//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Trot

Gimgha memorabbli ghal Charles Degiorgio

href=”https://kennethvella.files.wordpress.com/2013/03/charles-degiorgio-jagersro.jpg”>Charles Degiorgio, the Maltese Professional Driver and Trainer in Sweden, winner of two races at Jagersro Racetrack. Charles Degiorgio, the Maltese Professional Driver and Trainer in Sweden, winner of two races at Jagersro Racetrack.[/caption]

It-Tlieta li ghadda zgur li se tibqa gurnata memorabbli ghat-trainer u sewwieq professjonali Malti fl-Izvezja Charles Degiorgio. Dan minhabba li Degiorgio kien qieghed jiehu sehem fi tliet tigrijiet waqt laqgha organizzata fil-korsa ta’ Jagersro. Minn dawn, is-sewwieq Malti rebah tnejn u temm it-tielet fit-tigrija l-ohra.
Charles Degiorgio temm rebbieh permezz ta’ Alfa Dream f’tigrija fuq distanza ta’ 2140m. Alfa Dream qasam il-linja finali l-ewwel f’medja ta’ 1.15.4” u minn Mareld (Thomas Uhlberg) u Eko Nalan (Oscar Nilson). Alfa Dream hu ziemel Zvediz ta’ hames snin, propjeta’ ta’ sid Skandinavu.

F’tigrija ohra, fuq distanza ta’ mil, is-sewwieq Malti mar tajjeb bl-Olandiz Alibabba li rregistra medja ta’ 1.13.4” u minn Heart Jack (Jorgen Lorenzen) u d-Daniz Reumert (Ken Ecce). Alibabba huwa ziemel ta’ sitt snin u bhala sidien ghandu fost l-ohrajn lill-Maltin Shawn u Sunny Formosa.

Fl-ewwel tigrija tal-programm Charles Degiorgio spicca fit-tielet post b’Grace From Above u wara r-rebbieha The Divine Miss F (Johnny Takter) u Main Offender (Lutfi Kolgjini). Ir-rebbieha kellha medja ta’ 1.16.2” fil-kilometru, bit-tigrija ssir fuq distanza qasira wkoll ta’ 2140m u bil-bidu bil-waqqaf. Grace From Above hija debba Zvediza ta’ tliet snin b’sidien Zvedizi.

Mistoqsi biex jikkummenta dwar dan is-success, Charles Degiorgio qal li qatt ma stenna li kien se jiehu sehem fi tliet tigrijiet u minnhom jirbah tnejn, specjalment meta z-zwiemel li saq ma bdewx fost l-aktar kwotati. “Kienet sorpriza sabiha li lili timlini bil-kuragg ghax kif jaf kulhadd, mhux facli li tikkompeti f’tigrijiet ta’ dan il-livell. Niehu l-okkazjoni wkoll biex nirringrazzja lil dawk is-sidien li sena wara sena baqghu juru fiducja fija u joffruli z-zwiemel taghhom,” qal Degiorgio.

Dubai World Cup ghal lum

Illum wara nofsinhar fil-korsa ta’ Meydan, f’Dubai fl-Emirati Gharab Maqghuda se ssir l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dubai World Cup. Fost il-finalisti li mistennija jispikkaw din is-sena hemm Royal Delta, Animal Kingdom, Dullahan, Meandre, Planteur u Red Cadeaux .

Dottor Iannarelli f’Malta

Il-veterinarju taz-ziemel leggendarju Taljan Varenne se jerga jkun Malta bejn il-Hamis 11 u l-Gimgha 12 ta’ April 2013. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista javvicinani.

Jispikkaw erba’ finali

Fl-okkazjoni tal-festa tal-Ghid il-kunsill tal-Malta Racing Club se jkun qieghed jorganizza programm ta’ tigrijiet mill-aktar interessanti. Dan se jkun it-tieni wiehed tar-Rebbiegha fuq tmien tigrijiet. Tlieta minn dawn se jkunu finali ta’ Condition Races fuq distanza qasira ta’ 2140m u finali tat-Tazza Chukkas ghal zwiemel tal-galopp fuq distanza twila ta’ 1750m.

Il-finali tal-galopp se tkun is-sitt wahda u tibda fl-4.25pm. Mill-gagga tat-tluq se jibdew Timolin, Privileged Boy, Royal Fleece, Henderlik u Four Richer. Din ghandha tkun finali fost l-aktar bilancjati b’Timolin (Ramon Grima) jibda favorit li jiehu t-tieni rebha konsekuttiva minn Royal Fleece (Oliver Briffa) u Henderlik (Demis Zammit).

It-tliet finali ta’ Condition Race se jkunu riservati ghal zwiemel mill-klassi Gold u Silver. Fiz-zewg finali tal-klassi Gold, attenzjoni specjali trid tinghata lil Orage du Pont (Charles Camilleri), Charm Hammering (Gilbert Farrugia) u Skars Hanna (Jeffrey Said). Minn naha l-ohra, Wonderofyou (Julian Farrugia), Ackaturbo (Shawn Portelli), Octobre En Fete (Cliferty Calleja) u Mint Condition (Jason Vassallo) jibdew favoriti fil-finali Silver.

L-uniku tigrija tal-klassi Premier se tkun il-hames wahda u fiha l-Franciz Ohime Mag jipprova jiehu t-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta taht il-gwida ta’ Ronald Cassar. L-ewwel tigrija, li tkun wahda tal-klassi Copper fuq distanza twila, tibda fis-2.30pm.

Tbassir.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. Win – Lemon Solo. Place – Marathon d’Isques, Monte Cinto Mag.

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Orgeat. Place – Judon du Cap Vert, Willesden Hanover.

III Tigrija. Finali Condition Race. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Wonderofyou. Place – Ackaturbo, Pile Ou Face.

IV Tigrija. Finali Condition Race. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Octobre En Fete. Place – Prince November, Mint
Condition.

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. Win – Ohime Mag. Place – Normand d’Oger, Magic de Assigny.

VI Tigrija. Finali Tazza Chukkas. Klassi Galopp. Dist – 1750m. Win – Timolin. Place – Royal Fleece, Henderlik.

VII Tigrija. Finali Condition Race. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Orage du Pont. Place – Skars Hanna, Charm Hammering.

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Ollico Pellois. Place – Loverboy Index, Reado November.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives