//
you're reading...
Horse Racing, Mument, Trot

It-Tazza l-Kbira posposta ghall-Hadd li gej

Kakisis (Johan Axisa) wiehed mill-finalisti tat-Tazza l-Kbira u rebbieh tal-edizzjoni 2011. (Ritratt Alex Azzopardi

Kakisis (Johan Axisa) wiehed mill-finalisti tat-Tazza l-Kbira u rebbieh tal-edizzjoni 2011. (Ritratt Alex Azzopardi)

Din hija silta minn artiklu miktub minni fil-gazzatta Il-Mument. Irrangat ftit wara li l-laqgha giet posposta

Il-laqgha li kellha ssir il-Hadd wara nofsinhar fil-Marsa kellha tigi posposta ghall-Hadd li gej wara laqgha li saret bejn il-kunsill tal-Malta Racing Club u s-sidien taz-zwiemel. Din se tkun it-tlettax –il wahda tas-sena u se tikkonsisti minn seba’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Minn dawn se tispikka l-aktar il-finali tal-kompetizzjoni prestigjuza tat-Tazza l-Kbira li se tkun organizzata bl-ghajnuna ta’ Dragonara Brasserie.

Din il-finali se tkun riservata ghal zwiemel tal-oghla klassijiet, se tkun is-sitt wahda u tibda fl-4.35pm. Wara l-karozza tat-tluq se jibdew Nino de Saintho, Nitesco d’Antony, Mig Of The Wood, Okilaibo, Arnie Sensation, Kakisis, Poppes Fighter, Original Blue, Odedjalo, Nabab du Chatelet u Quebec. Intant din ghandha tkun finali mill-aktar bilancjata, difficli biex taghzel favorit car, ghalkemm certament iz-zewg rebbieha tas-semi finali, Kakisis (Johan Axisa) u Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) ghandhom ikunu kwotati ftit aktar mill-ohrajn. Ghall-okkazjoni tal-lum il-kunsill tal-Malta Racing Club hejja programm specjali li jinkludi wkoll parata bi preparazzjoni tas-sewwieqa u tas-sidien taz-zwiemel finalisti.

L-istorja tat-Tazza l-Kbira f’pajjizna tmur lura sal-1934 u l-ewwel edizzjoni ntrebhet minn Frise Poulet li kien propjeta ta’ Paul Galea. Zwiemel ohra popolari f’pajjizna li naqqxu isimhom fuq it-Tazza l-Kbira matul is-snin kienu Ike Williams C li rebahha erba’ darbiet, Alcyon III, Douaire, Elorn, Hector de Retz, Nicolas de la Fuye, Nemo des Bruyeres, Uquito d’Orphee u James de l’Iton. Is-sena li ghaddiet din il-finali kienet intrebhet minn wiehed mill-finalisti ta’ din is-sena, Mig of The Wood li kien misjuq minn Noel Baldacchino.

“In-numru wara l-karozza tat-tluq ma jaghmilx differenza” – Johan Axisa, sewwieq u sid Kakisis.

Mitlub jikkummenta dwar il-finali, Johan Axisa, li hu s-sid u s-sewwieq tal-veteran ta’ hmistax –il sena Kakisis, rebbieh ta’ wahda mis-semi finali, sostna li l-finali tal-lum se tkun wahda bilancjata ferm u difficli biex taghzel favorit car. Fl-ahhar snin, Kakisis kien dejjem wiehed minn dawk iz-zwiemel li rnexxilu jirbah xi finali matul l-istagun u rebah l-istess kompetizzjoni fl-2011.

“Il-finalisti huma kollha zwiemel tajbin u kellhom bicca xoghol iebsa biex waslu s’hawn. Huwa dejjem unur li tigri fil-finali tat-Tazza l-Kbira u kuntent li ghaddejt ghall-finali. Ghadni niftakar il-jum meta rbaht il-finali sentejn ilu. Dwar in-numru wara l-karozza tat-tluq, lili ma jaghmillix differenza minhabba li z-ziemel tieghi ma tantx jibda u dejjem ihalli kollox ghall-ahhar metri. Nawgura li jkollna finali tajba ghas-sodisfazzjon ta’ kulhadd,” ikkonkluda Johan Axisa.

“Iz-ziemel baqa’ f’forma tajba” – Charles Camilleri, sewwieq Nabab du Chatelet.

Hadt ukoll il-kumment ta’ Charles Camilleri s-sewwieq ta’ Nabab du Chatelet, rebbieh tat-tieni finali. Camilleri zied jghid li l-finali mistennija tkun wahda sabiha, indeciza u bilancjata sal-ahhar. “Iz-ziemel li se nsuq jien vera gej minn success fis-semi finali izda dan ma jfissirx li l-lum ghandu xi vantagg aktar mill-ohrajn minhabba li kull tigrija ghandha l-istorja taghha. Nabab du Chatelet fl-ahhar jiem baqa’ jigi preparat b’konsistenza u jidher li zamm il-forma tajba tieghu. Il-finalisti tal-lum kollha ghaddejjin minn forma tajba,” qal Camilleri.

Mistoqsi dwar in-numru hdax wara l-karozza tat-tluq, Camilleri zied jghid li hu u s-sidien preferew numru minn wara waqt il-bidu ufficjali, anki minhabba li z-ziemel mhux xi wiehed li jibda b’sahhtu. “Nittama li llum ma jkollix l-izvantagg li ninqabad fuq barra tul id-distanza kollha bhal kif grali fis-semi finali,” ikkonkluda Charles Camilleri.

Iz-zwiemel li ghaddew ghall-finali tat-Tazza l-Kbira fuq 2640m li se ssir il-Hadd li gej u s-sewwieqa taghhom

1. Count Of Life (Claudio Refalo)

2. Nino de Saintho (Cliferty Calleja)

3. Nitesco d’Antony (David Ellul)

4. Mig Of The Wood (Rodney Gatt)

5. Okilaibo (Julian Farrugia)

6. Arnie Sensation (Carmelo Farrugia)

7. Kakisis (Johan Axisa)

8. Poppes Fighter (Frencu Cassar)

9. Original Blue (Chris Cassar)

10. Odedjalo (Noel Baldacchino)

11. Nabab du Chatelet (Charles Camilleri)

12. Quebec (Mark Mifsud)

Ir-rebbieha tat-Tazza l-Kbira fl-ahhar snin

1988 – Nicolas de la Fuye

1989 – Nemo des Bruyeres

1999 – Uquito d’Orphee

2008 – James de l’Iton

2009 – James de l’Iton

2010 – In Vitro du Bourg

2011 – Kakisis

2012 – Mig Of The Wood

Tbassir.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. Win – Neron Pierji. Place – Larissa du Breil,

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Ouragan de Valsoiz. Place – Mr Snowman, Bankir Zon.

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Louise Wood. Place – Dandy, Vera LH.

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Cal Win. Place – Nubless Dubrio, Prao de Bussy.

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Poete de la Sarthe. Place – Quindici, Bella Notte.

VI Tigrija. Finali Tazza l-Kbira. Klassi Open. Dist – 2640m. Win – Nabab du Chatelet. Place – Kakisis, Odedjalo.

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Kapro Wareco. Place – Mint Spirit, Pirate d’Urzy.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives