//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Mont Cenis Honey inaqqax ismu fuq it-Tazza tal-President

L-edizzjoni 2012 tal-finali tat-Tazza tal-President li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa ntrebhet mill-Franciz Mont Cenis Honey. Din il-finali saret fuq distanza twila ta’ 2640m u kienet taghmel parti mis-57 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott.

Ghaxra kienu z-zwiemel li bdew il-finali u neqsin kien hemm Skip Dimanche li gie skraccjat fl-ahhar sieghat minhabba luttu fil-familja u Count Of Life li twaqqaf wara li ghal darbtejn ikkawza tluq hazin. Meta nghata l-bidu ufficjali kien Zilver Boko (Tony Demanuele) l-aktar ziemel veloci wara l-karozza tat-tluq. Izda wara ftit metri dan inqabez mill-kwotat Mars (Rodney Gatt) li fetah vantagg zghir mill-istess Zilver Boko u Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino). F’nofs id-distanza kien Mont Cenis Honey li ha l-kmand u rnexxilu jzomm l-ewwel pozizzjoni sal-ahhar, anki wara li fl-ahhar metri kien attakkat serjament minn Kakisis (Johan Axisa), Zilver Boko u Shakira Trot (Charles Camilleri) li temmew warajh f’dik l-ordni.

It-tielet rebha tal-istagun ghal Mont Cenis Honey waslet f’medja ta’ 1.16.8” fil-kilometru. It-trofew lil sid iz-ziemel, is-Sur Charles Micallef u lil Noel Baldacchino gie pprezentat mill-President ta’ Malta Dr Gorg Abela.

Fl-ewwel minn tliet tigrijiet tal-klassi Gold, Eject (Julian Farrugia) kien il-hin kollu quddiem. B’hekk dan l-Izvediz ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tielet dehra tieghu minn Jerry Eme (Charles Camilleri) u Natif de l’Hommee (Reuben Galea). L’Ideal de Fersan (Carl Caruana) kellu wkoll pjazzament tajjeb.

Permezz ta’ Energy Launcher, Oliver Bonello ha l-ewwel rebha fil-karriera tieghu bhala sewwieq fit-tieni tigrija Gold. Kien madwar 250m mit-tmiem li Bonello pogga liz-ziemel tieghu quddiem biex qasam il-linja finali l-ewwel minn Natif de Fontaine (Kurt Saliba). Janitor (Marvin Cauchi) u Troubador S (Charles Farrugia) temmew warajhom f’dik l-ordni.

L-ahhar 700m tat-tielet tigrija Gold kienu decizivi biex Noble d’Ete jirritorna ghar-rebh wara nuqqas ta’ aktar minn hdax –il xahar. Taht il-gwida tal-veteran Raymond Clifton, Noble d’Ete temm rebbieh bi ftit minn Reado November (Shawn Portelli) u Ouragan d’Any (Frans Gauci). Nick de Touchyvon (Frencu Cassar) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Il-programm fetah b’zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda kien hemm tmiem incert bejn Magnum (Frans Gauci) li kien ghal hafna hin quddiem u Mint Condition (Joseph Micallef) li kellha sprint qawwi fl-ahhar metri. Bi ftit kienet Mint Condition li hadet l-ewwel rebha stagonali b’Olympio des Loyaux (James Carabott) u Willesden Hanover (Wayne Farrugia) itemmu warajhom f’dik l-ordni.

Odelvio (Rodney Gatt) ceda mitt metru mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver. Dan inqabez mill-Germaniz Geronomis Cadillac (Shawn Axisa) li wkoll ha l-ewwel rebha tas-sena tieghu. Julian Port (Kevin Mifsud) u Ogor (Frencu Cassar) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Fit-tielet tigrija tal-istess klassi, Rodney Gatt pogga lil Count Wiesnievski quddiem fl-ahhar battuti biex issorprenda lil kulhadd u rregistra t-tieni rebha tieghu fi xtutna minn Race Ball (Tony Demanuele) u Obi Wan Kenobi (Julian Farrugia). Lewis Shadow (Nathaniel Barbara) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze kien hemm tmiem incert bejn l-ewwel zewg zwiemel. Wara konsultazzjoni mal-photofinish kien Judon du Cap Vert (Charles Camilleri) li temm rebbieh bi ftit minn Kaki de Peyrahout (Charles Farrugia).Saret ukoll tigrija zejda b’ponijiet Shetland misjuqa minn tfal li jattendu l-akkademja tat-tigrijiet imwaqqfa mill-Kunsill Malti ghall-iSport. Hareg rebbieh City Boy misjuq minn Kenneth Sammut.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mint Condition (J. Micallef) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Magnum (F. Gauci) 3. Olympio des Loyaux (J. Carabott) 4. Willesden Hanover (W. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Geronimos Cadillac (S. Axisa) Hin – 2.46.9” (1.18”) 2. Odelvio (R. Gatt) 3. Julian Port (K. Mifsud) 4. Ogor (F. Cassar)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Count Wiesnievski (R. Gatt) Hin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Race Ball (T. Demanuele) 3. Obi Wan Kenobi (J. Farrugia) 4. Lewis Shadow (N. Barbara)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Eject (J. Farrugia) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Jerry Eme (C. Camilleri) 3. Natif de l’Hommee (R. Galea) 4. L’Ideal de Fersan (C. Caruana)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Energy Launcher (O. Bonello) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Natif de Fontaine (K. Saliba) 3. Janitor (M. Cauchi) 4. Troubador S (C. Farrugia)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Noble d’Ete (R. Clifton) Hin – 2.42.6” (1.16”) 2.  Reado November (S. Portelli) 3. Ouragan d’Any (F. Gauci) 4. Nick de Touchyvon (F. Cassar)

VII Tigrija. Finali Tazza tal-President. Dist – 2640m. 1. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino) Hin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Kakisis (J. Axisa) 3. Zilver Boko (T. Demanuele) 4. Shakira Trot (C. Camilleri)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Judon du Cap Vert (C. Camilleri) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Kaki de Peyrahout (C. Farrugia) 3. Third Time Lucky (M. Desira) 4. Owens Kin (I. Carabott)

“Kuntent li rbaht it-Tazza tal-President ghall-ewwel darba” – Noel Baldacchino, sewwieq

Mitlub jikkummenta minni wara l-finali, Noel Baldacchino qalli li kien ferm kuntent b’dan is-success ta’ Mont Cenis Honey. “Ghalkemm fil-passat b’dan iz-ziemel diga rbaht finali ghal zwiemel Francizi u fil-karriera tieghi kelli wkoll rebh ta’ diversi finali, ir-rebha tal-lum tibqa wahda specjali. Dan minhabba li sal-lum fil-karriera tieghi ma kien ghadu qatt ma rnexxili nirbah it-Tazza tal-President li ghalina hija avveniment prestigjuz,” ikkonkluda Baldacchino.

Sultana fit-tieni post

Il-bierah wara nofsinhar ukoll, il-jockey Michael Sultana temm it-tieni f’tigrija li saret fil-korsa ta’ Pau fi Franza. F’din it-tigrija, maghrufa bhala Prix de Badou, fuq distanza ta’ 1500m, Sultana kien fuq Dasho. Dan iz-ziemel ta’ erba’ snin temm it-tieni wara Felipe El Harmoso misjuq minn Victor Janacek.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives