//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Tliet rebhiet ghal Noel Baldacchino

Odedjalo driven by Noel Baldacchino, winning one of the Prix de Vincennes Semi Finals at the Marsa Race Track.

Odedjalo driven by Noel Baldacchino, winning one of the Prix de Vincennes Semi Finals at the Marsa Race Track.

L-aktar zewg tigrijiet importanti li saru l-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienu semi finali mill-kampjonat Prix De Vincennes ghal zwiemel Francizi mill-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mit-23 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott u ntrebhu minn Mig Of The Wood u Odedjalo, it-tnejn misjuqa minn Noel Baldacchino.

Miz-zewg semi finali Premier ghaxar zwiemel ghaddew ghall-ahhar fazi ta’ dan il-kampjonat. Fl-ewwel wahda kien Olympien Major, misjuq ghall-okkazjoni mis-sewwieq professjonali Malti fl-Izvezja Charles Degiorgio, l-aktar b’sahhtu fl-ewwel metri. Dan zamm il-kmand sakemm iz-zwiemel daru ghad-dritta finali u fl-ahhar battuti inqabez minn Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) li bi ftit temm rebbieh mill-kwotat Okilaibo (Julian Farrugia) u Nabab du Chatelet (Charles Camilleri). Mark de Chamant (Michael Seychell) u l-istess Olympien Major kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghall-finali. Ghal Mig Of The Wood dan kien l-ewwel success tas-sena.

It-tieni semi finali kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fl-ahhar metri bejn Odedjalo (Noel Baldacchino) u Quelino d’Amour (Mario Fenech). Kien tal-ewwel li bi ftit ha r-raba’ rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva b’Orne des Olivettes (Christian Xerri), Label Chouan (David Ellul) u Orly Montaval (Michael Axisa) jkollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-programm tal-Gimgha nkluda wkoll zewg tigrijiet semi finali mill-Prix de Caen ghal zwiemel Francizi tal-klassi Copper. Minn dawn ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel semi finali Copper, kien Qualaudry (Kevin Sciberras) li qasam il-linja finali l-ewwel wara sprint qawwi 300m mit-tmiem. Dan iz-ziemel rebah bi ftit minn Larissa du Breil (Cliferty Calleja), Marathon d’Isques (Julian Farrugia) u Ugo De Malte (George Attard). Minou de Predriat (Charles Farrugia) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghall-finali.

Jason Cordina pogga lil Natif de Monsures tlieta fuq in-naha ta’ barra u madwar 700m mill-linja finali tat-tieni semi finali Copper. Dan irnexxilu jiehu l-ewwel rebha tieghu ghalkemm fl-ahhar battuti kellu jithabat mhux ftit biex jikkontrolla l-assalti ta’ Ideal de Suce (Jesmar Gafa’), Nylan de Mouloire (Rodney Gatt) u Noble Candeen (David Ellul). Ksar (Kurt Saliba) dahal fil-hames post.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet normali tal-klassi Silver ukoll fuq distanza qasira. Fl-ewwel wahda, kien Milano du Gite (Alex Cortis) halla kollox li qasam il-linja finali l-ewwel minghajr tbatija. Izda dan gie skwalifikat mill-gurija biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Quaid Tejy (Mario Falzon). Pile Ou face (Joe Schembri), Queen Streamline (Rodney Gatt) u Lutan Villetot (Eman Attard) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Lucas Ness (Mario Farrugia) kien ghal hafna hin fl-ewwel post matul it-tieni tigrija Silver u ghalkemm ghal xi metri tilef l-ewwel pozizzjoni xorta rnexxilu jirkupra biex ha l-ewwel rebha tas-sena minn Victory Farming (Shawn Portelli), Quioco Dry (Joe Schembri) u Mint Condition (Jason Vassallo).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Vera LH (W. Farrugia) Hin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Royal Qui (I. Bilocca) 3. Louise Wood (M. Desira) 4. Brokkur TYC (P. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nox Blue (K. Mifsud) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Obelix Blue (S. Vella) 3. Zeta Jones A (C. Camilleri) 4. My Gentleman (T. Tanti)

III Tigrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Qualaudry (K. Sciberras) Hin – 2.48.8” (1.18.9”) 2. Larissa du Breil (C. Calleja) 3. Marathon d’Isques (J. Farrugia) 4. Ugo De Malte (G. Attard) 5. Minou de Perdriat (C. Farrugia)

IV Tigrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Natif de Monsures (J. Cordina) Hin – 2.49.2” (1.19.1”) 2. Ideal de Suce (J. Gafa’) 3. Nylan de Mouloire (R. Gatt) 4. Noble Candeen (D. Ellul) 5. Ksar (K. Saliba)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quaid Tejy (M. Falzon) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Pile Ou Face (J. Schembri) 3. Queen Streamline (R. Gatt) 4. Lutan Villetot (E. Attard)

VI Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) Hin – 2.42” (1.15.7”) 2. Okilaibo (J. Farrugia) 3. Nabab du Chatelet (C. Camilleri) 4. Mark De Chamant (M. Seychell) 5. Olympien Major (C. Degiorgio)

VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Verdi Du Bosquet (N. Baldacchino) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Willesden Hanover (W. Farrugia) 3. Mark Skovgard (S. Portelli) 4. Kosai LJ (A. Cassar)

VIII Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Odedjalo (N. Baldacchino) Hin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Quelino d’Amour (M. Fenech) 3. Orne Des Olivettes (C. Xerri) 4. Label Chouan (D. Ellul) 5. Orly Montaval (M. Axisa)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lucas Ness (M. Farrugia) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Victory Farming (S. Portelli) 3. Quioco Dry (J. Schembri) 4. Mint Condition (J. Vassallo)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives