony Demanuele izda fuq kollox spikkaw erbat idwieb li dahlu fl-ewwel pozizzjonijiet. Demanuele talab lid-debba Olandiza Ariane A biex taghmel l-assalt taghha fuq in-naha ta’ barra 700m mit-tmiem. Din rnexxilha tittrijonfa b’vantagg ta’ aktar minn tnax –il tul minn Louise Wood (Mark Desira), Luriga Liz (Brian Pulis) u Rybo Patzie (John Vella). Ariane A kellha medja impressjonanti wkoll ta’ 1.14” fil-kilometru, l-istess medja registrata fil-klassi Premier.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Ariane A (T. Demanuele) Hin – 2.01.4” (1.14”) 2. Louise Wood (M. Desira) 3. Luriga Liz (B. Pulis) 4. Rybo Patzie (J. Vella).
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Icare de Jemma (T. Demanuele) Hin – 2.06.3” (1.17”) 2. Linus Spot (C. Farrugia) 3. Nuthan d’Emi (C. Calleja) 4. Robin Lou (M. Ellul)
III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Baronello (J. Vassallo) Hin – 2.04.1” (1.15.7”) 2. Oural d’Asnois (P. Spiteri) 3. Passons d’Ortige (H. Mc Kay) 4. Prince du Moutier (R. Schembri)
IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Timolin (R. Grima) Hin – 1.14.2” 2. Four Richer (D. Zammit) 3. Privilidged Boy (M. Sultana) 4. Marivan (E. Zammit)
V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. St Andrew LB (N. Baldacchino) Hin – 2.01.9” (1.14.4”) 2. Imbra d’Alfa (C. Camilleri) 3. Quid de la Muette (M. Desira) 4. Quipo de Billeron (A. Farrugia)
VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Lonestar Somolli (B. Zammit) Hin – 2.03.1” (1.15.1”) 2. Lacoste IT (E. Bezzina) 3. Arctic Tooma (M. Farrugia) 4. Nerval du Donjon (I. Bilocca)
VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Oncle Sam (C. Gerada) Hin – 2.01.4” (1.14”) 2. Nitesco d’Antony (D. Ellul) 3. Nagano Phedo (M. Fenech) 4. Sultan November (F. Portelli)
VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Mr King (F. Tanti) Hin – 2.05.9” (1.16.7”) 2. Marlow As (C. Vassallo) 3. Mr Snowman (C. Camilleri) 4. Noble d’Urzy (J. Said)
Discussion
No comments yet.