//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Manutenzjoni, premijiet u kampjonati, fost temi diskussi mac-chairman tal-MRC

James de l’Iton (Noel Baldacchino) jidher jirbah tigrija fil-korsa tal-Mediterran f’Sirakuza fi Sqallija. Jidher car li hu difficli li s-sidien ta’ dan iz-ziemel jircievu l-premju dovut lilhom.

James de l’Iton (Noel Baldacchino) jidher jirbah tigrija fil-korsa tal-Mediterran f’Sirakuza fi Sqallija. Jidher car li hu difficli li s-sidien ta’ dan iz-ziemel jircievu l-premju dovut lilhom.

Kif jigri kull sena f’dawn iz-zmienijiet l-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel lokali jinsab wieqaf ghal numru ta’ gimghat. Dan mhux biss minhabba s-shana tas-Sajf izda anki biex tkun tista tinghata certu manutenzjoni fuq il-kumpless tal-Marsa. Hadna l-okkazjoni biex anki din il-gimgha niddiskutu mac-chairman tal-MRC Dr Matthew Brincat diversi temi u anki xi mistoqsijiet imressqa minnkom il-qarrejja taghna.

Xoghol fuq il-korsa principali

Mistoqsi dwar ix-xogholijiet li se jsiru matul dan ix-xahar barra dak diga msemmi f’din ir-rubrika gimghatejn ilu dwar il-korsa l-qadima, Brincat tenna li l-ewwel priorita’ tibqa dejjem tinghata l-korsa principali. “ Din se tinghalaq mill-ewwel ta’ Awissu li ghadda sad-dsatax ta’ Awissu. Hemm il-hsieb li l-wicc tal-art tal-korsa jinhadem b’certu intensita’ u ssir korrezzjoni tal-livelli taghha fost affarijiet ohra. Se jkun hemm tibdil tal-plastic safety poles u korrezzjoni fl-invellar tas-safety track. Il-fatt li l-korsa se tinzamm maghluqa taghti l-possibilita’ li tinghata ftit mistrieh fi zmien meta l-bicca l-kbira taz-zwiemel ma jkunux qed jitharrgu intensament,” qal ic-chairman tal-MRC.

Difficli li jidhallsu l-premijiet mill-Italja

Dan l-ahhar Brincat kien ukoll fi Sqallija fejn barra li akkumpanja lis-sewwieq Noel Baldacchino biex jiehu sehem fi stadju tal-kampjonat tal-Mediterran kellu wkoll tahdidiet dwar affarijiet pendenti li jinteressaw sidien fi hdan il-MRC . “Il-qaghda finanzjarja tal-isport fl-Italja hija litterlament falluta bi ftit jew xejn possibilita’ li tigi salvata s-sitwazzjoni . Kull cans li sidien Maltin jikkompetu bi zwiemel taghhom l-Italja bhalissa hija wahda impossibli ghaliex litteralment huwa impossibli li wiehed jaccerta li s-sidien jidhallsu xi forma ta’ premju f’kaz li jkollhom success ,” qal Brincat.

Ic-chairman tal-MRC qal li bhala club se jkompli jinsisti biex isir il-hlas ta’ premijiet li kienu intrebhu minn sidien Maltin fl-1 ta’ Awissu 2010 waqt laqgha li saret f’Sirakuza fi Sqallija. Dakinhar il-finali ewlenija kienet intrebhet minn James de l’Iton misjuq minn Noel Baldacchino. Din kienet esperjenza ta’ sodisfazzjon izda li giet imhassra bin-nuqqas ta’ hlas tal-premijiet li ntrebhu mis-sidien Maltin . “Bhala Kunsill ahna bqajna nsostnu fir-responsabilita’ li kellha l-UNIRE ta’ dak iz-zmien li dhallas il-premijiet. Izda r-realta’ hi li l-UNRE m’ghadiex tezisti u l-Ministeru tal-Agrikoltura li qieghed imexxi l-isport m’ghandux fondi ivvotati sabiex jhallas l-obbligi lill-koros u s-sidien Taljani. B’dispjacir nghid li c-cansijiet li jigu rkuprati dawn il-premijiet huma dejjem aktar remoti u improbabbli,” sahaq ic-chairman tal-MRC.

Rapprezentanti tas-sidien u sewwieqa

Mistoqsi dwar x’se jkun l-involviment tar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa fi hdan il-kunsill tal-MRC wara li issa n-numru ta’ diretturi fih tela’ ghal sebgha, Brincat qal li mhux huma biss izda anki ohrajn mhux eletti jistghu jaghtu kontribut. Dan permezz ta’ nomini f’sotto kumitati li jaghmlu sforzi partikulari fuq setturi partikolari bhal ma huma l-organizzazzjoni tal-program tat-tigrijiet u gbir ta’ sponsors. Hu qal li jemmen li kull rapprezentant jista jinghata rwol , direttorat jew kariga li jiehu hsieb settur u progett partikolari.
Difficli biex isir kampjonat tal-Izvedizi

Dwar il-possibilita’ li jsir kampjonat dedikat biss liz-zwemel Zvedizi ic-chairman tal-MRC qal li hu u shabu jixtiequ jfasslu programm fejn idealment ma jgib ebda differenza bejn zwiemel Zvedizi, Francizi jew ohrajn. “Ghalina kollha zwiemel tas-sidien taghna u nkunu qed nonqsu jekk jkun hemm xi preferenza dwar dan. Il-Kunsill ilu ghal dawn l-ahhar sentejn jishaq mal-entitajiet Svedizi li jehtieg li dan is-settur jigi organizzat u jinghata sponsor li twaqqaf minghajr ebda raguni. Nibqghu ninsistu sabiex nsibu sponsors ghaz-zwiemel Zvedizi. Ma jidhirx li hemm prospetti tajbin ghaliex bqajna jkollna rifjut ghall-assistenza u jidher li l-entitajiet Svedizi ma japprezzawx l-importazzjoni taz-zwiemel Svedizi f’Malta . Ahna bhala Kunsill ser nkomplu nistednuhom sabiex nikkollaboraw maghhom ghal gid tas-sidien li huma dilettanti ta’ dawn it tip ta’ zwiemel, kampjonati li kienu tant popolari fil-passat.”

Il-MRC qieghed jittama wkoll li fis-snin li gejjin jircievi xi forma ta’ ghajnuna minghand Maltco Lotteries li maghha l-club baqa’ jishaq li ghandhom jigu organizzati u mgedda ftehim dwar il-imhatri li jaghti frott reciproku lill-korsa u lil din l-entita’ tal-imhatri li sservi bhala sors ta’ finanzjament ta’ tigrijiet lokali .

Laqghat mal-gvern

Skont Brincat jidher li hemm interess dirett mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u mis- Segretarjat Tar-Ricerka , Innovazjoni , Zaghzagh u Sport. Ufficjali tal-gvern ser jiltaqghu mal-Kunsill fi zjara personali fil-Korsa sabiex jezaminaw kull possibilita’ ta’ zvilupp fuq il-kumpless. Il-Kunsill diga ipprezenta programm dettaljat tax-xogholjiet kollha li twettqu f’dawn l-ahhar hames snin u pjan ta’ inizjattivi progettati li jaghtu lil korsa sens ta’ direzzjoni . Intqal ukoll li l-amministrazzjoni tal-korsa giet imsahha dan l-ahhar b’ufficjali assenjati mill-Gvern sabiex tippermetti aktar nies dedikati full time jahdmu fuq inizjattivi tal-Kunsill.

Premijiet tat-tigrijiet lokali

L-aktar progett ambizzjuz jibqa issa dak li jigu ggenerati fondi regolari li jiggustifikaw u jippermettu zieda fil-premijiet. “Dan progett li mhux facli xejn meta l-isport kollu madwar id-dinja ghaddej minn problemi finanzjarji kbar. Dan mhux ser jaqtalna qalbna u kommessi li nipprovaw noholqu inizjattivi sabiex dan l-iskop jintlahaq . Ma jistax jintlahaq mil-lum ghal ghada pero’ l-inizjattivi li hadna jistghu jwassluna ghal din ix-xewqa,” qal Brincat.

Dixxiplina

Finalment ic-chairman tal-MRC ghamilha cara li mhux se jintesa jew jitwarrab il-kuncett ta’ dixxiplina u rispett fil-korsa kemm waqt it-tigrijiet u anki matul il-gimgha, fattur li wassal ghal zvilupp ta’ dan l-isport fl-ahhar snin. “Nixtieq naghmilha cara illi fuq l-aspett ta’ dixxiplina ser nkomplu fuq dak li bnejna sal-lum u jkun hazin li whud jahsbu li dan l-aspett jista jsofri xi tibdil. Il-maggoranza japprezzaw u juru rispett lejn shabhom u lejn il-pubbliku sportiv hu huma ftit li jonqsu. Ahna ma dawn il-ftit ser nkomplu nishqu u ninsistu li jew josservaw id-dixxiplina u fin-nuqqas ma jistghux aktar jkollhom post fi hdan il-club. Decizjoni iebsa pero’ necessarja u perswazi li d-dilettanti taz-zwiemel kollha tant ghandhom ghal qalbhom dan l-isport li jehtieg dedikazzjoni kbira, li certament ser japprezzaw li d-dixxiplina taghti sigurta fl-isport taghna u tgholli l-livell u l-kwalita’ tat-tigrijiet li jgawdi minnha is-sidien u l-gerrejja kollha,” ikkonkluda Dr Matthew Brincat.

Intant l-istagun 2013 mistenni jitkompla f’nofs Settembru.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives