//
you're reading...
Horse Racing, Malta

Sultan November jimpressjona fi klassi Premier

Sultan November jidher jirbah it-tigrija tal-klassi Premier meta misjuq minn Shaun Portelli. (Ritratt Malta Racing Club).

Sultan November jidher jirbah it-tigrija tal-klassi Premier meta misjuq minn Shaun Portelli. (Ritratt Malta Racing Club).

L-erbatax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. Dawn it-tigrijiet kienu fuq distanza maratona ta’ 3140m u l-aktar wahda mistennija, dik riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier intrebhet mill-Germaniz Sultan November misjuq mill-Ghawdxi Shaun Portelli.

Fit-tigrija tal-klassi Premier kien hemm b’kollox sittax –il partecipant. Wara li ghal xi metri l-kmand alterna bejn Veikko Hornline (Carl Caruana) u Orcas Bac (Charles Camilleri), kien fid-dritta finali li t-tigrija hadet svolta differenti. Portelli pogga lil Sultan November quddiem bi sprint tajjeb fuq in-naha ta’ gewwa u dan ha t-tieni rebha tas-sena bi ftit minn Simb Mark (Noel Baldacchino). Mark de Chamant (Michael Seychell) u Skip Dimanche (Anthony Debono) kellhom ukoll pjazzament pozittiv. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.17.6” fil-kilometru.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, l-Izvediz ta’ Toni Tanti, Simb Tyrant, ceda kollox hekk kif iz-zwiemel qabdu l-ahhar kurva taghhom. Dan inqabez fost l-ohrajn minn Skars Hanna (Jeffrey Said) li ma fallitx milli tiehu t-tieni rebha fi gziritna b’tul minn Oscar Indien (Anthony Camilleri) u L’Ideal de Fersan (Carl Caruana).

Is-sewwieq zghazugh Matthew Sammut issorprenda lil kulhadd fit-tieni tigrija Gold meta rnexxilu bi sprint qawwi fid-dritta finali jmur quddiem b’Super Qui. Dan l-Izvediz ta’ tnax –il sena rregistra l-ewwel rebha fi xtutna b’tul quddiem Nophenio de Lune (Charles Farrugia), Jerry Eme (Noel Baldacchino) u Prince de Blequin (Wayne Farrugia). Din kienet ukoll l-ewwel rebha fil-korsa tal-Marsa ghal Sammut.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Royal Pointer (D. Mizzi) Hin – 4.12.2” (1.20.3”) 2. Cocos Kaos (J.P. Aquilina) 3. Andri Boko (T. Demanuele) 4. Ideal de Suce (J. Gafa’)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Paradise Begonia (M. Fenech) Hin – 4.13.1” (1.20.6”) 2. Obelix Blue (S. Vella) 3. Tornado Hornline (C. Caruana) 4. Navaroso de Khepri (K. Mifsud)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Lys de l’Oasis (J. Farrugia) Hin – 4.09” (1.19.3”) 2. Quattro de Tratas (C. Debono) 3. Noe de Loudat (K. Sciberras) 4. Petchora (G. Attard)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Ocean Brillouard (N. Baldacchino) Hin – 4.08.5” (1.19.2”) 2. Lonshults Erik (C. Camilleri) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Geronimos Cadillac (G. Muscat)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Skars Hanna (J. Said) Hin – 4.08.7” (1.19.2”) 2. Oscar Indien (A. Camilleri) 4. L’Ideal de Fersan (C. Caruana) 4. Simb Tyrant (T. Tanti)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Hulot (J. Vassallo) Hin – 4.07.2” (1.18.7”) 2. Prince November (M. Cauchi) 3. Mint Spirit (F. Portelli) 4. Mr Snowman (R. Gatt)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Sultan November (S. Portelli) Hin – 4.03.7” (1.17.6”) 2. Simb Mark (N. Baldacchino) 3. Mark de Chamant (M. Seychell) 4. Skip Dimanche (A. Debono)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Super Qui (M. Sammut) Hin – 4.07.3” (1.18.8”) 2. Nophenio de Lune (C. Farrugia) 3. Jerry Eme (N. Baldachcino) 4. Prince de Blequin (W. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives