//
you're reading...
Horse Racing

Maghrufa r-rebbieha tat-tieni edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards

Ir-rebbieha kollha tal-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta Horse Racing Awards flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli, Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport, Dr Matthew Brincat Chairman tal-Malta Racing Club u Kenneth Vella, Direttur fi hdan il-KMS u l-mohh wara din l-inizjattiva.

Ir-rebbieha kollha tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Horse Racing Awards flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli, Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport, Dr Matthew Brincat Chairman tal-Malta Racing Club u Kenneth Vella, Direttur fi hdan il-KMS u l-mohh wara din l-inizjattiva.

Il-Gimgha fil-ghaxija, fil-lukanda Dolmen fil-Qawra ittellghet it-tieni edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards organizzata mill-Kunsill Malti ghall-Isport flimkien mal-Malta Racing Club. Din l-attivita’ kienet organizzata minn kumitat imwaqqaf apposta u ppresedut minn Kenneth Vella, Direttur fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Isport u l-mohh wara din l-inizjattiva fl-ahhar snin.

Waqt is-serata saru diskorsi mis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli, mic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport Bernard Vassallo, minn Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club u minn Kenneth Vella bhala chairman tal-kumitat organizzattiv. Prezenti wkoll ghas-serata kien hemm l-onorevoli Chris Agius, Kelliem tal-Partit Laburista dwar l-isport.

Intant ir-rebbieha kollha matul din it-tieni edizzjoni ta’ dawn l-awards kienu –

1. Rikonoxximent ghall-aqwa ziemel tat-trott fil-korsa l-qadima 2012 – Goldbowler.

2. Rikonoxximent ghall-aqwa pony fil-korsa l-qadima 2012 – Suprema As.

3. Award ghaz-Ziemel tal-Galopp tas-Sena 2012 –Cheeky Jack.

4. Award ghaz-Ziemel tat-Trott tas-Sena 2012 –Zilver Boko.

5. Award ghall-Ahjar Sewwieq Taht il-25 sena 2012 – Rodney Gatt.

6. Award ghall-Ahjar Jockey tas-Sena 2012 – Ramon Grima.

7. Rikonoxximent ghal successs internazzjonali sewwieqa u jockeys 2012 – Darren Mizzi, Noel Baldacchino, Ludvic Ghigo, Ivan Carabott, Michael Sultana.

8. Rikonoxximent ghal successi internazzjonali sidien 2012 – Mark Cuschieri u Christopher Demanuele.

9. Lifetime Achievement Award ghall-karriera – Angelo Agius.

10. Lifetime Achievement Award Ziemel –Isard du Pont.

11. Award ghaz-Ziemel Rivelazzjoni tas-Sena 2012– Zilver Boko.

12. Award ghall-Isbah Tmiem ta’ Finali tas-Sena 2012 – Troy Boshoeve.

13. Award ghas-Sewwieq tas-Sena 2012 – Noel Baldacchino.

Is-serata se tixxandar is-Sibt 23 ta’ Frar fuq TVM2 ghal habta tad-9.30pm u se tkun prezentata minn Sergio Mallia. Din l-attivita’ ma kenitx tkun possibli minghajr l-ghajnuna ta’ diversi kumpaniji fosthom Print IT, Red October, General Soft Drinks, il-Lukanda Dolmen, Emotion Signworks, Equine Supreme li hi kumpanija Taljana li tipproduci prodotti taz-zwiemel u Marindex Trophies.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives