//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Kakisis jirbah l-ahhar finali tas-sena

Is-sittin u l-ahhar laqgha ghas-sena 2012 giet organizzata l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Il-programm kien jikkonsisti minn tnax –il tigrija kollha ghal zwiemel tat-trott bl-aktar wahda mistennija tkun il-gran finali VOB ghal zwiemel tal-klassi Premier. Din il-finali ngriet fuq distanza twila ta’ 2640m u ntrebhet minn Kakisis misjuq minn sidu stess Johann Axisa.

Il-Gran Finali VOB kienet kontestata minn zwiemel li akkwistaw pjazzament tajjeb fil-finali tat-Tazza tal-President u ohrajn li marru tajjeb fil-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi. L-aktar ziemel konsistenti ghal dan l-istagun,l-Olandiz Zilver Boko (Tony Demanuele), kien l-aktar veloci fl-ewwel battuti. Dan fetah vantagg zghir minn Milord Barbes (Frencu Cassar). Izda madwar 500m mill-linja finali, Zilver Boko deher inaqqas mill-giri. Minn dan approfittaw Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) u Kakisis, b’dan tal-ahhar jirnexxilu jiehu l-kmand u jtemm rebbieh f’medja impressjonanti ta’ 1.14.9” fil-kilometru u b’vantagg ta’ tliet tulijiet mill-istess Nabab du Chatelet.

Oltedo de Rieux (Julian Farrugia) u Shakira Trot (Jesmar Gafa’) kellhom ukoll wirja tajba meta dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Fi tmiem din il-finali, Patrick Cachia, f’isem il-bookmakers tal-korsa u Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club, ippremjaw lil Johann Axisa, sid u sewwieq taz-ziemel rebbieh.  Ghall-veteran Kakisis din kienet it-tieni rebha tas-sena.

Il-laqgha nkludiet ukoll tigrija normali tal-klassi Gold u sensiela ta’ tigrijiet specjali li fihom iz-zwiemel partecipanti nstaqu minn sidhom stess. Fl-uniku tigrija normali tal-klassi Gold, il-kwotat Orage du Pont (Charles Camilleri) ma falliex milli jiehu l-hames rebha tal-istagun. Dan iddomina matul l-ahhar metri u rebah minghajr tbatija u b’distakk ta’ madwar tliet tulijiet minn Petrus du Vivier (Mark Desira) u Oolong (Cliferty Calleja). Hulot (Jason Vassallo) temm fir-raba’ post.

It-tigriiet specjali tas-sidien qajmu wkoll certu interess. Fl-ewwel wahda minn dawn, dik tal-klassi Gold, kien hemm is-success tal-Franciz Niky du Donjon li kien f’idejn sidu ewlieni, Joe Vella. Dan wera s-supremazija tieghu specjalment meta l-partecipanti daru ghad-dritta finali. Niky du Donjon ma sab ebda diffikulta’ johrog rebbieh minn Enjoy Kronos (Felix Casha).

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet li fiha s-sidien saqu zwiemel mill-klassi Silver, sprint tajjeb matul l-ahhar 400m wassal lil Law Suit (Joseph Agius) biex jirregistra t-tielet rebha stagonali. Dan b’tul minn Mezio Josselyn (Steve Grixti). Id-Daniz Lion McGuire akkwista t-tieni rebha f’pajjizna fit-tieni tigrija Silver. Taht il-gwida ta’ sidu Glen Farrugia, dan iz-ziemel qasam il-linja finali l-ewwel b’nofs tul biss minn Oscar des Racques (Tano Debattista).

Fi klassi Bronze temm rebbieh Owens Kin (Etienne Carabott). Dan wara taqtiegha fl-ahhar metri ma’ Nympheta de Bisoir (Patrick Cachia) u Panito (Stephen Vassallo). Anki ghal Owens Kin din kienet it-tielet rebha tas-sena. Peter Farrugia rebah dik tal-klassi Copper b’Brokkur TYC u wara tmiem incert ma’ Lemon Solo (Etienne Farrugia).  B’hekk Brokkur TYC ha l-ewwel rebha fi xtutna.

Ta’ min wiehed jinnota li waqt il-programm tal-lbierah il-kunsill tal-Malta Racing Club ippremja wkoll lil Noel Baldacchino wara li spicca l-ahjar sewwieq tax-xahar u anki lis-sidien tal-pony Supremo As u tal-Izvediz Golbowler. Dawn it-tnejn kisbu l-akbar ammont ta’ rebhiet f’tigrijiet organizzati matul is-sena ghad-dilettanti fil-korsa l-qadima.

Issa wara l-laqgha tal-lbierah l-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel jieqaf ghal ftit jiem biex tkun tista terga ssir mill-gdid ir-registrazzjoni taz-zwiemel, sidien, jockeys, trainers u sewwieqa. L-ewwel laqgha tal-istagun il-gdid mistennija ssir il-Hadd 20 ta’ Jannar.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ackaturbo (S. Portelli) Hin – 2.45.3” (1.17.2”) 2. Divinis (C. Magro) 3. Omega des Arpents (R. Cassar) 4. Royal Rox (S. Vella)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Big Hit (C. Debono) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Odelvio (R. Gatt) 3. Ocean Brillouard (N. Baldacchino) 4. Ouragan de Crouay (C. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Marchallach (R. Gatt) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Kaki de Peyrahout (C. Farrugia) 3. Prince Feaulavoir (J. Bartolo) 4. Icare de Jemma (T. Demanuele)

IV Tigrija. Tas-Sidien. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Brokkur TYC (P. Farrugia) Hin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Lemon Solo (E. Farrugia) 3. Loulou de la Rose (J. Falzon) 4. The Womanizer (A. Polidano)

V Tigrija. Tas-Sidien. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Owens Kin (E. Carabott) Hin – 2.46.4” (1.17.9”) 2. Nympheta de Bisoir (P. Cachia) 3. Panito (S. Vassallo) 4. Pout De Quelaines (K. Galea)

VI Tigrija. Tas-Sidien. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Law Suit (J. Agius) Hin – 2.45.2” (1.17.5”) 2. Mezio Josselyn (S. Grixti) 3. Kosai LJ (A. Cassar) 4. Orio de Marancourt (J. Spiteri)

VII Tigrija. Tas-Sidien. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lion McGuire (G. Farrugia) Hin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Oscar des Racques (T. Debattista) 3. Newman (M. Caruana) 4. Oscar de France (E. Spiteri)

VIII Tigrija. Tas-Sidien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Niky du Donjon (J. Vella) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Enjoy Kronos (F. Casha) 3. Otas Fighter (J. Falzon) 4. Baron GL (A. Muscat)

IX Tigrija. Gran Finali VOB. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Kakisis (J. Axisa) Hin – 3.17.8” (1.14.9”) 2. Nabab du Chatelet (C. Camilleri) 3. Oltedo de Rieux (J. Farrugia) 4. Shakira Trot (J. Gafa’)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ogor (F. Cassar) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Jill Vox (D. Ellul) 3. Baronello (J. Vassallo) 4. Notre Joyeux (N. Baldacchino)

XI –il Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Orage du Pont (C. Camilleri) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Petrus du Vivier (M. Desira) 3. Oolong (C. Calleja) 4. Hulot (J. Vassallo)

XII –il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Daring Daylight (C. Camilleri) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Bankiren (R. Gatt) 3. Quartz du Lupin (J. Said) 4. Nellyto du Lys (D. Ellul)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives