//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Trot

Lage jispikka fit-tigrija ewlenija

– Lage (Marco Refalo) bin-numru 6 jidher jirbah facilment it-tigrija Premier.

– Lage (Marco Refalo) bin-numru 6 jidher jirbah facilment it-tigrija Premier.

Ghal darba ohra, l-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mit-tletin laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. It-tigrija Premier intrebhet minn Lage misjuq mill-Ghawdxi Marco Refalo.

Tlettax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Hawnhekk kien Lage (Marco Refalo) fost l-aktar veloci wara l-bidu ufficjali. Dan ha l-kmand wara ftit metri u zamm l-ewwel pozizzjoni sal-linja finali. Lage rnexxilu jiehu t-tieni rebha f’Malta b’vantagg ta’ madwar erba’ tulijiet minn Label Chouan (David Ellul) u Orly Montaval, misjuq minn sidu stess, Michael Axisa. True Q (Shawn Portelli) temm fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru.

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, attakk mibdi 300m mit-tmiem wassal lil Chippen Bob (Clint Vassallo) biex jirregistra t-tieni rebha f’Malta. Dan facilment b’zewg tulijiet minn Perdreau Rapide (Rodney Gatt), Simb Tyrant (Mark Tanti) u Podium (Julian Farrugia).

Oolong (Jesmar Gafa’) hasad lill-kumplament taz-zwiemel matul l-ahhar 500m tat-tieni tigrija Gold. Hekk kif il-partecipanti daru biex jaffrontaw id-dritta finali, dan iz-ziemel Franciz mar quddiem biex temm rebbieh b’distakk ta’ zewg tulijiet minn Little Nick (Darren Mizzi), Oscar Mati (Brian Hili) u Nophenio de Lune (Charles Farrugia).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Zeta Jones A (C. Camilleri) Hin –2.47” (1.17.8”) 2. Gin T Dalimo (M. Mifsud) 3. Inkato (D. Grima) 4. Quero Des Erablais (J. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Really Good (D. Mizzi) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Quiara Magic (M.
Falzon) 3. Lys de l’Oasis (J. Farrugia) 4. Napolitano Sun (D. Ellul)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Poete de la Sarthe (K. Saliba) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Zerbin (S. Cassar) 3. Queops de Retz (E. Fenech) 4. Magnific As (D. Ellul)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Paolin de Bannes (N. Baldacchino) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Marco Barbes (K. Sciberras) 3. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 4. Picabia Des Audins (R. Magro)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Polytain (N. Baldacchino) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Law Suit (C. Camilleri) 3. Nerlo Villetot (J. Farrugia) 4. Super Spot (R. Gatt)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Chippen Bob (C. Vassallo) Hin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Perdreau Rapide (R. Gatt) 3. Simb Tyrant (M. Tanti) 4. Podium (J. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oolong (J. Gafa’) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Little Nick (D. Mizzi) 3. Oscar Mati (B. Hili) 4. Nophenio de Lune (C. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lage (M. Refalo) Hin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Label Chouan (D. Ellul) 3. Orly Montaval (M. Axisa) 4. True Q (S. Portelli)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Side Spin (J. Farrugia) Hin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Anguz RC (T. Demanuele) 3. Orlando Tejy (N. Baldacchino) 4. Pared An Hoel (I. Bilocca)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Socrates (J. Briffa) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Pile Ou Face (J. Schembri) 3. Notre Joyeux (N. Baldacchino) 4. It’s My Way (B. Hili)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives