//
you're reading...
Horse Racing, Mument

Ghalkemm jimpressjona, Yarrah Boko jitlef l-Amerique

Yarrah Boko

Misjuq minn Pierre Vercruysse, l-Izvediz Yarrah Boko rebah it-tigrija nternazzjonali Prix de Belgique li saret fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza fuq distanza twila ta’ 2850m. Din it-tigrija kellha bidu bil-waqqaf u kienet l-ahhar tigrija minn erbgha bi preparazzjoni ghall-Amerique li ssir nhar il-Hadd li gej. Ghalkemm dan l-Izvediz rebah din it-tigrija u b’hekk qata’ passagg ghall-Prix d’Amerique, hemm cans li xorta jitlef din it-tigrija prestigjuza. Dan minhabba li jidher li Yarrah Boko wegga’ xi ftit waqt il-Belgique.

Intant, b’kollox hmistax kienu z-zwiemel li bdew il-Prix de Belgique u nieqes minnha kien hemm iz-ziemel tal-mument bhalissa, Ready Cash. Vercruysse kien determinanti fis-success ta’ Yarah Boko, qassam it-tigrija bl-ahjar mod possibli u temm rebbieh f’medja ta’ 1.13.3” minn Roxana de Barbay (Dominik Locqueneux) u Royal Dream (Jean Philippe Dubois). Quomba du Guez (Jean Michel Bazire) dahal fir-raba’ post.

Yarrah Boko ghandu tmien snin u jigi iben l-istaljun Franciz Coctail Jet u d-debba Big Blue Kitten. Fil-karriera tieghu dan iz-ziemel rebah aktar minn €928.729 fi premijiet. Dan iz-ziemel huwa imharreg minn Trond Andersen u propjeta’ ta’ Jan Erik Andresen. Is-sena li ghaddiet dan iz-ziemel kien rebah il-Prix de Luxembourg li saret fl-istess korsa ta’ Vincennes jum qabel l-Amerique. Minn naha l-ohra dan ma kienx l-ewwel success ta’ Vercruysse fil-Prix de Belgique. Hu kien rebah din l-istess tigrija fl-1998 permezz ta’ Echo.

Klassifika wara din it-tigrija
Fi tmiem l-erba’ tigrijiet bi preparazzjoni u bi kwalifika ghall-Amerique, fil-klassifika nsibu fl-ewwel post lil Ready Cash b’24 punt, segwit minn Royal Dream b’ghoxrin punt u Roxane Griff u Yarrah Boko b’tnax –il punt kull wiehed. Quomba de Guez ghandu tmien punti u Roxana de Barbray sitt punti. Ziemel iehor li jista jkun nieqes il-gimgha d-diehla barra Yarrah Boko huwa Qwerty. Dan hu imharreg minn Pierre Levesque u ddizappunta mhux ftit il-gimgha li ghaddiet fil-Belgique. Skont l-ahhar kwotazzjonijiet minn kumpaniji tal-imhatri internazzjonali, Ready Cash huwa l-favorit car li jirbah l-Amerique, kwotat €2.25 segwit mill-Izvediz Maharajah b’€3.50 u Raja Michi €8.

Ourasi ma jintesa qatt
Bhal lum gimgha permezz tal-gurnal “Il-Mument” konna minn tal-ewwel li habbarnilkhom il-mewt taz-ziemel leggendarju Franciz Ourasi fl-eta’ ta’ 32 sena. Matul il-jiem li ghaddew kienu hafna dawk li sellmu lil dan iz-ziemel popolari li kellu jitraqqad wara li kien ilu marid tliet gimghat. Ghal aktar minn ghoxrin sena, Ourasi, jew kif kien imsejjah, ir-Re Ghazzien, kien stazzjonat fic-centru Haras de Gruchy u l-mewt tieghu, ghalkemm mistennija minhabba l-eta’ tieghu, hasdet lil kulhadd.
Fil-karriera tieghu Ourasi gera 86 darba u rebah 58 tigrija. Kellu wkoll 22 pjazzament u rebah il-fuq minn 21,000,000 Franki Francizi fi premijiet. Fil-karriera kellu rekord ta’ 1.11.5” imwaqqaf fil-korsa ta’ Garden State Park fl-Istati Uniti fis-17 ta’ Novembru 1988. Ourasi kien se jaghlaq 33 sena fis-sebgha ta’ April li gej u sal-lum jibqa l-uniku ziemel li rebah il-Prix d’Amerique erba’ darbiet. Hu kien twieled fic-centru tat-taghmir ta’ Raoul Ostheimer fiz-zona ta’ Saint Georges. Dejjem kien kunsidrat ziemel ghazzien u rasu iebsa, kellu imhabba kbira lejn it-tuffieh u hafna kienu jimpressjonaw ruhom kif ziemel daqstant ghazzien kien jitrasforma ruhu daqshekk f’tigrijiet importanti.
Ourasi ddebutta f’tigrija fil-korsa ta’ Caen fl-1982. Ostheimer kien iddecieda li jafda z-ziemel f’idejn il-bravu Jean Rene Gougeon u kien f’idejn dan li z-ziemel ittrasforma ruhu f’wiehed eccezzjonali.

Monbeg Dude jirbah in-National ta’ Wales
Misjuq minn Paul Carberry, Monbeg Dude rebah l-edizzjoni 2012 tal-Grand National ta’ Wales. Din it-tigrija giet organizzata fil-korsa ta’ Chepstow. Fl-ahhar battuti, Monbeg Dude rnexxilu jeghleb l-isfida tal-favorit Teaforthree u ghaddih b’vantagg ta’ tul u nofs. Teaforthree kien misjuq minn Tony Mc Coy. Din it-tigrija giet posposta ghal xi jiem minhabba x-xita qawwija li laqtet lir-Renju Unit fl-ahhar gimghat.
Monbeg Dude hu imharreg minn Michael Scudamore li fi tmiem it-tigrija kkummenta li qatt ma stenna li z-ziemel tieghu kien se jsib forma eccezzjonali fl-okkazjoni tal-Grand National ta’ Wales. Monbeg Dude befa fost iz-zwiemel outsiders f’din il-finali, tant li kien kwotat 10-1.

Ziemel ta’ Cuschieri b’success iehor ewlieni
Il-gimgha li ghaddiet permezz ta’ din ir-rubrika wkoll tajt harsa lejn is-successi li qieghed ikollhom iz-zwiemel tas-sid Malti Mark Cuschieri fit-tigrijiet ewlenin tal-galopp fi Sqallija. Wiehed minn dawn iz-zwiemel, Rock of Malta irnexxilu l-Hadd li ghadda jittrijonfa f’tigrija ohra importanti li saret fil-korsa tal-Mediterran f’Sirakuza fi Sqallija. Din kienet il-Gran Premio Sicilia fuq distanza ta’ 1500m. Rock of Malta kien misjuq minn Antonio Cannella u qasam il-linja finali l-ewwel minn Dillo Alla Luna (M. Esposito) u Logical Mind (F. Branca).
Mitlub jikkummenta mieghi wara dan is-success Cuschieri qalli li din kienet rebha ohra importanti u tkompli tibni fuq dak li akkwistaw iz-zwiemel tieghu s-sena li ghaddiet. “Din ir-rebha tkompli timla lili u lil shabi fl-iskuderija bil-kuragg u entuzjazmu ghax-xhur li gejjin,” ikkonkluda Mark Cuschieri.

Lokali – L-istagun 2013 jibda l-Hadd li gej
L-istagun 2013 tat-tigrijiet taz-zwiemel mistenni jibda l-Hadd li gej bl-ewwel laqgha tas-sena. Fl-ahhar jiem fil-kumpless tal-korsa tal-Marsa saru sensiela ta’ xogholijiet ta’ tisbih u manutenzjoni fuq wicc l-art tal-korsa. F’dan it-tmiem il-gimgha bdiet tittiehed il-kitba ghal dan l-ewwel programm stagonali. Dettalji dwar din il-laqgha nwassluhomkom il-gimgha d-diehla permezz ta’ din ir-rubrika.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives