//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Mument, Trot

Belafonte jirbah il-klassi Premier

Action Marsa racetrack

Meta l-Hadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-tieni laqgha tal-istagun 2013 fuq tmien tigrijiet, sebgha tat-trott u ohra tal-galopp, spikkat l-aktar it-tigrija tal-klassi Premier. Bhall-kumplament tat-trott din saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u ntrebhet mill-Izvediz Belafonte misjuq miz-zghazugh Cliferty Calleja.

Hdax kienu z-zwiemel li bdew fit-tigrija tal-klassi Premier. Veikko Hornline (Carl Caruana) kien fost l-aktar zwiemel veloci wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri dan l-Izvediz mar quddiem u fetah vantagg zghir minn Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi) u Ouragan de Sita (Chris Cassar). It-tigrija hadet svolta ohra dawra mit-tmiem meta Rodney Gatt pogga lil Net de Ginai fl-ewwel pozizzjoni. Izda dan il-Franciz naqqas ferm mill-giri tieghu f’nofs id-dritta finali u nqabez minn Belafonte li ha l-ewwel rebha stagonali u t-tieni wahda fi gziritna b’Ouragan de Sita u Versace Boko (Warren Spiteri) itemmu warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16” fil-kilometru.

Fl-uniku tigrija tal-galopp li kien hemm fil-laqgha tal-Hadd erbgha biss kienu z-zwiemel li hadu sehem. Din it-tigrija zviluppat f’dwell interessanti tul id-distanza bejn zewg zwiemel debuttanti, l-Irlandiz Potere d’Acquisto (Demis Zammit) u l-Ingliza Maya Queen li kienet misjuqa minn hu Demis, Eric Zammit. Kien tal-ewwel li ha l-ewwel rebha fl-ewwel dehra b’Buttermilk (Michael Sultana) itemm fit-tielet pozizzjoni madwar seba’ tulijiet warajhom.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold, Natif de Salvi (Kurt Saliba) hasad lil kulhadd fl-ahhar mitejn metru. Dan iz-ziemel gie b’qawwa liema bhalha fuq in-nahha ta’ barra u temm l-ewwel b’tul minn Nick de Touchyvon (Charlo’ Debono) u Stefan Sufflor (Anthony Bartolo). Mint Spirit (Shaun Portelli) kellu wkoll prestazzjoni pozittiva.

Il-programm tal-Hadd li ghadda nkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Julian Farrugia pogga lil Wonderofyou tlieta fuq in-naha ta’ barra 400m mit-tmiem biex b’hekk dan iz-ziemel irnexxilu fl-ahhar metri jmur quddiem u jtemm rebbieh minn Landi Breton (David Ellul). Oscar des Racques (Clint Vassallo) u Bella Notte (Nathaniel Barbara) kellhom ukoll wirja pozittiva.
Attakk mibdi 400m mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver wassal lil Dacoit (Clint Vassallo) biex jirregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta minghajr tbatija quddiem Mint Condition (Jason Vassallo). Triumf Sund (Rodney Gatt) u Ocean Brillouard (Noel Baldacchino) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Bronze, Charles Camilleri b’Robin Lou halla kollox ghall-ahhar 500m. Dan il-veteran ma sab l-ebda tbatija biex itemm rebbieh facilment b’zewg tulijiet minn Pittacos (Noel Baldacchino) u Niko de Chamant (Victor Fenech). Brokkur TYC (Peter Farrugia) temm fir-raba’ pozizzjoni.
Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Bronze wasslet lil Lotus du Goth (Andrew Spiteri) biex jirbah b’nofs tul minn Mr Snowman (Rodney Gatt). Pacha de Sassy (Tony Demanuele) u Lucky d’Hercla (Cliferty Calleja) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk Ballad Ribb (Tony Demanuele) ceda kollox f’nofs id-dritta finali u nqabez minn Qualou d’Axel (Charles Mifsud) li qasam il-linja finali l-ewwel minn Navaroso de Khepri (Rodney Gatt). Loulou de la Rose (Carl Caruana) temm ir-raba’.

Ir-Rizultati Kollha
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Qualou d’Axel (C. Mifsud) Hin – NTR 2. Navaroso de Khepri (R. Gatt) 3. Ballad Ribb (T. Demanuele) 4. Loulou de la Rose (C. Caruana)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Robin Lou (C. Camilleri) Hin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Pittacos (N. Baldacchino) 3. Niko de Chamant (V. Fenech) 4. Brokkur TYC (P. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Wonderofyou (J. Farrugia) Hin – 2.47.5” (1.18.3”) 2. Landi Breton (D. Ellul) 3. Oscar des Racques (C. Vassallo) 4. Bella Notte (N. Barbara)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lotus du Goth (A. Spiteri) Hin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Mr Snowman (R. Gatt) 3. Pacha de Sassy (T. Demanuele) 4. Lucky d’Hercla (C. Calleja)

V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Potere d’Acquisto (D. Zammit) Hin – 1.14.1” 2. Maya Queen (E. Zammit) 3. Buttermilk (M. Sultana)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Natif de Salvi (K. Saliba) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Nick de Touchyvon (C. Debono) 3. Stefan Sufflor (A. Bartolo) 4. Mint Spirit (S. Portelli)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Belafonte (C. Calleja) Hin – 2.42.6” (1.16”) 2. Net de Ginai (R. Gatt) 3. Ouragan de Sita (C. Cassar) 4. Versace Boko (W. Spiteri)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dacoit (C. Vassallo) Hin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Mint Condition (J. Vassallo) 3. Triumf Sund (R. Gatt) 4. Ocean Brillouard (N. Baldacchino)

Tispikka finali fuq distanza qasira
It-tielet laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet tat-trott issir il-Hadd li gej wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. L-aktar tigrija mistennija se tkun ir-raba’ wahda, finali mill-kampjonat Assikura, katergorija B fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din se tkun finali miftuha ghal zwiemel mhux Francizi jew Zvedizi.

F’din il-finali se jippartecipaw tlettax –il ziemel u tibda fit-2.45pm. Se jigru Divinis, ziemel gdid Fillandiz ta’ disa’ snin Fuoco Nel Fuoco, My Shamrock, Willesden Hanover, Andri Boko, Ariane A, Ackaturbo, Sir De Landerije, Morgan Kane, Baronello, Lemon Solo, Daring Daylight u You Can’t Be Me. Misjuq minn Shawn Portelli, il-Belgjan Ackaturbo jibda favorit li jiehu t-tielet rebha konsekuttiva minn Ariane A (Tony Demanuele) u Daring Daylight (Charles Camilleri).

Il-programm tal-Hadd se jinkludi wkoll zewg semi finali ohra minn kampjonat simili miftuh ghal zwiemel mill-kategorija Open A. Minn dawn iz-zewg semi finali ghaxar zwiemel iridu jghaddu ghall-finali. Hawnhekk attenzjoni specjali se tinghata lil Ygor Of Pass (Charles Camilleri), Mars (Rodney Gatt) u Argus Hanover (Charles Camilleri).

Se ssir ukoll tigrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din se tkun is-sitt wahda u tibda fl-3.55pm. Hawnhekk se nsibu wkoll tliet zwiemel debuttanti Francizi ta’ hdax –il sena li huma Odedjalo, Oran u Olympien Major. Certament, Night Inlet (Noel Baldacchino) li gej minn sensiela ta’ rebhiet infila jibda kwotat ftit aktar mill-ohrajn, b’Fire (Marco Refalo) u Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) ikunu l-isfidanti ewlenin.

L-ewwel tigrija li tkun wahda tal-klassi Silver tibda fis-1.30pm.

Tbassir.
I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Race Ball. Place – Oscar de France, Olifant du Puoy.

II Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Simb From Abroad. Place – Jerry Eme, Op Le Cosseen.

III Tigrija. Semi Finali Assikura. Klassi Open A. Dist – 2140m. Win – Ygor Of Pass. Place – Count Of Life, Side Spin.

IV Tigrija. Finali Assikura. Klassi Open B. Dist – 2140m. Win – Ackaturbo. Place – Daring Daylight, Ariane A.

V Tigrija. Semi Finali Assikura. Klassi Open A. Dist – 2140m. Win – Argus Hanover. Place – Mars, Darco As.

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Night Inlet. Place – Fire, Nabab du Chatelet.

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Lovely Mab. Place – Prao de Bussy, Janitor.

Kompetizzjoni tal-Karnival
Fl-okkazjoni tal-festi tal-karnival ta’ dan it-tmiem il-gimgha, illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa se ssir parata b’ponijiet li s-sewwieqa taghhom se jkun tfal liebsa kostumi tal-karnival. Se ssir kompetizzjoni ghall-isbah kostum. Aktar dettalji jinghataw mill-organizzatur ewlieni, Joe Zerafa.

Internazzjonali – Dettori jixtieq jirritorna u jsir champion jockey
Il-jockey Taljan Frankie Dettori, li bhalissa jinsab sospiz ghal sitt xhur minhabba li nstab pozittiv wara test tad-doping, ikkonferma li mhux se jirtira mill-isport, anzi jixtieq jirritorna u jirbah l-unur tal-aqwa jockey tar-Renju Unit. Kelliemi ghall-jockey, Chrisopher Stewart Moore, qali li Dettori qieghed juza dan iz-zmien biex jirrifletti dwar il-karriera u l-futur tieghu. Dettori, ta’ 41 sena, se jkun sospiz sa Mejju li gej u zgur li se jitlef l-ewwel tmien gimghat tal-istagun il-gdid 2013. Zgur izda li Dettori se jkun fl-azzjoni fl-20 ta’ Mejju meta jsir id-derby ta’ Epsom u l-laqghat importanti ta’ Royal Ascot li jsiru f’Gunju li gej.

Li hu zgur hu li Frankie Dettori se jitlef id-Dubai World Cup f’Marzu li gej t-tigrijiet ewlenin li se jsiru fil-bidu ta’ Mejju fil-korsa ta’ Newmarket. Fil-karriera tieghu, Dettori temm l-ahjar jockey tal-istagun fl-1994, l-1995 u fl-2004. Meta thabbar li gie sospiz mill-isport, Dettori, missier ta’ hamest itfal kkummenta li kien hassu dizappuntat bl-isport li tant ihobb, mhux biss minhabba din is-sospensjoni izda anki ghax ftit gimghat qabel kien inhall minn kuntratt li kelu max-Sheikh Mohammed Bin Rashid Al Maktoum ta’ Dubai li kien ilu jsuqlu z-zwiemel ghal aktar minn tmintax –il sena.
Fl-ahhar snin, Frankie Dettori rebah 110 tigrija ta’ Grupp wiehed jew klassici fl-Ingilterra. Hu rebah ukoll il-famuza Prix de l’Arc de Triomphe li ssir kull sena fil-korsa ta’ Longchamp fi Franza tliet darbiet. Fl-995 b’Lammtara, fl-2001 b’Sakhee u s-sena ta’ wara b’Marienbard. Matul il-gimgha harget ukoll l-ahbar li hemm possibilita’ li dan il-jockey se jidba jkun involut fid-dinja tal-ispettaklu. Hemm cans kbir li jkun wiehed mill-partecipanti fl-edizzjoni Ingliza tas-sensiela Big Brother.

Aktar tibdil fil-Grand National
Dan l-ahhar id-dirigenti tal-korsa ta’ Aintree fl-Ingilterra habbru aktar tibdil fl-organizzazzjoni tat-tigrija bl-ostakli Grand National li ssir kull sena f’April f’din il-korsa. Dan wara li fl-ahhar edizzjoni kienu mietu zewg zwiemel partecipanti. Fost in-novitajiet imhabbra hemm it-tibdil taz-zona fejn jinghata l-bidu ufficjali, b’dan se jersaq aktar vicin tal-ewwel ostaklu filwaqt li se jittiehdu l-prekawzjonijiet kollha possibli biex jigu evitati incidenti waqt il-bidu ufficjali. Dan minn dejjem kien jigi kritikat, minhabba li mhux facli jinghata meta jkollok erbghin participant. Barra dan, din id-decizjoni se twassal biex tonqos id-distanza tat-tigrija.
Se jkun hemm tibdil ukoll fl-ostaklu maghruf bhala Becher’s Brook biex dan ikun anqas perikoluz ghaz-zwiemel. Fi stqarrijiet separati, filwaqt li l-British Horse Racing Authority fahhret id-dirigenti tal-korsa ghal dawn l-inizjattivi, l-ghaqda tad-drittijiet taz-Zwiemel World Horse Welfare sostniet li hi xorta tibqa dizappuntata li t-tigrija se tibqa tkun kontestata minn erbghin ziemel.

Rebha ghal Lo Verde f’belt twelidu
Ftit tal-gimghat ilu, fil-korsa ta’ La Favorita f’Palermo fi Sqallija, saret il-finali tal-Gran Premio del Mediterraneo-Memorial Franco Ruisi miftuha ghall-aqwa zwiemel fl-Italja li ghad ghandhom tliet snin. Din it-tigrija saret fuq distanza ta’ mil u kellha bidu bil-karozza tat-tluq. Misjuqa miz-zghazugh Gaspare Lo Verde kienet id-debba Paso Doble li ziedet il-giri fl-ahhar metri biex temmet rebbieha f’medja ta’ 1.14.2” fil-kilometru minn Poggio (Nicola Cintura) u Piro Piro Jet (Tomaso di Lorenzo). Pacific Model (Gaetano Trinchillo), dahal fir-raba’ pozizzjoni. Gaspare Lo Verde jigi iben l-ahjar sewwieq u trainer fi Sqallija, Biagio Lo Verde u ghalih dan kien l-ewwel success f’tigrija ta’ livell ta’ gran premio. Il-familja Lo Verde setghu spiccaw fl-ewwel u t-tieni post, izda d-debba misjuqa minn Biagio, Plaza Mayor bidlet il-pass u giet skwalifikata.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives