//
you're reading...
Horse Racing, Trot

Statistika 2012 minn Franza

Is-sewwieq popolari Franciz Jean Michel Bazire li ghalkemm kien nieqes ghal parti twila tal-istagun is-sena li ghaddiet xorta temm l-ahjar sewwieq fi Franza.

Is-sewwieq popolari Franciz Jean Michel Bazire li ghalkemm kien nieqes ghal parti twila tal-istagun is-sena li ghaddiet xorta temm l-ahjar sewwieq fi Franza.

Dan l-ahhar l-asocjazzjoni Franciza Societe’ Du Cheval Francais habbret il-klassifici finali relatati mal-istagun li ghadda. Franck Leblanc gie dikjarat l-ahjat trainer tas-sena. Kellu 158 ziemel imharrga minnu. Dawn hadu sehem f’931 tigrija, rebhu 142 tigrija u kellhom 369 pjazzament. Ghal total ta’ rebh ta’ €5.285.853 fi premijiet.Sebastien Guarato temm it-tieni segwit minn Thierry Duvaldestin.

Ghal sena ohra, u ghalkemm tilef bosta tigrijiet minhabba li kien rikoverat fl-isptar, Jean Michel Bazire spicca l-ahjar sewwieq tas-sena. Ha sehem fi 819 –il tigrija, rebah 214 minnhom u kellu 295 pjazzament. Eric Raffin temm it-tieni b’168 rebha u 585 pjazzament minn1199 tigrija. Matheu Abrivard ghalaq is-sena b’150 rebha, 503 pjazzament minn 1115 –il tigrija.
F’dik li hi klassifika tat-tigrijiet tat-trott fuq id-dahar jew monte’, Yoann Lebourgeois temm l-ewwel. Minn 453 tigrija dan rebah 74 tigrija u kellu 198 pjazzament.

Eric Raffin spicca t-tieni b’sebghin rebha u 261 pjazzament minn 493 tigrija, segwit minn Franck Nivard b’54 rebha u 184 pjazzament minn 367 tigrija. Din kienet l-ewwel darba li Lebourgeois spicca fl-ewwel post f’din il-klassifika.
L-istalel Victoria Dreams, propjetarja tar-rebbieh tal-Prix d’Amerique Royal Dream spiccat l-ewwel fil-klassifika tas-sidien b’151 rebha minn 911 –il tigrija quddiem Jean Paul Marmion b’89 rebha minn 424 tigrija u l-istalel Quick Star b’erbghin rebha minn 271 tigrija.

Tkompli l-krizi fl-Italja

Dan l-ahhar, mijiet ta’ persuni nvoluti fl-isport taghna, fosthom sewwieqa u sidien ipprotestaw fit-toroq ta’ Napli fl-Italja minhabba l-krizi li ghadu ghaddej minnha dan l-isport. Il-protesta lahqet il-quccata taghha s-Sibt fil-ghaxija b’attivita’ quddiem l-istadium ta’ San Paolo, ftit minuti biss qabel il-bidu tal-loghba Napoli kontra Catania. Xi zwiemel gew marbuta mal-entratura tal-ground filwaqt li numru ta’ karrijiet taz-zwiemel dhallew b’mod li bdew jostakolaw it-traffiku.

Matul din il-protesta, is-sewwieqa u s-sidien kienu wkoll akkumpanjati minn haddiema tal-korsa ta’ Agnano. F’kummenti li taw lill-gurnalisti dawn sostnew li issa s-sitwazzjoni saret wahda inaccettabli. Ilhom ma jircievu l-premijiet taghhom ghal diversi xhur filwaqt li l-korsa ilha maghluqa ghal diversi gimghat. Minn naha taghhom il-haddiema ilhom ma jircievu s-salarju dovut lilhom ghal xejn anqas minn tmien xhur.

Din il-protesta nghatat prominenza anki mill-mezzi tax-xandir internazzjonali specjalment fir-Renju Unit. Protesti ohra fl-istess jiem saru fit-toroq principali ta’ Firenze fejn hawnhekk it-traffiku spicca wieqaf ghal diversi sieghat u kellha tintervjeni l-puluzija. Fl-Italja, dawk involuti fl-isport qieghed jittamaw li tinstab soluzzjoni ta’ dawn il-problemi lejn l-ahhar ta’ dan ix-xahar wara li fil-pajjiz ikunu saru l-elezzjonijiet generali. Dan minhabba li l-gvern prezenti ma ridtx jintervjeni biex jiffinanzja it-tigrijiet minhabba l-krizi finanzjarja li ghaddej minnha l-pajjiz.

Bhalissa fl-Italja, tliet koros ewlenin tat-trott, dawk ta’ Napli, Ruma u Milan jinsabu maghluqa minhabba din il-krizi.

Nhar il-Gimgha l-Malta Horse Racing Awards

Nhar il-Gimgha li gej, 15 ta’ Frar, fil-lukanda Dolmen se tittella’ t-tieni edizzjoni tal-Malta HorseRacing Awards organizzata mill-Kunsill Malti ghall-Isport flimkien mal-Malta Racing Club.

Din is-sena se jitqassmu b’kollox dsatax –il award jew rikonixximent, zieda fuq dawk imqassma s-sena li ghaddiet. L-awards jew rikonoxximenti imqassma din is-sena huma – rikonixximent ghall-aqwa pony fil-korsa l-qadima, rikonoxximent ghall-aqwa ziemel fil-korsa l-qadima; award ghaz-ziemel tal-galopp tas-sena, award ghaz-ziemel tat-trott tas-sena, award ghall-ahjar jockey tas-sena, award ghall-ahjar sewwieq taht il-25 sena, award ghall-aktar ziemel konsistenti tat-trott, award ghall-aktar ziemel konsistenti fit-tigrijiet tal-galopp, numru ta’ rikonoxximenti ghal successi internazzjonali kemm minn sewwieqa u anki minn jockeys u sidien; lifetime achievement awards ghall-karriera; award ghaz-ziemel rivelazzjoni ta-sena, award ghall-isbah finali u fl-ahhar jitqassam ukoll award ghall-ahjar sewwieq tas-sena.

Is-serata se tixxandar fil-jiem ta’ wara fuq TVM2 u se tkun prezentata minn Sergio Mallia, prezentatur u gurnalist tal-PBS filwaqt li Mike Spiteri se jkanta whud mill-aqwa diski mir-repertorju tieghu waqt l-istess attivita’. Din l-attivita’ ma kenitx tkun possibli minghajr l-ghajnuna ta’ diversi kumpaniji fosthom Print IT, Red October, General Soft Drinks, il-Lukanda Dolmen u Marindex Trophies.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives