//
you're reading...
Horse Racing

It-tieni rebha nfila ghal Absolut Spender

Kulls Nero, driven by Charles Camilleri winning the second race of the day reserved for class Copper trotters.

Kulls Nero, driven by Charles Camilleri winning the second race of the day reserved for class Copper trotters.

L-aktar tigrija mistennija li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienet wahda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mill-31 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott kollha wkoll fuq distanza qasira. It-tigrija ewlenija intrebhet minn Absolut Spender misjuq minn Mark Desira.

Ghaxra biss kienu z-zwiemel miktuba fit-tigrija tal-klassi Premier. Kif mistenni kien Oviedo Vici (Darren Mizzi) li ha l-kmand wara l-bidu ufficjali. Dan fetah vantagg zghir minn Absolut Spender (Mark Desira) u Give To Get (Ludvic Ghigo). Madwar 500m mill-linja finali, Oviedo Vici beda jghejja u beda’ jnaqqas mill-pass, inqabez fost l-ohrajn minn Absolut Spender li ha t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet f’Malta minn Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri), Olry Meslois (Emmanuel Fenech) u Olympien Major (Anthony Spagnol). Ir-rebbieh kellu medja impressjonanti ta’ 1.14.5” fil-kilometru.

Veikko Hornline (Carl Caruana) kien quddiem ghal parti twila tad-distanza tal-uniku tigrija tal-klassi Gold. Izda fl-ahhar metri dan l-Izvediz ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Niky du Donjon (Joe Vella) li bi sprint eccezzjonali qabzu fuq il-linja finali biex ha wkoll l-ewwel rebha tas-sena. Ouf Boy (Eugenio Bondin) u Carnegie Hall (Darren Mizzi) kellhom ukoll prestazzjoni pozittiva.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Julian Farrugia talab lill-Franciza Que Je T’Aime Rush biex izzid fil-giri dawra mit-tmiem u din minghajr tbatija qasmet il-linja finali b’vantagg kbir ta’ ghaxar tulijiet minn Passons d’Ortige (Herman Mc Kay). Isebel (Christian Xerri) u Lys Des Etroits (Brian Hili) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Sprint qawwi f’nofs id-dritta finali tat-tieni tigrija Silver wassal lil Quaroldo (Brian Zammit) biex jirregistra t-tielet rebha fi xtutna. Dan b’tul minn Quioco Dry (Joseph Galea). Pilote de Nganda (James Carabott) u Navaho Simoni (Rodney Gatt) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Saret ukoll tigrija tat-trott ghall-mohorien fuq distanza qasira ta’ mil. Din intrebhet minn Malta Bum taht il-gwida ta’ Charles Camilleri. Dan iz-ziemel hu propjeta’ tat-trainer ta’ esperjenza Raymond Micallef.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ideal de Suce (J. Gafa’) Hin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Supremo As (C. Vassallo) 3. Mistral du Chene (R. Magro) 4. Flying Cowboyland (T. Demanuele)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kulls Nero (C. Camilleri) Hin – 2.49.2” (1.19.1”) 2. Stormy Sand (J. Pace) 3. Noble Candeen (D. Ellul) 4. Manifi Pointer (C. Fava)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Que Je T’Aime Rush (J. Farrugia) Hin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Passons d’Ortige (H. McKay) 3. Isebel (C. Xerri) 4. Lys des Etroits (B. Hili)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ywema’s Pine (R. Gatt) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Quella des Moyeux (T. Demanuele) 3. Above Roland (G. Attard) 4. Jet Starline (M. Fenech)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Niky du Donjon (J. Vella) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Veikko Hornline (C. Caruana) 3. Ouf Boy (E. Bondin) 4. Carnegie Hall (D. Mizzi)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Absolut Spender (M. Desira) Hin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Vanmaker Limburgia (C. Camilleri) 3. Olry Meslois (E. Fenech) 4. Olympien Major (A. Spagnol)

VII Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Take Out Blue (P. Galea) Hin – 2.46.2” (1.17.6”) 2. Royal Qui (I. Bilocca) 3. Louise Wood (M. Desira) 4. Ingo Moon (S. Portelli)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quaroldo (B. Zammit) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Quioco Dry (J. Galea) 3. Pilote de Nganda (J. Carabott) 4. Navaho Simoni (R. Gatt)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives