//
you're reading...
Horse Racing

Lage ma jfallix fil-klassi Premier

Little Nick driven by Darren Mizzi winning one of the class Gold races.

Little Nick driven by Darren Mizzi winning one of the class Gold races.

Il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa saret it-32 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. Matul dan il-programm regghet spikkat it-tigrija riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier. Bhall-kumplament, din it-tigrija saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u ntrebhet mill-favorit Lage misjuq mill-Ghawdxi Marco Refalo. Il-filmati ta’ din il-laqgha fuq is-sit tieghi se jigu mpoggija t-Tlieta fil-ghaxija.

Ghaxra kienu z-zwiemel miktuba fl-uniku tigrija tal-klassi Premier. Kif kien mistenni, il-favorit Lage ma sab ebda diffikulta’ biex jirregistra t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet f’Malta. Dan zied fil-giri fl-ahhar metri u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ madwar tliet tulijiet minn Mont Cenis Honey (Clint Vassallo) u Label Chouan (David Ellul). Orne des Olivettes (Christian Xerri) dahal ir-raba’. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.3” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, id-debuttant Zvediz ta’ seba’ snin, Midnight Passion (Eric Bezzina) halla impressjoni mill-aktar pozittiva. Dan irnexxilu jiehu l-ewwel rebha fi xtutna b’tul quddiem Redent Magro u Eject. Il-kwotat Player du Mirel (Noel Baldacchino) temm it-tielet minn Perdreau Rapide (Rodney Gatt).

Little Nick (Darren Mizzi) kellu jithabat mhux ftit biex fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Gold jeghleb l-isfida tal-favorit Oolong (Jesmar Gafa’). Little Nick ha l-ewwel rebha stagonali u r-raba’ wahda f’Malta b’Simb Tyrant (Mark Tanti) u Nophenio de Lune (Charles Farrugia) jkollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lys de l’Oasis (J. Farrugia) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Men Gumman Da (T. Demanuele) 3. Napolitano Sun (D. Ellul) 4. Vasterbo Diego (C. Camilleri)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. 1. Queops de Retz (E. Fenech) Hin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Magnific As (D. Ellul) 3. Zeta Jones A (C. Camilleri) 4. Quintin Malin (E. Attard)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Vagabond Hornline (D. Mizzi) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Roma M (P. Galea) 3. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 4. Obi Wan Kenobi (G. Attard)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nerlo Villetot (J. Farrugia) Hin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Law Suit (N. Baldacchino) 3. Missionimpossible (C. Camilleri) 4. Quick Et Rare (J. Pace)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Midnight Passion (E. Bezzina) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Eject (R. Magro) 3. Player du Mirel (N. Baldacchino) 4. Perdreau Rapide (R. Gatt)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Little Nick (D. Mizzi) Hin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Oolong (J. Gafa’) 3. Simb Tyrant (M. Tanti) 4. Nophenio de Lune (C. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lage (M. Refalo) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Mont Cenis Honey (C. Vassallo) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Orne des Olivettes (C. Xerri)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Udice Boko (T.Cauchi) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Pared An Hoel (I. Bilocca) 3. Darco As (M. Tanti) 4. Anguz RC (T. Demanuele)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Newman (K. Sciberras) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Lass Idol (C. Caruana) 3. Socrates (J. Briffa) 4. Notre Joyeaux (N. Baldacchino)

Rodney Gatt sewwieq tax-xahar

Il-Gimgha wkoll is-sewwieq zghazugh Rodney Gatt gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Gunju. Gatt kien prezentat bi plakka kommemorattiva u b’numru ta’ prodotti taz-zwiemel tad-ditta Taljana Equine Supreme li aktar dettalji dwarhom wiehed isibhom f’din il-website stess.

IMHABBAR IL-KUNSILL TAL-MALTA RACING CLUB

Din hija stqarrija dwar il-hatra tal-kunsill tal-Malta Racing Club mahruga l-Gimgha 19 ta’ Lulju 2013

Fil-jiem li ghaddew il-Gvern prezenti permezz tal-Ministeru Ghall-Edukazzjoni u Xoghol u s-Segretarjat Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zaghzagh u Sport appunta l-Kunsill tal-Malta Racing Club.

Ghal darb’ohra biex imexxi dan il-Kunsill gie ikkonfermat l-Avukat Matthew Brincat li ilu jservi bhala Chairman tal-Malta Racing Club ghal dawn l-ahhar 5 snin. Sabiex iservu mieghu fuq il-bord regghu gew ikkonfermati is-Sinjuri Mark Vella u Marco Millo. Is-Sinjuri Tony Demanuele u Joe Zerafa, li sa issa kienu qed iservu fil-Kunsill tal-MRC bhala rapprezentanti eletti mis-sidien u l-gerrejja, issa ser ikunu ukoll qed iservu bhala membri fil-Kunsill. Ma dawn ser jinghaqdu zewg membri godda li ser ikunu qed iservu fil-Kunsill ghall-ewwel darba. Dawn huma s-Sinjuri Twanny Bugeja u George Farrugia.

B’hekk issa l-Kunsill tal-Malta Racing Club ser ikun kompost minn 7 membri li maghhom iridu jinghaqdu tlett membri ohra li ser jigu eletti mis-sidien u l-gerrejja. Din l-elezzjoni mistennija ssir ghall-bidu ta’ Settembru meta jerga jitkompla l-istagun tat-tigrijiet wara l-waqfa tas-Sajf.

Ic-Chairman tal-Malta Racing Club jinsab sodisfatt li l-hidma li twettqet matul l-ahhar snin kienet rikonoxxuta mil-Gvern u prova ta’ dan hija l-formazzjoni ta’ dan il-Kunsill. Huwa rringrazzja lil dawk il-membri li m’ghadhomx jiffurmaw parti minn dan il-Kunsill tal-hidma taghhom filwaqt li awgura lil dawk godda sabiex ikunu parti minn team dinamiku lesti li jiffacjaw l-isfidi sabiex it-tigrijiet taz-zwiemel ikomplu jissahhu fil-qasam ta’ l-isport lokali ghall-beneficcju ta’ dawk kollha involuti. Biz-zieda ta’ aktar membri fil-Kunsill ix-xoghol ghandu jkun imqassam ahjar jekk kulhadd jaghti l-kontribuzzjoni tieghu.

Bhal dejjem huwa jheggeg lil dawk is-sidien u l-gerrejja li ghandhom proposti ta’ idejat godda kif jista jimxi aktar il-quddiem dan l-isport f’pajjizna sabiex javvicinawh biex isiru tahdidiet kostruttivi. Huwa jwieghed li jilqa kull suggeriment validu u vijabbli. L-insistenza tieghu dejjem kienet u tibqa li jaghti spazju lil kull min lest li jghin anke jekk ma jiffurmax parti mill-Kunsill.

Ghalkemm il-Kunsill il-gdid gie mhabbar ftit granet ilu, pero l-hidma baqet dejjem kontinwa bhal ma jixhdu t-tigrijiet li qed jigu organizzati bhalissa u li jilhqu l-qofol taghhom bil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf nhar is-26 ta’ Lulju. Barra minn hekk l-Avukat Matthew Brincat diga ressaq rapporti iddettaljati kemm lil Ministru Evarist Bartolo kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Dr Stefan Buontempo dwar progetti u proposti godda li minnhom jibbenefika l-Malta Racing Club kif ukoll is-sidien u l-gerrejja.

Funzjonijiet fi Hdan il-Kunsill

Dr Matthew J. Brincat – Chairman

Mr Anthony Bugeja – General Secretary

Mr Mark Vella – Director Marketing & Finance

Mr Marco Millo – Director International Affairs & Infrastructure

Mr Anthony Demanuele – Director of Internal Affairs

Mr Joseph Zerafa – Director of Animal Welfare, Amateur Racing & Cultural Events

Mr George Farrugia – Director of Maintenance Projects

Stqarrija ffirmata minn –
LORRAINE CUNNINGHAM
PUBLIC RELATIONS & MEDIA OFFICER

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives