//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Trot

It-Tieni Rebha f’Malta ghal Absolut Spender

Absolut Spender, driven by Mark Desira winning the Class Premier race on Thursday (Photo In-Nazzjon - Media.Link Communication)

Absolut Spender, driven by Mark Desira winning the Class Premier race on Thursday (Photo In-Nazzjon – Media.Link Communication)

L-aktar tigrija importanti li saret il-Hamis fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienet wahda riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mid-29 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott u ntrebhet mill-Izvediz Absolut Spender misjuq minn Mark Desira.

Erbatax kienu z-zwiemel li ppartecipaw fit-tigrija ewlenija tal-klassi Premier. L-ewwel elf metru ta’ din it-tigrija raw il-kmand jalterna bejn numru ta’ zwiemel sakemm kien Oviedo Vici (Darren Mizzi) li mar quddiem u fetah vantagg zghir minn Reves de Magalou (Charles Camilleri) u l-favorit Olry Meslois (Emmanuel Fenech). Izda meta z-zwiemel qabdu l-ahhar kurva taghhom, Oviedo Vici beda jnaqqas mill-giri u nqabez minn Simb Mark (Noel Baldacchino), b’dan tal-ahhar ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Absolut Spender (Mark Desira) fid-dritta finali. Absolut Spender irregistra t-tieni rebha fi xtutna minghajr problemi b’Magic De Assigny (David Ellul) u Give To Get (Ludvic Ghigo) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.9” fil-kilometru.

Il-kumplament tat-tigrijiet kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper. Saret tigrija wahda tal-klassi Gold bl-ahhar 300m ta’ din it-tigrija jkunu determinanti biex l-Awstrijakk Blizzard Ad jiehu t-tieni rebha f’Malta facilment mill-favorit Orage du Pont (Julian Farrugia) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele). Ouf Boy (Eugenio Bondin) kellu wkoll pjazzament pozittiv.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, sprint mibdi meta z-zwiemel qabdu d-dritta finali wassal lil Quartes (Brian Hili) biex jakkwista l-ewwel rebha fi gziritna b’vantagg ta’ aktar minn tul minn Que Je T’Aime Rush (Julian Farrugia). Passons d’Ortige (Herman McKay) u Ogor (Anton Cassar) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Brian Zammit, permezz ta’ Quaroldo, halla kollox ghall-ahhar 300m tat-tieni tigrija Silver. B’hekk dan il-Franciz ta’ disa’ snin ha t-tieni rebha fi gziritna minn Zandina Boshoeve (David Ellul), Navaho Simoni (Rodney Gatt), u Ackaturbo (Shawn Portelli).

Dwell interessanti bejn zewg zwiemel fl-ahhar metri tal-uniku tigrija Bronze wassal lil Loulou de la Rose (Carl Caruana) biex jiehu t-tielet success tal-istagun quddiem Jet Starline (Herman McKay) u Paradise Begonia (Mario Fenech). Vera LH (Wayne Farrugia) temmet ir-raba’.

Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, Claude Carnevale (Raymond Clifton) beda’ jzid fil-giri matul l-ahhar 500m biex ha t-tieni rebha tas-sena wara li fl-ahhar metri rrezista l-assalt ta’ Qualou d’Axel (Charles Mifsud) li temm warajh quddiem Minou de Perdriat (Charles Farrugia) u Ideal De Suce (Jesmar Gafa’).

Royal Pointer (Darren Mizzi) beda’ jnaqqas mill-giri madwar 400m mit-tmiem tat-tieni tigrija Copper. Approfitta minn dan il-qarib tieghu Toni Tanti li pogga quddiem lid-debba tieghu Buckens Stjarna li ma naqsitx milli tirregistra l-ewwel rebha taghha minn Ballad Ribb (Tony Demanuele) u Pine Wood Harry (Herman Mc Kay). Royal Pointer kellu jikkuntenta bir-raba’ post.

Fit-tielet u l-ahhar tigrija Copper, Ivan Bilocca pogga lil Royal Qui quddiem dawra mit-tmiem, biex b’hekk dan iz-ziemel ma naqasx milli jiehu t-tielet rebha stagonali. Dan quddiem Andri Boko (Tony Demanuele), Brokkur TYC (Peter Farrugia) u Pampero Maybe (Redent Magro).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Claude Carnevale (R. Clifton) Hin – 2.49.9” (1.19.4”) 2. Qualou d’Axel (C. Mifsud) 3. Minou De Perdriat (C. Farrugia) 4. Ideal De Suce (J. Gafa’)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Buckens Stjarna (T. Tanti) Hin – 2.46.9” (1.18”) 2. Ballad Ribb (T. Demanuele) 3. Pine Wood Harry (H. Mc Kay) 4. Royal Pointer (D. Mizzi)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quartes (B. Hili) Hin – 2.41” (1.15.2”) 2. Que Je T’Aime Rush (J. Farrugia) 3. Passons d’Ortige (H. McKay) 4. Ogor (A. Cassar)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Loulou de la Rose (C. Caruana) Hin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Jet Starline (H. McKay) 3. Paradise Begonia (M. Fenech) 4. Vera LH (W. Farrugia)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Blizzard Ad (F. Cassar) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Orage du Pont (C. Camilleri) 3. Ygor Of Pass (T. Demanuele) 4. Ouf Boy (E. Bondin)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Absolut Spender (M. Desira) Hin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Simb Mark (N. Baldacchino) 3. Magic De Assigny (D. Ellul) 4. Give To Get (L. Ghigo)

VII Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Royal Qui (I. Bilocca) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Andri Boko (T. Demanuele) 3. Brokkur TYC (P. Farrugia) 4. Pampero Maybe (R. Magro)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quaroldo (B. Zammit) Hin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Zandina Boshoeve (D. Ellul) 3. Navaho Simoni (R. Gatt) 4. Ackaturbo (S. Portelli)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives