//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Trot

Olry Meslois u Shakira Trot jispikkaw fi klassi Premier

Ritratt Photofinish tar-rebha ta’ Ywema’s Pine (Rodney Gatt) bin-numru 12 quddiem Jet Starline (Herman McKay) bin-numru 8.

Ritratt Photofinish tar-rebha ta’ Ywema’s Pine (Rodney Gatt) bin-numru 12 quddiem Jet Starline (Herman McKay) bin-numru 8.

L-aktar zewg tigrijiet importanti li saru l-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mis-27 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott u ntrebhu minn Olry Meslois u Shakira Trot.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier grew b’kollox erbatax –il ziemel. Olry Melsois (Emmanuel Fenech) beda’ jzid fil-giri dawra mit-tmiem u fl-ahhar metri rnexxilu jikkontrolla bi tbatija l-assalti ta’ Give To Get (Ludvic Ghigo), Magic De Assigny (David Ellul) u Simb Mark (Noel Baldacchino). Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.9” fil-kilometru. Ghal Orly Melsois dan kien l-ewwel success tas-sena.

Totti T Dream (Julian Farrugia) okkupa l-ewwel pozizzjoni ghal parti twila tad-distanza waqt it-tieni tigrija Premier. Dan sakemm iz-zwiemel qabdu l-ahhar kurva taghhom u Totti T Dream inqabez fost l-ohrajn minn Shakira Trot (Rodney Gatt) li rregistrat l-ewwel rebha stagonali f’medja ta’ 1.15.8” fil-kilometru u facilment quddiem Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri) u Poppes Fighter (Carl Caruana). Il-kwotat Fire (Marco Refalo) temm ir-raba’. Ghal Rodney Gatt din kienet it-tieni rebha tal-gurnata.

Saru wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. L-ewwel wahda kellha tmiem eccitanti, tmiem incert bejn Orage du Pont (Charles Camilleri) u Veikko Hornline (Carl Caruana). Orage du Pont ha t-tielet rebha tas-sena wara konsultazzjoni mal-photofinish.

Fit-tieni tigrija Gold, sprint 300m mit-tmiem wassal lil Player du Mirel (Noel Baldacchino) biex jiehu l-ewwel success f’Malta bi ftit minn Perdreau Rapide (Rodney Gatt), Little Nick (Darren Mizzi), u Imbra d’Alfa (David Galea).

Ir-Rizultati Kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Simambo De Feline (K. Saliba) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Royal Qui (I. Bilocca) 3. Louise Wood (M. Desira) 4. Andri Boko (T. Demanuele)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Stormy Sand (J. Pace) Hin – 2.50.2” (1.19.5”) 2. Ballad Ribb (T. Demanuele) 3. Rybo Celion (S. Vella) 4. Pine Wood Harry

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ywema’s Pine (R. Gatt) Hin – 2.46.9” (1.18”) 2. Jet Starline (H. Mc Kay) 3. Ok Du Matin (R. Hili) 4. Kiton de Bouere (M. Mizzi)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Obi Wan Kenobi (N. Baldacchino) Hin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Pilote de Nganda (J. Carabott) 3. Quaroldo (B. Zammit) 4. Lacoste IT (E. Bezzina)

V Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Lemon Solo (E. Farrugia) Hin – 2.48.8” (1.18.9”) 2. Minou De Perdriat (C. Farrugia) 3. Mistral du Chene (C. Camilleri) 4. Ideal De Suce (J. Gafa’)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Orage du Pont (C. Camilleri) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Veikko Hornline (C. Caruana) 3. Nuevo Musette (N. Baldacchino) 4. Ouf Boy (E. Bondin)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Olry Melsois (E. Fenech) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Give To Get (L. Ghigo) 3. Magic De Assigny (D. Ellul) 4. Simb Mark (N. Baldacchino)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ouragan de Crouay (L. Mifsud) Hin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Quaid Tejy (M. Falzon) 3. Dash Boy (S. Portelli) 4. Frisco PE (D. Vella)

IX Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Shakira Trot (R. Gatt) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Vanmaker Limburgia (C. Camilleri) 3. Poppes Fighter (C. Caruana) 4. Fire (M. Refalo)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Player du Mirel (N. Baldacchino) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Perdreau Rapide (R. Gatt) 3. Little Nick (D. Mizzi) 4. Imbra d’Alfa (D. Galea)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives