//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Esmeralda Run u Napol de Mai jirbhu l-ewwel finali

Nhar il-Gimgha fil-ghaxija, iz-zewg finali ta’ Condition Races mill-kompetizzjoni Cassar Petroleum ghal zwiemel mill-klassijiet Bronze u Copper fuq distanza ta’ 2140m intrebhu minn Esmeralda Run u Napol de Mai. Dawn kienu jaghmlu parti mis-46 programm tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott u kienu l-ewwel minn sensiela ta’ hames finali li qieghed isiru f’dan it-tmiem il-gimgha.

Fil-finali ewlenija, dik ghal zwiemel tal-klassi Bronze, Marchallach (Rodney Gatt) kellu l-kmand ghal parti twila tad-distanza. Izda fid-dritta finali naqqas ferm mill-velocita’ tieghu u nqabez minn Napol de Mai (Ronald Cassar) li rnexxilu jirregistra l-ewwel rebha tas-sena. Law Suit (Noel Baldacchino) u Syllabub (Charles Camilleri) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Disgha kienu z-zwiemel li grew fil-finali tal-klassi Copper. Wara li fl-ewwel battuti l-ewwel pozizzjoni alternat bejn Esmeralda Run (Redent Magro) u Dandy (Robert Polidano) kien fl-ahhar 400m li Magro ha kontroll assolut bid-debba tieghu u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul mill-istess Dandy. Jet Starline (Mario Fenech) u Orasi Index (Kevin Sciberras) dahlu warajhom f’dik l-ordni. Ghal Esmeralda Run din kienet ir-raba’ rebha tas-sena.

Il-laqgha nkludiet ukoll tigrija normali tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Candy Fantasy (Melvin Farrugia) kien quddiem tul id-distanza kollha u rnexxilu jikseb it-tieni rebha nfila tieghu minn Mars (Rodney Gatt) u Magic de Assigny (Julian Farrugia). Narval d’Ecajuel (Carmelo Micallef) temm fir-raba’ post.

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet ghal zwiemel tal-klassi Gold, Quebec (Mark Mifsud) halla kollox ghad-dritta finali biex akkwista l-ewwel rebha stagonali minn Key Value (Mark Tanti). Oolong (Cliferty Calleja) u Paradis du Lupin (Ramon Briffa) kellhom ukoll prestazzjoni tajba.

Verament missielta kienet it-tieni tigrija Gold, b’Petrus du Vivier (Mark Desira) jirnexxilu jaqbez lil Novak (Tony Demanuele) propju fuq il-linja finali. Orion de Chapeau (Chris Vassallo) u Lime Casted (Charles Camilleri) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.  Ghar-rebbieh dan kien il-hames success tas-sena.

Matul l-istess programm, is-sewwieq zghazugh Charlo’ Debono gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Ottubru. Dan wara li fost l-ohrajn kien rebah zewg tigrijiet ewlenin fi klassi Premier u Silver b’Major Chaleonnais u Zerbin rispettivament. Dan barra bosta pjazzamenti ohra fl-istess perjodu.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Loulou de la Rose (M. Ellul) Hin – 2.06.4” (1.17.1”) 2. Flying Cowboyland (R. Magro) 3. Koechel Baz (C. Mifsud) 4. Mailbag (C. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Divinis (C. Camilleri) Hin – 2.06.4” (1.17.1”) 2. Polytain (D. Baldacchino) 3. Widget (M. Ellul) 4. Above Roland (G. Attard)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Count Wiesnievski (R. Gatt) Hin – 2.03.4” (1.15.3”) 2. Notice As (C. Caruana) 3. Darco As (M. Tanti) 4. Onwards Star (R. Magro)

IV Tigrija. Finali Cassar Petroleum Condition Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Esmeralda Run (R. Magro) Hin – 2.46.2” (1.17.6”) 2. Dandy (R. Polidano) 3. Jet Starline (M. Fenech) 4. Orasi Index (K. Sciberras)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Quebec (M. Mifsud) Hin – NTR 2. Key Value (M. Tanti) 3. Oolong (C. Calleja) 4. Paradis du Lupin (R. Briffa)

VI Tigrija.  Finali Cassar Petroleum Condition Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Napol de Mai (R. Cassar) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Marchallach (R. Gatt) 3. Law Suit (N. Baldacchino) 4. Syllabub (C. Camilleri)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Candy Fantasy (M. Farrugia) Hin – 2.04.4” (1.15.9”) 2. Mars (R. Gatt) 3. Magic de Assigny (J. Farrugia) 4. Narval d’Ecajuel (C. Micallef)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Petrus du Vivier (M. Desira) Hin – 2.03.1” (1.15.1”) 2. Novak (T. Demanuele) 3. Orion de Chapeau (C. Vassallo) 4. Lime Casted (C. Camilleri)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives