//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Success ghal Nino de Saintho u Nuage de Bourgogne fil-Premier

Nino de Saintho u Nuage de Bourgogne rebhu z-zewg tigrijiet ewlenin li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semi finali mill-kampjonat Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u kienu jaghmlu parti mit-52 programm tas-sena fuq ghaxar tigrijiet.

Miz-zewg semi finali Premier tmien zwiemel ohra kkwalifikaw ghall-finali. Fl-ewwel wahda Nagano Phedo (Mario Fenech) kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel elf metru fetah vantagg zghir minn Narval d’Ecajuel (Carmelo Micallef) u Magic de Assigny (Julian Farrugia). Izda 600m mit-tmiem Nagano Phedo beda jnaqqas mill-giri u nqabez minn Nophenio de Lune (Michael Ellul) li fetah vantagg ta’ zewg tulijiet. Sfortunatement iz-ziemel ta’ Ellul biddel il-pass meta l-partecipanti daru ghad-dritta finali u kien f’dak il-mument li Cliferty Calleja approfitta u pogga quddiem lil Nino de Saintho li rregistra l-ewwel rebha tieghu minn Magic de Assigny. Id-debuttant Ouest Mabon (Michael Ghigo) u Natieu d’Echal (Brian Hili) akkwistaw ukoll post fil-finali. Nino de Saintho kellu medja ta’ 1.17.7” fil-kilometru.

Nuage de Bourgogne (Herman Mc Kay) akkwista s-sitt rebha tal-istagun fit-tieni semi finali Premier. Dan iz-ziemel ma sab ebda tbatija biex izomm l-ewwel pozizzjoni tul id-distanza kollha u rebah facilment b’tul minn Nitesco d’Antony (David Ellul) u Nabab du Chatelet (Charles Camilleri). Nono de Crouay (Melvin Farrugia) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghall-finali. Nuage de Bourgogne kellu l-ahjar medja tal-programm, dik ta’ 1.15.3” fil-kilometru u kkonferma fuq kollox li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti din is-sena.

Fl-ewwel semi finali mill-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold, Natif de l’Hommee (Reuben Galea) ra l-vantagg li kellu jisfuma fix-xejn matul l-ahhar 600m. Dan inqabez minn Ozerio (Noel Baldacchino) li rregistra t-tielet rebha stagonali u t-tieni wahda nfila quddiem Natif de Fontaine (Kurt Saliba), Niky du Donjon (Joe Vella) u Onyx Speed (Christian Xerri).

Orion du Vaumicel, misjuq mis-sewwieq veteran Frencu Cassar, kien kontinwament quddiem waqt it-tieni heat Gold. Dan ma sab ebda tbatija biex jakkwista l-ewwel rebha tieghu b’tul quddiem Quebec (Mark Mifsud). Ouest du Vivier (Cliferty Calleja) u Magnifique Sablais (Julian Farrugia) ghaddew ukoll ghall-fazi li jmiss.

Kevin Azzopardi pogga lil Nicos de Peneme quddiem f’nofs id-distanza tat-tielet heat Gold. Dan iz-ziemel zamm sod sal-ahhar biex ha r-raba’ rebha stagonali bi ftit minn Natif de Salvi (Kurt Saliba). Onyx Lucernais (Jason Cordina) u Oscar des Racques (Clint Vassallo) kienu l-ahhar zewg zwiemel li ghaddew ghall-fazi li jmiss.

Mit-tliet heats miftuha ghal zwiemel Francizi tal-klassi Silver, tnax –il ziemel ghaddew ghas-semi finali. Fl-ewwel wahda, Prao de Bussy (Ivan Stivala) ha l-ewwel rebha tieghu fi xtutna wara li qabez lil Lotus du Goth (Andrew Spiteri) f’nofs id-dritta finali.  Dejjem quddiem kien Notre Allegro (Michael Ghigo) fit-tieni heat Silver b’dan jittrijonfa b’nofs tul minn Pascal d’Ablon (Ramon Briffa). Fl-ahhar heat mill-istess klassi, kien Mario Falzon li b’No Commentary issorprenda lil kulhadd fl-ahhar metri u qasam il-linja finali l-ewwel minn Passons d’Ortige (Herman Mc Kay).

L-ewwel tigrija tal-programm kienet heat ghal zwiemel mill-klassi Bronze. Nerlo Villetot (Redent Magro) qasam il-linja finali l-ewwel wara li zied il-giri fl-ahhar 300m. Il-laqgha nkludiet ukoll tigrija tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1250m. Little Anthony (Demis Zammit), li kien l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq, inqabez minn Darielli (Ramon Grima) meta z-zwiemel qabdu l-ahhar kurva taghhom. Cheeky Jack (Charles Vella) temm it-tielet. Ghal Darielli din kienet it-tieni rebha tas-sena.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Nerlo Villetot (R. Magro) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Orlando Dix (C. Camilleri) 3. Mezio Josselyn (V. Fenech) 4. Niko de Chamant (S. Grixti) 5. One Fouteau (J. Zammit)

II Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Prao de Bussy (I. Stivala) Hin – 3.24.2” (1.17.3”) 2. Lotus du Goth (A. Spiteri) 3. Ogor (F. Cassar) 4. Joss Royal (J. Farrugia)

III Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Notre Allegro (M. Ghigo) Hin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Pascal d’Ablon (R. Briffa) 3. Olifant du Puoy (T. Tanti) 4. Match de Bannes (N. Baldacchino)

IV Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ozerio (N. Baldacchino) Hin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Natif de Fontaine (K. Saliba) 3. Niky du Donjon (J. Vella) 4. Onyx Speed (C. Xerri)

V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Darielli (R. Grima) Hin – 1.14.8” 2. Little Anthony (D. Zammit) 3. Cheeky Jack (C. Vella)

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Orion du Vaumicel (F. Cassar) Hin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Quebec (M. Mifsud) 3. Ouest du Vivier (C. Calleja) 4. Magnifique Sablais (J. Farrugia)

VII Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nino de Saintho (C. Calleja) Hin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Magic de Assigny (J. Farrugia) 3. Ouest Mabon (M. Ghigo) 4. Natieu d’Echal (B. Hili)

VIII Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) Hin – 3.22” (1.16.5”) 2. Natif de Salvi (K. Saliba) 3. Onyx Lucernais (J. Cordina) 4. Oscar des Racques (C. Vassallo)

IX Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nuage de Bourgogne (H. Mc Kay) Hin – 3.18.8” (1.15.3”) 2. Nitesco d’Antony (D. Ellul) 3. Nabab du Chatelet (C. Camilleri) 4. Nono de Crouay (M. Farrugia)

X Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. No Commentary (M. Falzon) Hin – 3.26.1” (1.18.1”) 2. Passons d’Ortige (H. Mc Kay) 3. Obiscus del Fa (J. Farrugia) 4. Oscar de France (D. Ellul)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives