//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Trot

Zewg zwiemel Taljani ghall-bejgh bi prezz tajjeb

Ritratt tad-debba li tinsab ghall-bejgh l-Italja bi prezz tajjeb. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista javvicinani.

Ritratt tad-debba li tinsab ghall-bejgh l-Italja bi prezz tajjeb. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista javvicinani.

Dan l-ahhar mill-Italja gew offruti lili zewg zwiemel Taljani ghall-bejgh. Dawn huma –

Debba ta’ erba’ snin

Ghandha rekord ta’ 1.15.1” fil-mil izda tibda b’sahhitha hafna wara l-karozza tat-ltuq u adattata ferm ghal tigrijiet fuq barra. Fil-karriera taghha griet 35 darba, rebhet tliet tigrijiet u kellha 22 place. Fl-ahhar tigrija taghha fuq 2100m ghamlet medja ta’ 1.16.1” fil-kilometru. F’kundizzjoni tajba hafna.

Ziemel ta’ ghaxar snin

Ghandu rekord ta’ 1.13.7” fil-mil u 1.15.6” fuq zewg dawriet. Fil-karriera tieghu gera f’152 tigrija, rebah 26 minnhom u kellu 51 place. Rebah b’kollox €90.011.30 fi premijiet fil-karriera fl-Italja. Fl-ahhar tigrija tieghu hareg rebbieh f’medja ta’ 1.16.3” fuq 2100m. Dan huwa ziemel iehor li jibda b’sahhtu hafna wara l-karozza tat-tluq.

Il-prezzijiet ta’ dawn iz-zwiemel huma tajbin ferm. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista javvicinani jew jibghatli email. Ghandi anki dvd bil-filmati preparati ta’ dawn iz-zewg zwiemel.

Lokali – Jispikkaw zewg tigrijiet tal-klassi Premier

L-aktar zewg tigrijiet importanti li jsiru l-Hadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa se jkunu zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn se jaghmlu parti mit-tmintax –il laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira, kollha wkoll fuq forma ta’ gymkana.

L-ewwel tigrija tal-klassi Premier se tkun ir-raba’ wahda u tibda fl-3.55pm. Wara l-karozza tat-tluq se jigru tlettax –il ziemel fosthom erba’ debuttanti. Il-lista shiha taz-zwiemel hija – l-gdid Zvediz TX Zoogood, Orev du Reynard, Ohime Mag, id-debuttant Franciz Orgueil de Nganda, Ofackevo, Nono de Crouay, Sultan November, id-debuttant Zvediz Totti T Dream, Ourasi Diams, Pro Shop, ziemel gdid iehor li hu Germaniz Vanmaker Limburgia, Absolut Spender u Normand d’Oger. Misjuq minn Shawn Portelli, Sultan November jibda l-aktar favorit li jiehu t-tieni rebha nfila u t-tielet f’Malta minn Ourasi Diams (Emmanuel Fenech) u Absolut Spender (Mark Desira).

Tlettax –il ziemel iehor huma miktuba fit-tieni tigrija Premier li tkun is-sitt wahda u tibda fil-4.45pm. Dawn huma Mars, Think Yatzee, Arnie Sensation, Mont Cenis Honey, Kakisis, Wiss Night Hawk, Nino de Saintho, Fire, Label Chouan, Okilaibo, Oran, Nabab du Chatelet u Utah Hornline. Din ghandha tkun tigrija interessanti u bilancjata fl-istess hin fejn attenzjoni specjali se tinghata lil Nabab du Chatelet (Charles Camilleri) li gej minn success fit-Tazza l-Kbira u minn sensiela ta’ tliet rebhiet infila, Fire (Marco Refalo) li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi u Oran (Carmelo Farrugia).
L-ewwel tigrija, li tkun wahda tal-klassi Copper, tibda fis-2.30pm.

Tbassir.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. Win – Ideal de Suce. Place – Lemon Solo, Tap Dancing.

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Paradise Begonia. Place – Niko de Chamant, Sjohultets Tigra.

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Ocean Brillouard. Place – Quo Vadis Phedo, Onwards Star.

IV Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Sultan November. Place – Ourasi Diams, Absolut Spender.

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Que Je T’Aime Rush. Place – Pile Ou Face, Norfolk de Gouerie.

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Nabab du Chatelet. Place – Oran, Fire.

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Pepone du Castelet. Place – Nobleness Dubrio, Energy Launcher.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives