//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Trot

Nhar il-Gimgha ssir it-tieni edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards

awards photo

Nhar il-Gimgha li gej, 15 ta’ Frar, fil-lukanda Dolmen se tittella’ t-tieni edizzjoni tal-Malta HorseRacing Awards organizzata mill-Kunsill Malti ghall-Isport flimkien mal-Malta Racing Club. Dettalji dwar dawn l-awards inghataw waqt konferenza tal-ahbarijiet moghtija fl-ufficji tal-Malta Racing Club mis-Sur Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport, Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club u Kenneth Vella, gurnalist sportiv u direttur fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Isport.

Fl-introduzzjoni tieghu, Bernard Vassallo qal li wara s-success li kisbu dawn l-awards is-sena li ghaddiet il-KMS hass li kellu jerga jaghti l-appogg tieghu lill-MRC biex jerga jtella’ edizzjoni ohra ta’ dawn l-awards li tkompli tibni fuq dik tas-sena li ghaddiet. “Il-Kunsill Malti ghall-iSport huwa konxju tal-popolarita’ ta’ dan l-isport u bejna u bejn il-Malta Racing Club hemm sinergija shiha. Il-KMS hu dejjem lest jaghti l-kontribut tieghu f’attivitajiet bhal dawn li jonoraw l-isportivi Maltin,” tenna Vassallo.

Minn naha tieghu, Dr Matthew Brincat zied jghid li kieku ma kienx ghall-ghajnuna moghtija mill-KMS kieku l-club tieghu ma setax jidhol ghal numru ta’ progetti fl-ahhar snin. Fost dawn huwa elenka l-istallazzjoni ta’ tinda gdida, l-importazzjoni ta’ ramel ta’ kwalita’ ghall-uzu tal-korsa u xoghol ta’ tisbih fil-kumpless tal-Marsa. Dwar l-awards Dr Brincat qal li issa dawn saru parti integrali mill-kalendarju tal-club u sena wara sena qieghed jizdiedu fil-popolarita’.

Finalment tkellem Kenneth Vella li bhala chairman tal-kumitat organizzattiv irringrazzja lil dawk kollha li qieghed jaghtu kontribut fl-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’. Hu zied jghid ukoll li din is-sena se jitqassmu b’kollox dsatax –il award jew rikonoxximent, zieda fuq dawk imqassma s-sena li ghaddiet. L-awards jew rikonoxximenti imqassma din is-sena huma – rikonixximent ghall-aqwa pony fil-korsa l-qadima, rikonoxximent ghall-aqwa ziemel fil-korsa l-qadima; award ghaz-ziemel tal-galopp tas-sena, award ghaz-ziemel tat-trott tas-sena, award ghall-ahjar jockey tas-sena, award ghall-ahjar sewwieq taht il-25 sena, award ghall-aktar ziemel konsistenti tat-trott, award ghall-aktar ziemel konsistenti fit-tigrijiet tal-galopp, numru ta’ rikonoxximenti ghal successi internazzjonali kemm minn sewwieqa u anki minn jockeys u sidien; lifetime achievement awards ghall-karriera; award ghaz-ziemel rivelazzjoni ta-sena, award ghall-isbah finali u fl-ahhar jitqassam ukoll award ghall-ahjar sewwieq tas-sena.

Is-serata se tixxandar fil-jiem ta’ wara fuq TVM2 u se tkun prezentata minn Sergio Mallia, prezentatur u gurnalist tal-PBS filwaqt li Mike Spiteri se jkanta whud mill-aqwa diski mir-repertorju tieghu waqt l-istess attivita’. Din l-attivita’ ma kenitx tkun possibli minghajr l-ghajnuna ta’ diversi kumpaniji fosthom Print IT, Red October, General Soft Drinks, il-Lukanda Dolmen u Marindex Trophies.

Ghal darba ohra Ready Cash kontra Royal Dream

Nhar il-Hadd li gej fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza ssir it-tigrija nternazzjonali Gran Prix de France fuq distanza qasira ta’ 2140m u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Din it-tigrija se terga tlaqqa’ flimkien il-protagonisti tal-Prix d’Amerique ta’ ftit jiem ilu, fosthom il-popolari Ready Cash u r-rebbieh Royal Dream. Il-lista kompleta tal-partecipanti hija –

1. Maharajah (Orjan Kihlstrom)

2. Ready Cash (Franck Nivard)

3. Save The Quick (Eric Raffin)

4. Quoumba de Guez (Jean Michel Bazire)

5. Royal Dream (Jean Philippe Dubois)

6. Noras Bean (Dominik Locqueneux)

7. Main Wise As (Pierre Levesque)

8. The Best Madrik (Jean Etienne Dubois)

9. Timoko (Joseph Verbeeck)

10. Triode de Felliere (Arnoud Barrier)

11. Le Cannibale (Matheu Abrivard)

12. Tiego d’Etang (Christian Bigeon)

13. Raja Mirchi (Lutfi Kolgjini)

Favorit ghandu jibda r-rebbieh tal-Amerique Royal Dream. Dettalji dwar din it-tigrija nwassalomkhom fil-jiem li gejjin permezz tal-website tieghi.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives