//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Ikunu maghrufa aktar finalisti tal-kampjonati Francizi

Il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu maghrufa l-ahhar zwiemel finalisti tal-kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati bl-ghajnuna tal-Assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais. Dan wara li saru tmien semi finali fuq distanza twila ta’ 2640m u li kienu jaghmlu parti mill-55 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott. Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier u li ntrebhet minn Nabab du Chatelet misjuq minn Charles Camilleri.

Ghaxra kienu z-zwiemel li grew fit-tigrija Premier. Kien Ouest Mabon (Michael Ghigo) li beda’ l-aktar b’sahhtu wara l-karozza tat-tluq. Fl-ewwel battuti dan fetah vantagg zghir minn Milord Barbes (Frencu Cassar) u Nabab du Chatelet (Charles Camilleri). Izda meta z-zwiemel qabdu l-ahhar 600m taghhom Ouest Mabon beda jnaqqas mill-pass tieghu u kien f’dak il-mument li beda l-avvanz tieghu fuq in-naha ta’ barra Nabab du Chatelet. Dan mar quddiem u fid-dritta finali, gie attakkat minn Lady de Vindecy (Julian Farrugia), li  minn naha taghha bidlet il-pass u sfat skwalifikata, u nqabez minn Nuage de Bourgogne (Herman Mc Kay) li ghalkemm qasam il-linja l-ewwel dan ukoll gie skwalifikat mill-gurija. B’hekk Nabab du Chatelet ha r-raba’ rebha tas-sena minn Magic de Assigny (Redent Magro), Natieu d’Echal (Brian Hili) u Nino de Saintho (Cliferty Calleja) li temmew warajh f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.9” fil-kilometru.

Fl-ewwel semi finali mill-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, Orion du Vaumicel (Frencu Cassar) kien il-hin kollu quddiem u dan ma naqasx milli jiehu t-tieni rebha konsekuttiva tieghu quddiem Onyx Lucernais (Jason Cordina), Onyx Speed (Christian Xerri) u Orion de Chapeau (Chris Vassallo). Magnifique Sablais (Julian Farrugia) ghadda wkoll ghall-finali.

Night Inlet (Noel Baldacchino) zied fil-giri tieghu dawra mit-tmiem tat-tieni semi finali Gold. Ghalkemm fl-ahhar metri Night Inlet kellu jithabat xi ftit biex jikkontrolla l-pressjoni ta’ Quebec (Mark Mifsud), xorta rnexxilu jiehu r-raba’ rebha tas-sena u t-tielet wahda konsekuttiva b’Niky de Memartin (Jonathan Zammit), Natif de Salvi (Kurt Saliba) u Niky du Donjon (Joe Vella) jakkwistaw ukoll post fil-finali.

Anki miz-zewg semi finali Silver, ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel wahda, kien hemm taqtiegha bejn hames zwiemel matul l-ahhar 300m. Kien Orage du Pont (Charles Camilleri) li finalment akkwista r-raba’ rebha tas-sena wara li avvanza hamsa fuq in-nahha ta’ barra. Ghaddew ukoll mieghu ghall-finali Oscar de France (David Ellul), Max Galbe (Redent Magro), Octobre En Fete (Raymond Micallef) u Pascal d’Ablon (Ramon Briffa).

Michael Ghigo pogga lil Notre Allegro quddiem f’mofs id-dritta finali tat-tieni semi finali Silver. B’hekk dan iz-ziemel ma naqasx milli jiehu t-tienei rebha nfila tieghu bi ftit minn Prao de Bussy (Ivan Stivala) u Korentin (Michael Ellul). Passons d’Ortige (Herman Mc Kay) u Narcus du Roc (Rodney Gatt) kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifkaw ghall-finali.

Fl-ewwel minn zewg semi finali tal-klassi Bronze, il-kwotat Polytain (Noel Baldacchino) ha t-tielet rebha konsekuttiva tieghu. Dan halla kollox ghall-ahhar 500m u rebah b’tul minn Noe de Loudat (Kevin Sciberras) u One Fouteau (Jonathan Zammit). Orlando Dix (Charles Camilleri) u Icare de Jemma (Tony Demanuele) ghaddew ukoll ghall-finali.

Sprint fl-ahhar metri tat-tieni semi finali Bronze wassal lil Mezio Josselyn (Victor Fenech) biex jirregistra t-tieni rebha tas-sena bi ftit minn Mirage d’Ete (Mark Mifsud). Nereus Galbe (Redent Magro), Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) u Obelix Blue (Salvu Vella) ukoll kellhom wirja tajba.

Il-programm fetah b’zewg tigrijiet semi finali ghal zwiemel Francizi tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, Nox Blue (Rodney Gatt) ha l-ewwel rebha stagonali wara li kien il-hin kollu quddiem u fuq kollox wara li fl-ahhar metri kellu jithabat mhux ftit biex jikkontrolla l-assalt ta’ Monticello (Wayne Farrugia). Mhux l-istess jista jinghad ghal Lorraine d’Oliverie (Brian Hili) li f’nofs id-dritta finali tat-tieni semi finali Copper inqabez minn Kaolin de Bannes (Emmanuel Fenech).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Semi Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Nox Blue (R. Gatt) Hin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Monticello (W. Farrugia) 3. Loulou de la Rose (M. Ellul) 4. Qualou d’Axel (C. Mifsud) 5. Ksar (K. Saliba)

II Tigrija. Semi Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Kaolin de Bannes (E. Fenech) Hin – 3.33.6” (1.20.9”) 2. Lorrain d’Oliverie (B. Hili) 3. Neron Pierji (J. Farrugia) 4. Lucky Sauconnier (C. Caruana) 5. Larissa du Breil (C. Calleja)

III Tigrija. Semi Finali. Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Polytain (N. Baldacchino) Hin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Noe de Loudat (K. Sciberras) 3. One Fouteau (J. Zammit) 4. Orlando Dix (C. Camilleri) 5. Icare de Jemma (T. Demanuele)

IV Tigrija. Semi Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Mezio Josselyn (V. Fenech) Hin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Mirage d’Ete (M. Mifsud) 3. Nereus Galbe (R. Magro) 4. Ouragan de Crouay (L. Mifsud) 5. Obelix Blue (S. Vella)

V Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Orage du Pont (C. Camilleri) Hin – 3.25.7” (1.17.9”) 2. Oscar de France (D. Ellul) 3. Max Galbe (R. Magro) 4. Octobre En Fete (R. Micallef) 5. Pascal d’Ablon (R. Briffa)

VI Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Orion du Vaumicel (F. Cassar) Hin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Onyx Lucernais (J. Cordina) 3. Onyx Speed (C. Xerri) 4. Orion de Chapeau (C. Vassallo) 5. Magnifique Sablais (J. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nabab du Chatelet (C. Camilleri) Hin – 3.22.9” (1.16.9”) 2. Magic de Assigny (R. Magro) 3. Natieu d’Echal (B. Hili) 4. Nino de Saintho (C. Calleja)

VIII Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Night Inlet (N. Baldacchino) Hin – 3.25.9” (1.18”) 2. Quebec (M. Mifsud) 3. Niky de Memartin (B. Zammit) 4. Natif de Salvi (K. Saliba) 5. Niky du Donjon (J. Vella)

IX Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Notre Allegro (M. Ghigo) Hin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Prao de Bussy (I. Stivala) 3. Korentin (M. Ellul) 4. Passons d’Ortige (H. Mc Kay) 5. Narcus du Roc (R. Gatt)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives