//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Troy Boshoeve jissorprendi fil-finali ewlenija

L-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet il-finali tal-kampjonat Cassar Petroleum ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mis-47 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott u ntrebhet minn Troy Boshoeve misjuq mill-Ghawdxi Salvu Vella.

Tnax kienu z-zwiemel li bdew fil-finali Premier. Shakira Trot (Julian Farrugia) kienet fost l-aktar veloci wara l-bidu ufficjali u matul l-ewwel 700m kellha dwell kontinwu flimkien ma’ Veikko Hornline (Carl Caruana). Dawra mit-tmiem resaq vicin ta’ dawn it-tnejn Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) u kien dan tal-ahhar li f’dak l-istadju mar quddiem. Izda l-finali hadet svolta differenti fl-ahhar 250m fejn zviluppat f’taqtiegha qawwija bejn hames zwiemel. Kien Salvu Vella li bl-outsider Troy Boshoeve hasad u ssorprenda lil kulhadd bi sprint qawwi fuq in-naha ta’ gewwa. Dan il-Germaniz ha l-ewwel rebha tieghu quddiem Zilver Boko (Tony Demanuele) u Livi Cantona (Charles Camilleri). Shakira Trot temmet fir-raba’ post. Troy Boshoeve kellu medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru. Fi tmiem il-finali, s-Sur Darren Marmara’, CEO ta’ Cassar Group ipprezenta t-trofew lil Salvu Vella u lis-sidien taz-ziemel rebbieh, is-sinjuri Azzopardi u Vella.

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll zewg finali ta’ Condition Races fuq l-istess distanza izda miftuha ghal zwiemel mill-klassijiet Gold u Silver. Fil-finali tal-klassi Gold, Netter Williams (Redent Magro) beda l-assalt tieghu dawra mit-tmiem. B’hekk dan il-Franciz ha t-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda nfila b’tul minn Ozerio (Charles Camilleri) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele). Baron GL (Clint Vassallo) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Fil-finali tal-klassi Silver, Kapro Wareco (Mario Fenech) kellu bidu tajjeb sa mill-ewwel metri tat-tigrija, okkupa l-ewwel post sakemm iz-zwiemel qabdu jaffrontaw l-ahhar mitt metru taghhom. Kien f’dak il-mument li Raymond Micallef talab lil Simb From Abroad biex jibda l-attakk tieghu u rnexxilu jaqbez lil Kapro Wareco propju fuq il-linja finali. Black Guy (David Ellul) u Pilote de Nganda (James Carabott) temmew warajhom f’dik l-ordni.  Is-Sinjuri Darren Marmara’ u Karl Gambin, f’isem Cassar Petroleum Services, ippremjaw lis-sidien u s-sewwieqa l-ohra li z-zwiemel taghhom rebhu l-finali.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold, Side Spin (Julian Farrugia) kien il-hin kollu quddiem u ma sab ebda tbatija biex jirregistra t-tieni rebha stagonali. Dan minn Paleo de la Dives (Clint Vassallo), Lion Mcguire (Noel Baldacchino) u Lewis Shadow (Nathaniel Barbara).

Fl-ewwel minn tliet tigrijiet normali tal-klassi Silver, Toni Tanti kien strumentali biex Olifant du Puoy ha l-ewwel rebha tas-sena wara sprint fl-ahhar battuti. Simili kienet it-tieni tigrija tal-istess klassi, b’Simb Groovy (Redent Magro) jiehu kontroll assolut tal-kumplament taz-zwiemel fl-ahhar metri. No Commentary (Mario Falzon) ha l-ewwel rebha tieghu fit-tielet tigrija Silver wara li avvanza fuq in-naha ta’ barra matul l-ahhar 700m.

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Bronze li fiha Nolan Streamline (Andy Mifsud) qasam il-linja finali l-ewwel minn Noble Candeen (Darren Mizzi). Izda dawn it-tnejn sfaw skwalifikati mill-gurija bir-rebha inghatat lit-tielet pjazzata Vera LH (David Ellul).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Vera LH (D. Ellul) Hin – 2.05.9” (1.16.8”) 2. Abzolute Pepper (C. Farrugia) 3. Brokkur TYC (P. Farrugia) 4. Manifi Pointer (C. Fava)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Olifant du Puoy (T. Tanti) Hin – 2.05.5” (1.16.5”) 2. Stanford Hornline (A. Pace) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Triangel Kall (F. Tanti)

III Tigrija. Finali Cassar Petroleum Condition Race. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Simb From Abroad (R. Micallef) Hin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Kapro Wareco (M. Fenech) 3. Black Guy (D. Ellul) 4. Pilote de Nganda (J. Carabott)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Simb Groovy (R. Magro) Hin – 2.05” (1.16.2”) 2. Landi Breton (D. Ellul) 3. Notre Joyeux (C. Camilleri) 4. Ocean Brillouard (N. Baldacchino)

V Tigrija.  Finali Cassar Petroleum Condition Race. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Netter Williams (R. Magro) Hin – 2.42.7” (1.16”) 2. Ozerio (C. Camilleri) 3. Ygor Of Pass (T. Demanuele) 4. Baron GL (C. Vassallo)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Side Spin (J. Farrugia) Hin – 2.03.8” (1.15.5”) 2. Paleo de la Dives (C. Vassallo) 3. Lion Mcguire (N. Baldacchino) 4. Lewis Shadow (N. Barbara)

VII Tigrija.  Finali Cassar Petroleum Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Troy Boshoeve (S. Vella) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Zilver Boko (T. Demanuele) 3. Livi Cantona (C. Camilleri) 4. Shakira Trot (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. No Commentary (M. Falzon) Hin – 2.05” (1.16.3”) 2. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 3. Stonecreek (E. Mallia) 4. RSP Knife (R. Gatt)

 

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives