//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Net de Ginai u Nevaio des Bordes jirbhu t-tigrijiet Premier

L-aktar zewg tigrijiet mistennija li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu riservati  ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mis-56 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott u ntrebhu minn Net de Ginai misjuq minn Rodney Gatt u minn Nevaio des Bordes taht il-gwida tal-Ghawdxi Claudio Refalo. Iz-zghazugh Jesmar Gafa’ temm l-ahjar sewwieq tal-gurnata b’zewg rebhiet.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier Rodney Gatt talab lil Net de Ginai biex izid fil-giri matul l-ahhar 500m biex b’hekk dan il-Franciz ha l-ewwel rebha tieghu fi xtutna minn Veikko Hornline (Carl Caruana) u Argus Hanover (Charles Camilleri). Sultan November (Frank Portelli) dahal fir-raba’ pozizzjoni. Is-success ta’ Net de Ginai wasal f’medja ta’ 1.19.8” fil-kilometru.

Carnegie Hall (Darren Mizzi) kien l-aktar ziemel veloci matul l-ewwel metri tat-tieni tigrija Premier u matul l-ewwel elf metru rnexxilu jiftah vantagg zghir minn Versace Boko (Warren Spiteri) u Super Qui (Tony Demanuele). Izda madwar 400m mill-linja finali Carnegie Hall beda’ jnaqqas mill-velocita’ u dlonk inqabez minn Nevaio des Bordes (Claudio Refalo) li rregistra r-raba’ rebha tas-sena tieghu minn True Q (Shaun Portelli) u Utah Hornline (Raymond Clifton). Belafonte (Cliferty Calleja) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pozizzjoni. Nevaio des Bordes kellu medja ta’ 1.17.4” fil-kilometru.

Fl-ewwel minn tliet tigrijiet tal-klassi Silver, l-ahhar 200m kienu determinanti biex Ocean Brillouard (Noel Baldacchino) ha t-tieni rebha tas-sena minn Quartz du Lupin (Jeffrey Said). Nerlo Villetot (Redent Magro) u Prince du Moutier (Raymond Schembri) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Charm Hammering (Gilbert Farrugia) ma naqasx milli jiehu t-tieni rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija Silver. Dan minn Nasdaq du Closet (Eugenio Zerafa), Cross Country FC (Marco Debono) u l-gdid Zvediz Command Coger. Dan id-debuttant kien misjuq minn sidu stess Carmelo Farrugia.

It-tielet tigrija Silver ftit kellha storja. Lucas Ness (Mario Farrugia) zamm il-kmand tul id-distanza kollha u baqa’ jzomm l-ewwel pozizzjoni sal-linja finali. B’hekk Lucas Ness ha t-tieni rebha stagonali b’tul u nofs minn Bankir Zon (Clint Vassallo) u Match de Bannes (Noel Baldacchino). Pilote de Nganda (James Carabott), li wkoll beda’ fost l-aktar kwotati, kellu jikkuntenta bir-raba’ pozizzjoni.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda Sweep The Floor (Frans Gauci) ma naqasx milli jiehu t-tieni rebha tal-istagun bi ftit minn Mr Snowman (Charles Camilleri). Lorenz de Noyelles (Rodney Gatt) u Orgeat (Noel Baldacchino) temmew warajhom  f’dik l-ordni.

It-tieni tigrija Bronze kienet ikkaratterizzata minn incident bejn erba’ partecipanti. Fortunatament hadd ma wegga f’dan l-incident. F’din it-tigrija kien Koko Loco (Jesmar Gafa’) li kkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti tas-sena meta ha r-raba’ rebha tieghu. Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia), Hawkear (Rodney Gatt) u Napitano (Mark Mifsud) kellhom ukoll wirja tajba.

Matul il-programm saru wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda kien Mistral du Chene (Jesmar Gafa’) li rregistra t-tieni rebha tieghu filwaqt li fit-tieni tigrija Copper, taqtiegha bejn tliet zwiemel fl-ahhar metri waslet lil Orasi Index (Kevin Sciberras) biex jiehu t-tieni rebha tieghu.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mistral du Chene (J. Gafa’) Hin – 2.52.4” (1.20.5”) 2. Verdi Broline (L. Cunningham) 3. Staro Braveheart (T. Demanuele) 4. Lotus Millpond (M. Falzon)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ocean Brillouard (N. Baldacchino) Hin – 2.49.2” (1.19.1”) 2. Quartz du Lupin (J. Said) 3. Nerlo Villetot (R. Magro) 4. Prince du Moutier (R. Schembri)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Sweep The Floor (F. Gauci) Hin – 2.51” (1.19.9”) 2. Mr Snowman (C. Camilleri) 3. Lorenz de Noyelles (R. Gatt) 4. Orgeat (N. Baldacchino)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Hammering (G. Farrugia) Hin – 2.48.5” (1.18.8”) 2. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Command Coger (C. Farrugia)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.Koko Loco (J. Gafa’) Hin – 2.51.8” (1.20.3”) 2. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia) 3. Hawkear (R. Gatt) 4. Napitano (M. Mifsud)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Net de Ginai (R. Gatt) Hin – 2.50.8” (1.19.8”) 2. Veikko Hornline (C. Caruana) 3. Argus Hanover (C. Camilleri) 4. Sultan November (F. Portelli)

VII Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Orasi Index (K. Sciberras) Hin – 2.55.1” (1.21.8”) 2. Rybo Patzie (J. Vella) 3. Oh Chef du Dray (M. Falzon) 4. Friendly Frazer (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nevaio des Bordes (C. Refalo) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. True Q (S. Portelli) 3. Utah Hornline (R. Clifton) 4. Belafonte (C. Calleja)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lucas Ness (M. Farrugia) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Match de Bannes (N. Baldacchino) 4. Pilote de Nganda (J. Carabott)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives