//
you're reading...
Horse Racing

“Li tkun il-jockey ewlieni tax-Sheikh ta’ Dubai hu unur u responsabbilta’ ” – Mickael Barzalona, jockey rivelazzjoni Franciz

“Li tkun il-jockey ewlieni tax-Sheikh ta’ Dubai hu unur u responsabbilta’ ” – Mickael Barzalona, jockey rivelazzjoni Franciz

“Li tkun il-jockey ewlieni tax-Sheikh ta’ Dubai hu unur u responsabbilta’ ” – Mickael Barzalona, jockey rivelazzjoni Franciz

Intervista esklussiva mal-jockey rivelazzjoni Mickael Barzalona

Ftit tal-jiem ilu kont mistieden nattendi ghal programm specjali ta’ tigrijiet tal-galopp li gie organizzat fil-korsa ta’ Nottingham fl-Ingilterra. Matul dan il-programm mhux biss stajt nosserva l-mod professjonali li bih jigu organizzati t-tigrijiet f’din il-korsa izda fuq kollox kelli c-cans niltaqa’ personalment mal-jockey rivelazzjoni ta’ bhalissa fix-xena nternazzjonali, il-Franciz Mickael Barzalona. Dan tani wkoll intervista esklussiva.

Barzalona ghandu 22 sena u ghalkemm ghadu ta’ eta’ zghazugha diga rnexxilu jirbah sensiela ta’ tigrijiet ewlenin fix-xena internazzjonali. Fl-2011 hu wassal lil Pour Moi ghar-rebha tal-Epsom Derby fil-korsa ta’ Epsom. Is-sena li ghaddiet rebah ukoll il-Fillies Mile bid-debba Certify u t-tigrija St Leger b’Encke.

Izda certament l-akbar success li kellu dan il-jockey s’issa fil-karriera tieghu kien ir-rebh tal-famuza Dubai World Cup is-sena li ghaddiet ukoll fil-korsa ta’ Meydan f’Dubai permezz ta’ Monterosso.

Dan iz-ziemel hu propjeta’ tal-istalel Godolphin tax-Sheikh Mohammed Bin Rashid Al Maktoum ta’ Dubai. Dan kien success importanti ghal dawn l-istalel, tant li s-Sheikh Al Maktoum kien ilu ma jirbah din it-tigrija, li ghandha l-akbar premju fid-dinja, sa mill-2006.

Ix-Sheikh baqa’ ferm impressjonat bit-talenti ta’ Barzalona tant li talab lit-trainer tieghu Saeed Bin Suroor biex joffri lil Barzalona kuntratt fit-tul u jsir wiehed mill-jockeys ewlenin tieghu, specjalment wara li l-istalel Godolphin inhallu mill-kuntratt li kellhom mill-jockey popolari Frankie Dettori. Dan tal-ahhar kien instab pozittiv ghal test tad-doping li kien sar fuqu fi Franza. Dettori kien gie sospiz ghal diversi xhur u rritorna biss ghas-sewqan dan l-ahhar.

Illum Barzalona halla pajjizu u jinsab stazzjonat fic-centru tat-tahrig ta’ Newmarket fl-Ingilterra. Mistoqsi dwar x’ifisser ghalih li jkun wiehed mill-jockeys tax-Sheikh ta’ Dubai, Barzalona wiegeb li dan jaghtih sodisfazzjon u responsabbilta’ fl-istess hin.

“Hija sfida ta’ kuljum meta tqis l-eta’ tieghi u l-livell gholi ta’ tigrijiet li niehu sehem fihom. Dan meta nkun qieghed insuq ukoll uhud mill-aqwa zwiemel fid-dinja,” zied jghid Barzalona.

Hu xtaq jirringrazzja lix-Sheikh Mohammed u lil Saeed Bin Suroor tal-fiducja li wrew fih.
Mistoqsi dwar x’differenza jara fl-organizzazzjoni tat-tigrijiet fi Franza u l-Ingilterra, Barzalona qal li l-ambjent fil-koros Inglizi u f’dawk Francizi hu totalment differenti.

“Fi Franza hemm jockeys u trainers tajbin u ta’ livell bhal fir-Renju Unit. Izda fl-Ingilterra, it-tigrijiet tal-galopp huma stil ta’ hajja, segwiti minn eluf u m’hemm qatt programm ta’ tigrijiet li ma jkunx segwit minn mijiet ta’ spettaturi jew li l-korsa tkun nieqsa mill-ispettaturi. Ghall-Inglizi kull programm ta’ tigrijiet hu wiehed specjali. Dan jikkuntrasta xi ftit mas-sitwazzjoni f’pajjizi,” qal Barzalona.

Dwar is-sigriet tieghu li jzomm lilu nnifsu fl-ahjar kundizzjoni, Barzalona qal li sal-lum f’hajtu qatt ma kellu problema ta’ piz. Izda qal ukoll li kuljum jipprova jhalli ftit hin biex jaghmel sieghat ta’ ezercizzju fil-gym u jipprattika wkoll numru ta’ sport. “ Dan minhabba li barra li nahdem u nirkeb iz-zwiemel kuljum, nghaddi ftit hin ukoll matul il-gimgha nilghab il-golf u l-isquash. Dan certament jghini mhux biss biex inzomm lili nnifsi fl-ahjar kundizzjoni izda anki biex nirrilassa xi ftit mill-pressjoni tax-xoghol,” qal il-jockey Franciz.

Finalment mistoqsi dwar ir-rebha ta’ Monterosso fid-Dubai World Cup, Mickael Barzalona qal li din kienet holma li saret realta’. Huwa kkonkluda billi kkummenta li qatt ma stenna li ta’ eta’ tenera u fil-bidu tal-karriera tieghu kien se jirnexxilu jirbah l-aqwa tigrija fid-dinja.

Dan il-jockey kien ferm disponibbli mieghu u konvint li dwaru ghad nisimghu aktar fis-snin li gejjin.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives