//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Nabab du Chatelet jirbah il-finali ewlenija

Fil-korsa tal-Marsa, l-bierah niezel is-siparju fuq is-sensiela ta’ kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna tal-assocjazzjoni Franciza SECF. Dan permezz ta’ hames finali fuq distanza twila ta’ 2640m u li kienu jaghmlu parti mit-58 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet tat-trott. Il-finali ewlenija, dik tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier, intrebhet minn  Nabab du Chatelet taht il-gwida ta’ Charles Camilleri.

Hdax kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali Premier. Kien Nuage de Bourgogne (Herman Mc Kay) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg zghir fl-ewwel metri minn Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) u Nino de Saintho (Cliferty Calleja). Izda 400m mill-linja finali t-tigrija hadet svolta ohra, Nuage de Bourgogne ceda kompletament, inqabez minn numru taz-zwiemel, bil-finali tizviluppa f’taqtiegha bejn sitta fl-ahhar metri. Kien Nino de Saintho li qasam il-linja finali quddiem Nabab du Chatelet, izda aktar tard Nino de Saintho kien skwalifikat mill-gurija. B’hekk ir-rebha nghatat lil Nabab du Chatelet li ttrijonfa mill-kwotat Oltedo de Rieux (Noel Baldacchino), Label Chouan (David Ellul) u Magic de Assigny (Redent Magro).

Fi tmiem din il-finali, is-Sur Benoit Fabrega, ufficjal fi hdan l-assocjazzjoni Franciza SECF, ipprezenta t-trofew ta’ rebbieha lis-sinjuri Bonello u Charles Camilleri sidien u sewwieq rispettivament taz-ziemel rebbieh. Il-hames rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva ta’ Nabab du Chatelet waslet f’medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Kif kien mistenni, fil-finali tal-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, il-favorit Night Inlet (Noel Baldacchino) ma naqasx milli jakkwista l-hames rebha tas-sena u r-raba’ wahda konsekuttiva. Night Inlet qatt ma tilef il-kmand u temm rebbieh minn Magnifique Sablais (Julian Farrugia). Niky de Memartin (Jonathan Zammit) u Quebec (Mark Mifsud) kellhom ukoll wirja pozittiva.

Prao de Bussy (Ivan Stivala), li kien ghal hafna metri quddiem waqt il-finali tal-Prix de Cabourg tal-klassi Silver, ceda kompletament meta l-partecipanti daru ghad-dritta finali. Dan iz-ziemel inqabez minn Korentin li f’idejn Julian Farrugia ha t-tieni rebha tas-sena bi ftit mill-kwotat Orage du Pont (Charles Camilleri). Narcus du Roc (Rodney Gatt) dahal fit-tielet pozizzjoni.

Fil-finali Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze, Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) kien il-hin kollu quddiem, qassam it-tigrija kif xtaq u rnexxilu jiehu r-raba’ rebha tal-istagun bi ftit mill-favorit Polytain (Noel Baldacchino). Mezio Josselyn (Victor Fenech) u Nereus Galbe (Redent Magro) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Iz-zwiemel tal-klassi Copper hadu sehem fil-finali Prix de Caen. Din zviluppat f’taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri fejn kien Neron Pierji (Julian Farrugia) li bi ftit temm rebbieh mill-kwotat Nox Blue (Rodney Gatt). Kaolin de Bannes (Emmanuel Fenech) u Loulou de la Rose (Carl Caruana) kellhom ukoll pjazzament pozittiv. B’hekk Farrugia rebah zewg finali mill-hamsa li gew organizzati.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet regolari tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Love Heart (Shaun Portelli) kien kontinwament quddiem u fl-ahhar metri ma sab ebda diffikulta’ biex jikkontrolla l-avvanzi ta’ Lime Casted (Charles Camilleri). Hulot (Jason Vassallo) u Oolong (Cliferty Calleja) temmew warajhom f’dik l-ordni.  Ghal Love Heart din kienet it-tieni rebha tas-sena.

Iz-ziemel li qasam il-linja finali fit-tieni tigrija Gold, Okir de Leau (Brian Hili) ukoll gie skwalifikat mill-gurija. Kien Darco As (Marco Tanti) li nghata r-rebha minn Kapro Wareco (Mario Fenech), Plaisir d’Amour (Silvio Schembri) u Novak (Tony Demanuele).

Decizjoni f’waqtha minn Toni Tanti, dik li jpoggi liz-ziemel tieghu Olifant du Pouoy quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija tal-klassi Silver, halliet il-frott mixtieq. Dan il-Franciz irnexxilu jirregistra t-tieni rebha stagonali minn Quartz des Pinons (Brian Zammit), RSP Knife (Ronald James) u Nevermind (Mario Baldacchino). Din kienet it-tieni rebha ghall-familja Tanti l-bierah wara nofsinhar.

F’tigrija normali tal-klassi Bronze, l-Izvediz Uptillbevis (Julian Farrugia) qasam il-linja finali l-ewwel. Izda dan safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Jens (Alex Magro). Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper, li fiha Luriga Liz hadet it-tieni rebha tas-sena wara li s-sewwieq taghha Brian Pulis talabha zzid il-giri fl-ahhar 400m.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Luriga Liz (B. Pulis) Hin – 2.49.2” (1.19.1”) 2. Brokkur TYC (P. Farrugia) 3. Ballad Ribb (T. Demanuele) 4. Pine Wood Harry (C. Calleja)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jens (A. Magro) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Andri Boko (T. Demanuele) 3. Nep (C. Xerri) 4. Niko de Chamant (V. Fenech)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Olifant du Puoy (T. Tanti) Hin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Quartz des Pinons (B. Zammit) 3. R.S.P. Knife (R. James) 4. Nevermind (M. Baldacchino)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Love Heart (S. Portelli) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Lime Casted (C. Camilleri) 3. Hulot (J. Vassallo) 4. Oolong (C. Calleja)

V Tigrija. Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Neron Pierji (J. Farrugia) Hin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Nox Blue (R. Gatt) 3. Kaolin de Bannes (E. Fenech) 4. Loulou de la Rose (C. Caruana)

VI Tigrija. Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ouragan de Crouay (L. Mifsud) Hin – 3.28” (1.18.8”) 2. Polytain (N. Baldacchino) 3. Mezio Josselyn (V. Fenech) 4. Nereus Galbe (R. Magro)

VII Tigrija. Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Korentin (J. Farrugia) Hin – 3.20.4” (1.15.9”)  2. Orage du Pont (C. Camilleri) 3. Narcus du Roc (R. Gatt) 4. Prao de Bussy (I. Stivala)

VIII Tigria. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Night Inlet (N. Baldacchino) Hin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 3. Niky de Memartin (J. Zammit) 4. Quebec (M. Mifsud)

IX Tigrija. Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nabab du Chatelet (C. Camilleri) Hin – 3.19” (1.15.4”) 2. Oltedo de Rieux (N. Baldacchino) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Magic de Assigny (R. Magro)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Darco As (M. Tanti) Hin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. Kapro Wareco (M. Fenech) 3. Plaisir d’Amour (S. Schembri) 4. Novak (T. Demanuele)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives