//
you're reading...
Horse Racing, Mument

Mark Cuschieri, l-ahjar sid ta’ zwiemel tal-galopp fi Sqallija

Mark Cuschieri 1

Is-sena li ghaddiet zgur li se tibqa wahda memorabbli ghas-sid ewlieni Malti Mark Cuschieri. Dan wara li Cuschieri stabilixxa ruhu bhala sid taz-zwiemel tal-galopp fil-korsa tal-Mediterran f’Sirakuza fi Sqallija ftit tas-snin ilu issa spicca l-ahjar sid ta’ zwiemel fi Sqallija. Dan mhux kollox ghax ix-xahar li ghadda ziemel propjeta’ tieghu rebah l-aktar finali importanti li ssir kull sena fil-gzira vicin taghna.

Mistoqsi dwar kif beda l-interess tieghu li jixtri zwiemel tal-galopp u jhallihom jigru fi Sqallija, Cuschieri qalli li kien tliet snin ilu li, hu flimkien ma’ persuni ohra nvoluti fl-isport tal-galopp fi gziritna, telghu fi Sqallija biex jixtru xi zwiemel ghal Malta. Cuschieri minn dejjem kellu imhabba specjali lejn dan l-isport u kien il-jockey Malti Oliver Briffa li nkoraggih jixtri u jistabilixxi skuderija fi Sqallija. “Dakinhar jien kont impressjonajt ruhi bil-facilitajiet li joffri l-kumpless tal-korsa tal-Mediterran, bis-serjeta’ li hemm u bil-paesagg tal-madwar. Dan kollu heggigni nwaqqaf skuderija taz-zwiemel tieghi hemmhekk, anki minhabba l-fatt li l-korsa ta’ Sirakuza tinsab biss siegha u nofs il-boghod minn Malta,” tenna Mark Cuschieri.

Twaqqif ta’ skuderija

Minnufih Cuschieri kkuntattja habib tieghu l-Ingilterra u staqsih jekk kienx interessat jinghaqad mieghu f’din l-avventura. Hu zied jghid ukoll li bdew bi ftit zwiemel, fosthom l-ewwel ziemel li kellhom Sqallija li kien Mr La Valette. Fid-debutt tieghu f’Sirakuza, dan iz-ziemel temm fit-tielet pozizzjoni, rizultat li mela lil Mark b’kuragg. Minn dakinhar Cuschieri ma harisx lura, u b’kuntrast, illum hu ghandu 32 ziemel, li jvarjaw minn zwiemel tal-giri ghal staljuni u dwieb.

Persuni impjegati fuq bazi professjonali

Dwar is-success li kellu fl-istagun li ghadda Mark Cuschieri zied jghid li dan is-success ma kienx ikun possibli minghajr l-impenn u l-hidma kontinwa ta’ numru ta’ dilettanti u personalitajiet Sqallin. “Minn qalbi nirringrazzja lit-trainer Massimo Sardelli u l-jockey Antonio Cannella li kienu strumentali fir-rebhiet taz-zwiemel tieghi,” ikkummenta Mark Cuschieri. Barra lil dawn, ringrazzjament specjali ghandu jmur ukoll lejn it-team manager Roberto Crali, lejn it-tieni jockey Antonio De Luca, lejn Costantino li hu l-manager tal-iskuderija u lejn Maurizio Mascalzone.

Illum dawn il-persuni huma kollha impjegati fuq bazi professjonali mas-sid Malti. Is-success li kellu fi Sqallija wassal lil Mark Cuschieri biex jivvjagga regolarment lejn Sqallija kull gimgha u fuq kollox biex jinvesti f’facilitajiet godda u moderni tat-tahrig ftit kilometri l-boghod mill-korsa.

“Inhossni kburi wkoll li bhala Malti rnexxili nsir l-ewwel sid barrani li spicca l-ewwel fil-klassifika generali tas-sidien ghall-korsa tal-Mediterran fi Sqallija. Barra dan kuntent ukoll li s-sena li ghaddiet spiccajt fil-hames post fil-klassifika generali tal-aqwa sidien tal-galopp madwar l-Italja kollha. Dan ir-rizultat jikkonferma wkoll il-progress imwettaq miz-zwiemel tieghi fl-ahhar xhur u fuq kollox jixhed li certu tibdil li ghamilna fil-preparazzjoni u fit-tahrig taz-zwiemel halla wkoll il-frott mixtieq,” ikkummenta Mark Cuschieri.

Zwiemel favoriti

Mistoqsi dwar liema kienu z-zwiemel determinanti fis-successi tieghu, Mark Cuschieri ma naqasx milli jsemmi lil Lord Unfuwain u Rock of Malta, li jigi iben l-istaljun popolari Rock of Gibraltar. Innutajt ukoll li hafna drabi Cuschieri jippreferi jaghti liz-zwiemel tieghu isem li jfakkar direttament f’pajjizna. Dan ukoll iservi indirettament ta’ promozzjoni mhux biss ghal Cuschieri bhala sid izda anki ghal gziritna.

L-akbar success ta’ Cuschieri s’issa fi Sqallija wasal fit-tmienja ta’ Dicembru li ghadda meta zewg ziemel tieghu Lord Unfuwain u Rock of Malta rnexxilhom jispiccaw fl-ewwel u t-tielet pozizzjoni fl-aqwa finali tas-sena f’Sirakuza. Dawn kienu misjuqa minn Gregorio Arena u Antonio Cannella rispettivament u kellhom rizultat prestigjuz quddiem attendenza sabiha, fosthom numru sabih ta’ Maltin. Cannella kien qieghed jirritorna jumejn biss wara li kien ha sehem f’tigrijiet ewlenin f’Milan u Ruma. “Dak se jibqa jum memorabbli ghalija ghax mhux facli li jkollok zewg zwiemel propjeta’ tieghek li f’finali ta’ dan il-kalibru jispiccawlek mal-ewwel tlieta. Niehu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-Maltin li kienu prezenti u li tawni l-appogg taghhom,” tenna s-sid Malti.

Il-finali, maghrufa bhala l-Criterium del Mediterraneo saret fuq distanza ta’ 1200m u kienet miftuha ghal zwiemel ta’ sentejn.

Pjanijiet futuri

Finalment mistoqsi dwar il-pjanijiet futuri tieghu, Mark Cuschieri qalli li din is-sena se jkompli jibni fuq is-successi tal-istagun li ghadda. “Dan mhux biss bi preparazzjoni aktar intensiva taz-zwiemel li ghandi bhalissa, izda anki bl-inkluzjoni ta’ zwiemel godda u b’titjieb fil-facilitajiet tat-tahrig ezistenti li ghandi f’Sirakuza. F’dawn il-granet qieghed nittrasferixxi z-zwiemel tieghi f’centru gdid li jinsab ftit kilometri l-boghod mill-korsa fejn ghandi post ghal 31 stalla, paddocks, pixxina b’servizz ta’ hidroterapija u spa u korsa privata fuq 1200m. Ghandu wkoll facilitajiet ohra ta’ tahrig ghaz-zwiemel. Dan barra servizzi ohra.
Mix-xahar id-diehel Cuschieri se jibda jahdem ukoll fil-qasam tat-taghmir u se jibda jkollu wkoll l-ewwel mohorien imwielda fic-centru tieghu stess. Dan mhux kollox ghax f’Mejju li gej ghaxar mohorien propjeta’ ta’ Mark se jiddebuttaw f’tigrijiet kompetittivi f’Ruma.

Prosit u awguri Mark. Minghajr dubju r-rizultati miksuba minnek huma wkoll xhieda tal-impenn u l-entuzjazmu tieghek. Fuq kollox prosit li mhux biss ghamilt unur lilek personali izda anki lil pajjizek. J’Alla li din is-sena z-zwiemel tieghek jirnexxilhom jirrepetu s-success li kellhom is-sena li ghaddiet u, ghaliex le, j’Alla jkompli jtejbu fuq l-istagun li ghadda.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives