//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Ikunu maghrufa l-finalisti tat-Tazza tal-President

Il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu maghrufa l-ahhar disa’ zwiemel li ghaddew ghall-finali tat-Tazza tal-President ghal zwiemel tal-klassi Premier u li l-finali taghha se ssir fit-13 ta’ Dicembru li gej.  Dan wara li saru tliet heats ohra li kienu jaghmlu parti mill-54 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn il-heats intrebhu minn Mystere d’Urfist, Kakisis u Zilver Boko.

Hdax kienu z-zwiemel miktuba fl-ewwel heat Premier. F’din it-tigrija, wara li l-ewwel pozizzjoni alternat bejn numru ta’ zwiemel matul l-ewwel metri, kien Maximal Value (James Briffa) li ha l-kmand u fetah vantagg ta’ tul minn Mystere d’Urfist (Rodney Gatt) u Baron Flax (Shaun Portelli).  Izda f’nofs id-dritta finali Maximal Value naqqas mill-pass u nqabez minn Mystere d’Urfist li rregistra l-ewwel rebha tas-sena minn Wiss Night Hawk (Jeffrey Said). Nophenio de Lune (Michael Ellul) dahal ir-raba’. Mystere d’Urfist kellu medja ta’ 1.16” fil-kilometru u ta’ min wiehed jirrimarka li r-rebbieh hu propjeta’ tas-Sur Josef Cassar li ziemel iehor tieghu, Mars, il-Gimgha rebah l-ewwel heat ta’ dan il-kampjonat.

It-tieni heat Premier kellha wiehed mill-aktar tmiem kumbattuti u incerti tal-programm. F’din it-tigrija osservajna taqtiegha missielta bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri u kien Kakisis (Johan Axisa) li bi ftit qasam il-linja finali l-ewwel minn Shakira Trot (Charles Camilleri) u Power Night Star (Rodney Gatt). True Q (Shaun Portelli) kellu jikkuntenta bir-raba’ post. Kakisis irregistra medja ta’ 1.17.6” fil-kilometru.

Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) okkupa l-ewwel pozizzjoni sa ftit metri mit-tmiem tat-tielet heat Premier. Izda fl-ahhar metri ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Zilver Boko (Tony Demanuele) li qabzu biex ha s-seba’ rebha tas-sena b’Troy Boshoeve (Salvu Vella) jghaddi wkoll ghall-finali. Versace Boko (Warren Spiteri) dahal fir-raba’ pozizzjoni. Wara dan is-success Zilver Boko zgur li se jkun konfermat bhala l-aktar zwiemel konsistenti ghal din is-sena. Dan anki ghax ha s-seba’ rebha tieghu f’medja ta’ 1.16” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Natif de l’Hommee (Reuben Galea) zied il-giri tieghu dawra mit-tmiem, ha l-kmand u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel minn Paleo de la Dives (Sam Cassar) u Enjoy Kronos (Rodney Gatt). Prince November (Marvin Cauchi) temm fir-raba’ pozizzjoni. Ghal Natif de l’Hommee dan kien it-tielet success tas-sena.

Minn naha tieghu l-Amerikan Argus Hanover (Charles Camilleri) akkwista l-ewwel rebha fi xtutna fit-tieni tigrija Gold. Kien 800m mill-linja finali li dan iz-ziemel beda jhaffef fil-pass biex temm l-ewwel bi ftit mill-kwotat Key Value (Marco Tanti). Milton Malhis (Julian Farrugia) u Jerry Eme (Noel Baldacchino) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-programm inkluda erba’ tigrjiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda sprint 300m mit-tmiem wassal lil Schejken Bill (Christian Xerri) biex jiehu l-ewwel rebha tal-istagun minn Charm Hammering (Carmelo Farrugia).  L-ahhar 400m tat-tieni tigrija Silver kienu krucjali biex Darco As (Marco Tanti) jiehu t-tieni rebha konsekuttiva tieghu. Fit-tielet tigrija ghal zwiemel mill-istess klassi kien hemm dwell qawwi fid-dritta finali li wassal lil Cross Country FC (Marco Debono) biex jiehu t-tieni rebha tal-istagun minn Quartz des Pinons (Brian Zammit). Fl-ahhar tigrija tal-istess klassi, Kapro Wareco (Mario Fenech) hasad lil kulhadd meta z-zwiemel affrontaw l-ahhar kurva taghhom. Dan mar quddiem u rebah b’hames tulijiet minn Lacoste IT (Eric Bezzina).

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Bronze li fiha Tony Demanuele pogga lid-debba Olandiza Ariane A quddiem meta z-zwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Matul l-istess programm, is-sewwieq zghazugh Redent Magro gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Ottubru. Dan wara li x-xahar li ghadda Magro rebah hames tigrijiet, fosthom zewg finali ta’ Condition Races permezz ta’ Netter Williams u Esmeralda Run. Dan barra li kellu rebhiet ohra b’Simb Groovy u l-istess Netter Williams u pjazzamenti ohra.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ariane A (T. Demanuele) Hin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Dandy (R. Polidano) 3. K Prinsen (S. Vella) 4. Jens (A. Magro)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Schejken Bill (C. Xerri) Hin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Charm Hammering (C. Farrugia) 3. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 4. Baronello (J. Vassallo)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Darco As (M. Tanti) Hin – 3.23.4” (1.17.1”) 2. Ouragan de Valsoiz (E. Garzia) 3. Pilote de Nganda (J. Carabott) 4. MCollie (M. Debono)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Natif de l’Hommee (R. Galea) Hin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Paleo de la Dives (S. Cassar) 3. Enjoy Kronos (R. Gatt) 4. Prince November (M. Cauchi)

V Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Mystere d’Urfist (R. Gatt) Hin – 3.20.7” (1.16”) 2. Wiss Night Hawk (J. Said) 3. Maximal Value (J. Briffa) 4. Nophenio de Lune (M. Ellul)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cross Country FC (M. Debono) Hin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Quartz des Pinons (B. Zammit) 3. Loustic d’Anjou (E. Bezzina) 4. Mr King (F. Tanti)

VII Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Kakisis (J. Axisa) Hin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Shakira Trot (C. Camilleri) 3. Power Night Star (R. Gatt) 4. True Q (S. Portelli)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Argus Hanover (C. Camilleri) Hin – 3.21.8” (1.16.4”) 2. Key Value (M. Tanti) 3. Janitor (M. Cauchi) 4. Jerry Eme (N. Baldacchino)

IX Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Zilver Boko (T. Demanuele) Hin – 3.20.7” (1.16”) 2. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino) 3. Troy Boshoeve (S. Vella) 4. Versace Boko (W. Spiteri)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Kapro Wareco (M. Fenech) Hin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Lacoste IT (E. Bezzina) 3. Soren Sufflor (R. Gatt) 4. Race Ball (T. Demanuele)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives