//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Rebha ghal Cheeky Jack fil-Coronation Cup

Misjuq minn Demis Zammit, Cheeky Jack rebah l-edizzjoni 2012 tal-Coronation Cup ghal zwiemel tal-galopp fuq distanza ta’ 1250m. Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa u kienet taghmel parti mid-59 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet.

B’kollox kienu erbgha biss iz-zwiemel li hadu sehem fil-finali tal-Coronation Cup. Kien Cheeky Jack (Demis Zammit) l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq. Dan minnufih fetah vantagg zghir minn Timolin (Ramon Grima). Cheeky Jack baqa’ jzomm il-kmand sal-ahhar u qasam il-linja finali l-ewwel mill-istess Timolin b’Darielli (Michael Sultana) jidhol fit-tielet pozizzjoni. Ghal Cheeky Jack din kienet ir-raba’ rebha tas-sena. Fi tmiem il-finali, Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club ippremja lill-jockey Demis Zammit u anki lis-sidien ta’ Cheeky Jack, is-sinjuri Borg u Montebello.

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Fl-ewwel wahda, Indian Attack (Noel Baldacchino) beda’ jnaqqas mill-giri madwar 600m mit-tmiem u inqabez fost l-ohrajn minn Normand d’Oger (Cliferty Calleja)  li ma sab ebda tbatija jiehu l-ewwel rebha tieghu ghal din is-sena minn Argus Hanover (Charles Camilleri). St Andrew LB (Julian Farrugia) u Noble d’Ete (Jeffrey Pace) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tieni tigrija Premier rega kien protagonist Cliferty Calleja b’ziemel iehor li gej mill-istess stalel ta’ Normand d’Oger, Nino de Saintho. Din it-tigrija zviluppat f’wahda mill-aktar eccitanti specjalment fid-dritta finali. Dan wara li sitt zwiemel ziedu l-giri flimkien u kien bi ftit Nino de Saintho li qasam il-linja finali l-ewwel minn Nevaio des Bordes (Claudio Refalo). Skip Dimanche (Charlo’ Debono) u Versace Boko (Warren Spiteri) ukoll kellhom wirja pozittiva.

Sprint qawwi 500m mill-linja finali u tlieta fuq in-naha ta’ barra wassal lil Power Night Star (Rodney Gatt) biex jiehu t-tieni rebha f’Malta fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold. Dan b’vantagg ta’ tul minn Ygor Of Pass (Tony Demanuele) u Key Value (Marco Tanti). Janitor (Marvin cauchi) temm fir-raba’ pozizzjoni.

L-ahhar 400m tat-tieni tigrija Gold kienu determinanti biex Keeping Quality (Charles Magro) hadet l-ewwel rebha ghal dan l-istagun. Dan bi ftit minn Ironbar (Julian Farrugia), Charm Hammering (Gilbert Farrugia) u Matador Knick (Carmelo Farrugia).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, Borups Hero (Darren Mizzi) kien ghal hafna metri quddiem. Minghajr tbatija rnexxilu jakkwista t-tieni rebha tieghu minn Napolitano Sun (David Ellul), Quo Vadis Phedo (Cliferty Calleja) u Rybo Juvel (Marco Refalo).

It-tieni tigrija tal-istess klassi kienet ikkaratterizzata minn tmiem incert bejn Race Ball (Tony Demanuele) u Bankir Zon (Clint Vassallo). Wara konsultazzjoni mal-photofinish ir-rebha nghatat lil Race Ball b’Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin) u Lacoste IT (Eric Bezzina) itemmu fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze, kien hemm tmiem incert bejn Noble Candeen (David Ellul) u Luriga Liz (George Attard). Filwaqt li Noble Candeen safa’ skwalifikat, Luriga Liz hadet it-tielet rebha taghha. Il-laqgha fethet b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, Mistral du Chene (Jesmar Gafa’) ha t-tielet rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva wara li qabez lil Friendly Frazer (Julian Farrugia) f’nofs id-dritta finali. Fit-tieni tigrija Copper kien Monticello (Wayne Farrugia) li rregistra l-ewwel rebha stagonali tieghu wara dwell fl-ahhar metri ma’ Pine Wood Harry (Cliferty Calleja).

Matul l-istess programm saret ukoll prezentazzjoni li matulha ic-chairman tal-Malta Racing Club ippremja wkoll lil Gejtu Sammut u Tony Demanuele, sid u sewwieq rispettivament ta’ Zilver Boko li temm l-aktar konsistenti ghal dan l-istagun.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mistral du Chene (J. Gafa’) Hin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Friendly Frazer (J. Farrugia) 3. Marathon d’Isques (H. Mc Kay) 4. Trick The Lind (N. Baldacchino)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Monticello (W. Farrugia) Hin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Pine Wood Harry (C. Calleja) 3. Don Valentino (F. Abdilla) 4. King de Bourdenay (R. Gatt)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Borups Hero (D. Mizzi) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Napolitano Sun (D. Ellul) 3. Quo Vadis Phedo (C. Calleja) 4. Rybo Juvel (M. Refalo)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Power Night Star (R. Gatt) Hin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Ygor Of Pass (T. Demanuele) 3. Key Value (M. Tanti) 4. Janitor (M. Cauchi)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Normand d’Oger (C. Calleja) Hin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Argus Hanover (C. Camilleri) 3. St Andrew LB (J. Farrugia) 4. Noble d’Ete (J. Pace)

VI Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Luriga Liz (G. Attard) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Niko de Chamant (V. Fenech) 3. Jens (A. Magro) 4. Ace Of Heart (F. Cassar)

VII Tigrija. Finali The Coronation Cup. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Cheeky Jack (D. Zammit) Hin – 1.13.5” 2. Timolin (R. Grima) 3. Darielli (M. Sultana)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Keeping Quality (C. Magro) Hin – 2.43” (1.16.2”) 2. Ironbar (J. Farrugia) 3. Charm Hammering (G. Farrugia) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

IX Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nino de Saintho (C. Calleja) Hin – 2.40.5” (1.15”) 2. Nevaio des Bordes (C. Refalo) 3. Skip Dimanche (C. Debono) 4. Versace Boko (W. Spiteri)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Race Ball (T. Demanuele) Hin – 2.44.3” (1.16.2”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 4. Lacoste IT (E. Bezzina)

 

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives