//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

L-ewwel rebha ghal Versace Boko fil-Premier

It-tigrija ewlenija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet miftuha ghal zwiemel tal-klassi Premier. Din saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u kienet taghmel parti mill-hamsin laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet. Din it-tigrija tant mistennija ntrebhet minn Versace Boko misjuq minn Warren Spiteri.

Sittax kienu z-zwiemel li bdew it-tigrija Premier. Minn dawn, kien l-Izvediz Versace Boko (Warren Spiteri) l-aktar veloci fl-ewwel metri fejn irnexxilu jiftah vantagg zghir minn Superior As (Shawn Portelli) u Milord Barbes (Frencu Cassar). Dawra mit-tmiem resaq ukoll vicin ta’ Versace Boko l-Franciz Nuage de Bourgogne (Herman Mc Kay). Izda l-giri ta’ Versace Boko baqa’ konsistenti sal-ahhar u dan ha l-ewwel rebha tieghu minn Wiss Night Hawk (Jeffrey Said) li kellu avvanz tajjeb fl-ahhar metri, Milord Barbes u Nono de Crouay (Melvin Farrugia). Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, il-kwotat Night Inlet (Noel Baldacchino) mar quddiem f’nofs id-distanza u ma sab ebda tbatija biex izomm l-ewwel pozizzjoni u jiehu t-tieni rebha tas-sena b’nofs tul minn Quebec (Mark Mifsud). Pinekiller (Marco Refalo) u Quid de la Muette (Mark Desira) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Sprint qawwi matul l-ahhar 500m wassal lil Key Value (Mark Tanti) biex jirregistra t-tieni rebha stagonali fit-tieni tigrija Gold. Dan bi ftit minn Baron GL (Noel Baldacchino) u Orion du Vaumicel (Frencu Cassar). Id-debuttant Amerikan Argus Hanover (Charles Camilleri) ukoll kellu wirja tajba wara dahal ir-raba’.

Il-laqgha nkludiet ukoll tliet tigrijiet tal-klassi Silver. L-ewwel wahda minnhom kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha kumbattuta bejn hames zwiemel fid-dritta finali. Kien Bankiren (Rodney Gatt) li qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Oural d’Asnois (Patrick Spiteri), Loustic d’Anjou (Eric Bezzina) u Julian Port (Kevin Mifsud).

Lucas Ness (Mario Farrugia) beda jnaqqas mill-giri 300m mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver u fl-ahhar battuti dan inqabez minn Darco As misjuq minn Marco Tanti. Bankir Zon (Charles Camilleri) u Onwards Star (Redent Magro) kellhom ukoll wirja pozittiva. B’hekk Darco As akkwista l-ewwel rebha tas-sena. B’hekk Tanti ha t-tieni rebha tal-gurnata.

Fit-tielet tigrija tal-istess klassi kien Charm Hammering (Carmelo Farrugia) li ha l-ewwel rebha fi xtutna. Kien 400m mit-tmiem li Farrugia pogga lil dan iz-ziemel tlieta fuq in-naha ta’ barra biex temm l-ewwel quddiem Obiscus del Fa (Julian Farrugia), Law Suit (Noel Baldacchino) u Octobre En Fete (Charles Camilleri).

Il-programm fetah b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, l-Izvediza Malta Sara B (Rodney Gatt) irregistrat it-tielet rebha tas-sena wara li halliet kollox ghad-dritta finali. Ghal Gatt din kienet it-tieni rebha fil-programm. Debba ohra, il-favorita Esmeralda Run (Redent Magro) ma fallietx milli tiehu t-tielet rebha konsekuttiva taghha u l-hames wahda stagonali fit-tieni tigrija Copper. Din hadet il-kmand dawra mit-tmiem.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Malta Sara B (R. Gatt) Hin – 2.49.8” (1.19.4”) 2. Lotus Millpond (M. Falzon) 3. Ideal de Suce (C. Camilleri) 4. Lulu Moliere (E. Bonello)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Esmeralda Run (R. Magro) Hin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Loulou de la Rose (M. Ellul) 3. Neron Pierji (E. Fenech) 4. Noel de Corneville (B. Hili)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bankiren (R. Gatt) Hin – 2.45.9” (1.17.6”) 2. Oural d’Asnois (P. Spiteri) 3. Loustic d’Anjou (E. Bezzina) 4. Julian Port (K. Mifsud)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Night Inlet (M. Refalo) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Quebec (M. Mifsud) 3. Pinekiller (M. Refalo) 4. Quid de la Muette (M. Desira)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Darco As (M. Tanti) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Lucas Ness (M. Farrugia) 3. Bankir Zon (C. Camilleri) 4. Onwards Star (R. Magro)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Key Value (M. Tanti) Hin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Baron GL (N. Baldacchino) 3. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 4. Argus Hanover (C. Camilleri)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Versace Boko (W. Spiteri) Hin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Wiss Night Hawk (J. Said) 3. Milord Barbes (F. Cassar) 4. Nono de Crouay (M. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Hammering (C. Farrugia) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Obiscus Del Fa (J. Farrugia) 3. Law Suit (N. Baldacchino) 4. Octobre En Fete (C. Camilleri)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives