//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Success ghal Oran fil-Premier

Oran, driven by Carmelo Farrugia, winning the Premier heat on Friday evening.

Oran, driven by Carmelo Farrugia, winning the Premier heat on Friday evening.

L-ghoxrin laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. It-tigrijiet tal-Gimgha kienu kollha fuq distanza qasira ta’ 2140m u kienu heats mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier, mill-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, mill-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver u heats mill-Prix de Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze. L-aktar heat mistennija, dik tal-klassi Premier, intrebhet minn Oran.

Tlettax kienu z-zwiemel miktuba fil-heat Premier. Minn dawn sitta ghaddew ghas-semi finali. Wara li ghal hafna metri kellna quddiem lil Ouest Mabon (Shawn Portelli), dan iz-ziemel beda’ jnaqqas mill-giri madwar 600m mill-linja finali. Dlonk inqabez minn Of Course Ramble (Eric Bezzina) li minn naha tieghu fl-ahhar metri ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Oran li f’idejn sidu stess Carmelo Farrugia ha t-tieni rebha f’Malta quddiem Ourasi Diams (Emmanuel Fenech), Of Course Ramble, Mig Of The Wood (Noel Baldacchino), il-gdid Franciz Phenix De Milo (Jeffrey Xerri) u Magic De Assigny (David Ellul).

Iz-zwiemel mill-klassi Gold hadu sehem f’zewg heats. Fl-ewwel wahda, Julian Farrugia hasad lil kulhadd b’Natif de l’Hommee, b’dan iz-ziemel ikollu sprint qawwi f’nofs id-dritta finali biex temm rebbieh minn Orion du Vaumicel (Frencu Cassar), Nobleness Dubrio (Noel Baldacchino) u Nuper (Andrew Farrugia). Orage du Pont (Charles Camilleri) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghas-semi finali.

Decizjoni f’waqtha ta’ Jason Cordina, dik li jpoggi lil Onyx Lucernais quddiem 400m mit-tmiem tat-tieni heat Gold wasslet biex dan iz-ziemel jaqsam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn L’Ideal De Fersan (Patrick Spiteri). Id-debuttant Quartz Clayettois (Carl Caruana), Oscar Indien (Anthony Camilleri) u Pancho Villa (Andrew Farrugia) kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghall-fazi li jmiss.

Tlieta kienu l-heats riservati ghal zwiemel Francizi mill-klassi Silver. L-ewwel heat kienet ikkaratterizzata minn tmiem incert bejn Marco Barbes (Kevin Sciberras) u d-debuttant Quasar De Subligny (Jesmond Attard). Kien Marco Barbes li ha l-ewwel rebha tal-istagun b’ziemel gdid iehor, Quitus Rapide (Mario Falzon) jghaddi wkoll ghas-semi finali ma’ Nobel Pasmarick (Charles Camilleri).

Simili kienet it-tieni heat Silver fejn dwell interessanti fl-ahhar metri wassal lil Passons d’Ortige (Herman McKay) biex ukoll jiehu l-ewwel rebha tas-sena bi ftit minn Mealington (Darren Mizzi). Zewg zwiemel ohra godda, Quartz De Glyere (Michael Ghigo) u Quaroldo (Brian Zammit) ukoll kellhom pjazzament tajjeb.

Okir de Leau (Brian Hili), li kien ghal hafna hin fl-ewwel pozizzjoni matul it-tielet heat Silver, ceda ghal kollox f’nofs
id-dritta finali meta nqabez mill-favorit Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin). Dan tal-ahhar ma naqasx milli jakkwista t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet ghal din is-sena quddiem Ostheo d’Havetot (Andrew Farrugia) u Nasdaq du Closet (Eugenio Zerafa).

Il-laqgha fethet b’zewg heats tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda kien Nevermind (Rodney Gatt) li ha l-ewwel rebha stagonali wara li zied fil-giri fl-ahhar metri. Attakk mibdi 500m mit-tmiem wassal lil Pittacos (Noel Baldacchino) biex jirregistra r-raba’ rebha tas-sena u t-tieni wahda nfila fit-tieni heat mill-istess klassi.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nevermind (R. Gatt) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Polytain (N. Baldacchino) 3. Starky Des Goujons (J. Schembri) 4. Phoenix Des Baux (B. Hili)

II Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Pittacos (N. Baldacchino) Hin – 2.45.7” (1.17.4”)
2. Nuthan d’Emi (C. Camilleri) 3. Noble de Fontaine (S. Portelli) 4. Major Mitri (A. Farrugia)

III Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Marco Barbes (K. Sciberras) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Quasar de Subligny (J. Attard) 3. Quitus Rapide (M. Falzon) 4. Nobel Pasmarick (C. Camilleri)

IV Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Passons d’Ortige (H. McKay) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Mealington (D. Mizzi) 3. Quartz De Glyere (M. Ghigo) 4. Quaroldo (B. Zammit)

V Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pirate d’Urzy (E. Bondin) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Ostheo d’Havetot (A. Farrugia) 3. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 4.Okir de Leau (B. Hili)

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Natif de l’Hommee (J. Farrugia) Hin – 2.43.4” (1.16.4”) Orion du Vaumicel (F. Cassar) 3. Nobleness Dubrio (N. Baldacchino) 4. Nuper (A. Farrugia) 5. Orage du Pont (C. Camilleri)

VII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Oran (C. Farrugia) Hin – 2.42.6” (1.16”) 2. Ourasi Diams (E. Fenech) 3. Of Course Ramble (E. Bezzina) 4. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 5. Phenix De Milo (J. Xerri) 6. Magic De Assigny (D. Ellul)

VIII Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Onyx Lucernais (J. Cordina) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. L’Ideal De Fersan (P. Spiteri) 3. Quartz Clayettois (C. Caruana) 4. Oscar Indien (A. Camilleri) 5. Pancho Villa (A. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives