//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Trot

Success internazzjonali ghal Grech, Sultana u Cuschieri

Vasterbo Wallet, whose breeder is Mr George Grech is seen winning his first race in Sweden.

Vasterbo Wallet, whose breeder is Mr George Grech is seen winning his first race in Sweden.

Dan l-ahhar l-Izvediz Vasterbo Wallet, ziemel ta’ 3 snin, rebah tigrija ewlenija fil-korsa ta’ Solvalla fl-Izvezja. Dan iz-ziemel hu imharreg mill-professjonali Svediz Claes Sjostrom u ghandu bhala breeder tieghu lill-Malti George Grech li mad-dilettanti ta’ dan l-isport m’ghandu bzonn ta’ ebda introduzzjoni. Mitlub jikkummenta minni dwar dan is-success ta’ Vasterbo Wallet, Grech qalli li s’issa dan iz-ziemel gera darba biss fl-Izvezja, it-tigrija li rebah f’Solvalla. Din it-tigrija kienet fuq distanza qasira ta’ 2140m u kellha bidu bil-waqqaf .

“Vasterbo Wallet rebah f’medja 1.18.1” fil-kilometru. Barra dan ghamel l-ahhar 500m f’medja tajba ferm ta’ 1.14” fil-kilometru. Beda’ wkoll outsider 17-1. Warajh fit-tieni u t-tielet post dahlu zewg zwiemel tat-trainer famuz Stig H Johansson li kienu misjuqa min Erik Adielsson u Per Lennartsson,” tenna Grech.

Dwar kif jara l-futur ta’ dan iz-ziemel, George Grech qalli li jemmen li z-ziemel ghandu futur sabih quddiemu, u l-mod kif gera l-ahhar 300m waqt it-tigrija tad-debutt tieghu, ikkonfermaw kemm ghandu sprint qawwi u spirtu kumbattiv. Dan wara li rnexxilu jaqbez erba’ zwiemel minghajr sforz kbir.

Vasterbo Wallet jigi iben l-istaljun popolari From Above, li fil-karriera tieghu kien anki rebah il-famuza Elitloppet fl-istess korsa ta’ Solvalla u d-debba Tatum Trot li ghandha wkoll demm Franciz mill-istaljun Fakir du Vivier.
Barra Vasterbo Wallet, George Grech huwa wkoll il-breeder ta’ Vasterbo Purse, ta’ 3 snin ukoll, li hi bint il-maghruf franciz Ganymede. Din debba Zvediza ohra wkoll li pero’ ghada ma kkwalifikatx ghalkemm qed titharreg regolari.

Michael Sultana jkompli jaghmlilna unur fi Franza

Matul din il-gimgha kien hawn fostna l-jockey bravu Malti Michael Sultana li fl-ahhar gimghat kien Franza jiehu sehem f’numru ta’ tigrijiet kompetittivi. Ma qghadx lura milli niddiskuti ma’ Sultana l-ahhar esperjenza tieghu f’dan il-pajjiz Ewropew. “Kont ilni Franza xahar hu nofs u kelli c-cans nippartecipa f’erba’ tigrijiet. Irkibt waqt tigrijet fi Frar wara li f’Dicembru li ghadda kont soqt f’zewg tigrijiet ohra. F’dak ix-xahar kont irbaht permezz ta’ Kimberley Downs u dhalt it-tieni b’ziemel iehor taghna” qal Michael Sultana.

Dawn iz-zewg tigrijiet li saru f’Dicembru li ghadda kieu gew organizati fil-korsa ta’ Pau fi Franza. Fl-ahhar sitt gimghat il-jockey Malti saq f’erba’ tigrijiet ohra u minn dawn dahal darbtejn it-tieni. “Kuntent bir-rizultati miksuba minn Dasho mhux biss bhala jockey izda fuq kollox ghax hu propjeta’ tieghi u ta’ John Borg. Dawn il-pjazzamenti waslu fil-koros ta’ Marseille Vivaux u Sennones Pouance. Barra dan soqt ukoll lil Kimberley Downs u lil debba ohra taghna Anna f’tigrijiet li saru fil-koros ta’ Toulouse u Marseille Vivaux,” ikkummenta Sultana.

Mistoqsi dwar il-futur tieghu l-avventura tieghu fil-kontinent taghna, Michael Sultana kkonferma li qieghed jippjana li f’dan it-tmiem il-gimgha jerga jitla Franza u jsuq liz-ziemel Safari Storm li hu propjeta’ ta’ sid iehor Malti, Geoffrey Borg. Barra dan qieghed jippjana wkoll li jerga jsuq lil Dasho f’tigrija ohra fil-korsa ta’ Toulouse.

“Ghalija huwa kompitu iebies li nsuq u nikkompeti ma’ jockeys Francizi li huma ta’ livell gholi hafna. Izda minn naha tieghi qieghed nipprova kemm nista nzomm il-piz tieghi baxx halli nkun fl-aqwa forma u nkun nista niehu sehem f’aktar tigrijiet. Nixtieq ukoll nirringrazzja lit-trainer David Henderson, stazzjonat fil- korsa ta’ Mont de Marsan li jaghtini c-cans inharreg iz-zwiemel tieghu kuljum biex niehu aktar esperjenza. Meta nkun Franza nharreg madwar ghoxrin ziemel ta’ Henderson matul il-gimgha. Hija esperjenza kbira li tahdem ma’ dawn il-professjonali u fuq kollox tikkompeti maghhom. Izda dan nassigruak li jirrikjedi hafna xoghol, dedikazzjoni u sagrificcji. Sal-lum jien determinat li nkompli nahdem u nirsisti biex ikolli dawn l-esperjenzi. Hajr specjali jmur ukoll lejn il-membri tal-familji tieghi u hbieb tal-appogg kollu li jaghtuni matul is-sena.” ikkonkluda Michael Sultana.

Ziemel ta’ Cuschieri t-tieni

Misjuq minn Antonio Cannella, iz-ziemel Rock of Malta, propjeta’ tal-Malti Mark Cuschieri, il-Hadd li ghadda temm it-tieni f’tigrija importanti li saret fil-korsa ta’ Capanelle f’Ruma l-Italja. Dan kien qieghed jiehu sehem fit-tigrija Premio Arconte fuq distanza ta’ 1600m.

Rock of Malta temm it-tieni wara Best Tango misjuq minn Giuseppe Bietolini. Dark Dream, taht il-gwida ta’ Maurizio Esposito, dahal fit-tielet pozizzjoni. B’kollox ghaxar zwiemel hadu sehem f’din it-tigrija. Mitlub minni biex jikkummenta dwar dan ir-rizultat wara t-tigrija Cuschieri qalli li din kienet tigrija ta’ kwalifika ghall-finali tal-Gran Premio Parioli. “L-art kienet tqila hafna minhabba x-xita li ghamlet matul in-nofs ta’ nhar kollu. Barra dan il-wirja ta’ Rock of Malta hija wahda tajba anki minhabba l-fatt li kien l-uniku ziemel f’din it-tigrija li beda b’piz kbir, kilo aktar mill-partecipanti l-ohra kollha,” ikkonkluda Cuschieri.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives