//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Id-debuttant Oltedo de Rieux ma jfallix fil-Premier

Id-debuttant Franciz ta’ ghaxar snin Oltedo de Rieux rebah it-tigrija ewlenija li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u kienet taghmel parti mid-49 laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet tat-trott. Oltedo de Rieux kien misjuq minn Noel Baldacchino, li l-gimgha temm l-ahjar sewwieq b’erba’ rebhiet. Certament dan se jibqa programm memorabbli ghal Baldacchino.

Fit-tigrija Premier hadu sehem b’kollox hmistax –il ziemel. Kien Simb Mark (Julian Farrugia) fost l-aktar veloci sa mill-ewwel battuti. Dan fetah vantagg zghir ta’ nofs tul minn Target Player (Carmelo Farrugia) u Baron Flax (Shawn Portelli). Izda madwar 400m mill-linja finali, Simb Mark beda’ jnaqqas mill-giri tieghu u fl-istess hin beda l-avvanz tieghu Oltedo de Rieux li mar quddiem u akkwista l-ewwel rebha fl-ewwel dehra quddiem debuttant iehor, l-Izvediz Opal Hall, taht il-gwida ta’ Charles Camilleri. Nagano Phedo (Mario Fenech) u Nophenio de Lune (Mark Desira) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.4” fil-kilometru.

Il-laqgha nkludiet ukoll tliet tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda Okir de Leau (Brian Hili) ha l-ewwl rebha tieghu. Dan il-Franciz kien il-hin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Milano du Gite (Alex Cortis), Natif de l’Hommee (Reuben Galea) u Paleo de la Dives (Sam Cassar).

L-ahhar 400m kienu determinanti biex Ozerio (Noel Baldacchino) jirregistra t-tieni rebha f’Malta fit-tieni tigrija Gold u bi ftit minn Natif de Fontaine (Kurt Saliba). Side Spin (Julian Farrugia) li kien ghal hafna hin quddiem u Simb From Abroad (Clive Gerada) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Fit-tielet tigrija Gold waslet ir-raba’ rebha tas-serata ghal Noel Baldacchino. Hawnhekk, sprint qawwi matul id-dritta finali kien bizzejjed biex Baldacchino iwassal lil Lion Mcguire jiehu l-ewwel rebha tas-sena minn Count Wiesnievski (Rodney Gatt) u Obi Wan Kenobi (George Attard). Biggles Coquet (Mario Farrugia) temm ir-raba’.

Saret ukoll tigrija tal-ponijiet fuq distanza qasira ta’ 700 metru. Din intrebhet minn   Speedy Gabriel misjuq minn Carl Caruana.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Polytain (N. Baldacchino) Hin – 2.47” (1.15”) 2. Donna Giant (H. Mc Kay) 3. Above Roland (G. Attard) 4. Nereus Galbe (C. Calleja)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Wonderofyou (J. Farrugia) Hin – NTR 2. Stanford Hornline (A. Pace) 3. Passons d’Ortige (H. Mc Kay) 4. Mint Condition (J. Vassallo)

III Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Okir de Leau (B. Hili) Hin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Milano du Gite (A. Cortis) 3. Natif de l’Hommee (R. Galea) 4. Paleo de la Dives (S. Cassar)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Iatas Kid (D. Mizzi) Hin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Prao de Bussy (I. Stivala) 3. Shamin (R. Attard) 4. Schejken Bill (C. Xerri)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ozerio (N. Baldacchino) Hin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Natif de Fontaine (K. Saliba) 3. Side Spin (J. Farrugia) 4. Simb From Abroad (C. Gerada)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Oltedo de Rieux (N. Baldacchino) Hin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Opal Hall (C. Camilleri) 3. Nagano Phedo (M. Fenech) 4. Nophenio de Lune (M. Desira)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lion Mcguire (N. Baldacchino) Hin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Count Wiesnievski (R. Gatt) 3. Obi Wan Kenobi (G. Attard) 4. Biggles Coquet (M. Farrugia)

 

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives