//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Trot

Fire jirbah il-klassi Premier

fire

Il-Hadd li ghadda fil-Korsa tal-Marsa beda l-istaġun 2013 tat-tiġrijiet taż-żwiemel meta saru tmien tiġrijiet kollha tat-trott bla vantaġġi fuq id-distanza ta’ 2140m bil-Premier tkun l-aktar importanti.Fire misjuq minn Marco Refalo rebaħ il-Klassi Premier. Qasam il-linja finali l-ewwel b’tul fuq it-tieni klassifikat Nicos De Peneme wara sprint qawwi mibdi 400m metru mit-tmiem. Fit-tielet post daħal Simb Mark.

Keeping Quality u Onyx Speed daħlu u l-ewwel u tieni rispettivament fit-tiġrija Gold iżda t-tnejn sfaw skwalifikati biex ir-rebha nghatat lil Simb From Abroad taht il-gwida ta’ Clive Gerada. Oolong temm it-tieni.
L-ewwel minn tliet tiġrijiet Silver intrebħet minn Quo Vadis Phedo ta’ Cliferty Calleja wara li xejjen l-attakk aħħari tat-tieni klassifikat Mr King. Fit-tieni tiġrija Silver, Lovely Mab ikkontrollat minn Johan Gaffarena beda jżid sewwa il-pass biex temm rebbieħ b’tul.

Sprint fl-aħħar metri kien determinanti biex Ackaturbo immexxi minn Shaun Portelli rebaħ l-ewwel tiġrija Bronze. Ariane A ta’ Tony Demanuele irnexxilu jżomm il-lin kollu quddiem fi tieni tiġrija Bronze biex irreġistra it-tielet rebħa tiegħu fl-aħħra erba’ tiġrijiet tiegħu f’Malta.

Loulou De La Rose ta’ Carl Caruana rebaħ il-tiġrija Copper wara li fl-aħħar metri għeleb l-isfida aħħarija tat-tieni klassifikat Hulegardens Filur.

Ir-Rizultati Kollha
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m.Loulou De La Rose (C. Caruana) Hin – 1.19.3’’ 2. Hulegardens Filur (M. Falzon) 3. Trick The Lind (N. Baldacchino) 4. Navaroso De Khepri (R. Gatt)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m
1. Ackaturbo (S. Portelli) – Hin 1.20.1’’ 2. Nympheta De Bisoir (J. Farrugia) 3. Emil Brebro (B. Zammit) 4. Oris Du Lupin (C. Calleja)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m
1. Quo Vadis Phedo (C. Calleja) Hin – 1.19.6’’ 2. Mr King (F. Tanti) 3. Kosai L.J. (A. Cassar) 4. Noe De Loudat (K. Sciberras)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m
1. Ariane A (T. Demanuele) – Hin – 1.18.6’’2. Robin Lou C. Camilleri) 3. Niko De Chamant (V. Fenech) 4. Jens (A. Magro)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m
1. Simb From Abroad (C. Gerada) Hin 1.19.5’’ 2. Oolong (C. Calleja) 3. Jerry Eme (N. Baldacchino) 4. Noblebess Dubrio (R. Magro)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m
1. Lovely Mab (J. Gaffarena) Hin – 1.20.6’’ 2. Otas Fighter (C. Caruana) 3. Peasant Gallant (S Portelli) 4. Olifant Du Pouy (S. Vella)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m
1. Fire (M. Refalo) – Hin 1.17.9’’ 2. Nicos De Peneme (K. Azzopardi) 3. Skip Dimanche (C. Debono) 4. True Q. (S. Portelli)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m.
1. Daring Daylight (C. Camilleri) Hin – 1.20.4’’2. Baronello (J. Vassallo) 3. Mint Condition (J. Micallef) 4. Dacoit (C. Vassallo)

Lokali – Terga tispikka tigrija tal-klassi Premier
Meta l-Hadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa ssir it-tieni laqgha tal-istagun 2013 fuq tmien tigrijiet. Sebgha minn dawn it-tigrijiet se jkunu miftuha ghal zwiemel tat-trott u t-tigrija l-ohra se tkun ghal zwiemel tal-galopp. Il-Hadd ukoll, se terga tispikka tigrija tal-klassi Premier. Bhall-kumplament tat-tigrijiet tat-trott li se jsiru l-Hadd, din se ssir fuq distanza qasira ta’ 2140m, se tkun is-seba’ tigrija tal-programm u tibda fl-4pm.

Hawnhekk hdax –il ziemel se jiehdu sehem li huma Energy Launcher, Belafonte, Olbo King, Nicos de Peneme, Nec Carmolo, Ollico Pellois, Veikko Hornline, Ouragan de Sita, Versace Boko, Net de Ginai u Magnifique Sablais. Din ghandha tkun tigrija mill-aktar bilancjata fejn attenzjoni specjali se tinghata lil Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi), Ollico Pellois (Noel Baldacchino) u Magnifique Sablais (Julian Farrugia).

Fl-uniku tigrija tal-galopp, li se ssir fit-3.10pm se jiehdu sehem erba’ zwiemel, fosthom zewg debuttanti. Dawn huma l-Ingliza Maya Queen u l-Irlandiz Potere d’Acquisto. Il-kumplament tat-tigrijiet tat-trott se jkunu riservati ghal zwiemel mill-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper, bl-ewwel tigrija tal-klassi Copper tibda fis-1.30pm.

Tbassir.
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. Win – Loulou de la Rose. Place – Hulegardens Filur, Trick The Lind.
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Brokkur TYC. Place – Robin Lou, Niko de Chamant.
III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Nereus Galbe. Place – Rybo Juvel, Kosai LJ.
IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Owens Kin. Place – Nympheta de Bisoir, Emil Brebro.
V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. Win – Buttermilk. Place – Bon Santos, Potere d’Acquisto.
VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Oolong. Place – Nick de Touchyvon, Natif de Salvi.
VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Nicos de Peneme. Place – Ollico Pellois, Magnifique Sablais.
VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Quo Vadis Phedo. Place – Mint Condition, Ogor.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives