//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Mument, Trot

Gozitan Julian Farrugia is July driver of the month

Gozitan driver Julian Farrugia who was voted as the best driver for July 2013.

Gozitan driver Julian Farrugia who was voted as the best driver for July 2013.

The Malta Racing Club has just announced that the best driver for the month of July is Gozitan Julian Farrugia.

39-year old Farrugia has been driving for nearly 24 years and in a career of approximately 3700 races he has registered nearly 550 victories, 17 of them during this season. Since the 1998/99 season he has always been one of the best drivers on the island apart from the years 2004 and 2005 when he had nearly ceased to drive altogether.

Before the summer break, he was occupying 4th place in the classification for Malta Racing Club’s champion driver.

During July he drove in 14 races winning 4 times whilst finishing once in second place, twice third and once fourth.

In April 2012, Julian Farrugia was also declared the winner of driver of the month award. The presentation of the award will now be effected once the season resumes during the month of September.

Julian Farrugia – ll-Ġerrej tax-Xahar ta’ Lulju

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club għadu kemm ħabbar li l-unur tal-ġerrej tax-xahar ta’ Lulju intrebaħ mill-ġerrej Għawdxi Julian Farrugia.

Julian Farrugia għandu 39 sena u ilu jsuq madwar 24 sena. F’karriera ta’ madwar 3700 tiġrija huwa rreġistra kważi 550 rebħa, 17 minnhom matul dan l-istaġun. Mill-istaġun 1998/99 huwa dejjem kien wieħed mill-protagonisti għall-unuri apparti fis-snin 2004 u 2005 meta kien kważi waqaf isuq għal kollox.

Qabel il-waqfa tas-Sajf huwa kien qed jokkupa ir-raba’ post fil-klassifika għall-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club.

Matul ix-xahar ta’ Lulju huwa saq 14 il-tiġrija fejn rebaħ 4, waħda t-tieni, darbtejn it-tielet u darba r-raba’.

Julian Farrugia l-istaġun li għadda kien rebaħ l-unur tax-xahar t’April. Il-preżentazzjoni ta’ tifkira ta’ l-okkażżjoni issa ssir meta jerġa jibda l-istaġun tat-tiġrijiet f’Settembru.(Lorraine Cunningham – Public Relations & Media Officer Malta Racing Club).

Ready Cash l-ewwel ukoll fost l-istaljuni

Fi Franza, iz-ziemel popolari Ready Cash, rebbieh darbtejn tal-Prix d’Amerique, jinsab ukoll fl-ewwel post fil-klassifika tal-aqwa staljuni fil-pajjiz. Ready Cash beda jintuza ghall-ewwel darba ghat-taghmir fl-2008 meta kellu biss erba’ snin. Hu mill-ewwel kellu success mal-breeders Francizi, tant li fl-ewwel stagun tieghu tat-taghmir kien ghammar b’kollox 138 debba, mija minnhom fi Franza stess. Is-sena ta’ wara gew mghammra 134 debba u mar-rebh tal-Amerique beda jizdied ukoll l-interess f’dan iz-ziemel.

Tant li fl-2011 dan iz-ziemel ghammar 188 debba u 168 ohra s-sena ta’ wara. Fl-2011, mohor li twieled bis-sahha ta’ Ready Cash inbiegh ghac-cifra impressjonanti ta’ €46,000 waqt irkant. Is-sena ta’ wara, waqt irkant simili mohor iehor iben Ready Cash sewa €52,600. Zwiemel ulied Ready Cash tista tghid li qieghed jirbhu tigrijiet ewlenin madwar Franza kollha u fl-ahhar disa’ xhur dawn rebhu l-fuq minn €900,000 fi premijiet, cifra ohra impressjonanti.

Tour Ewropew

Ghal sena ohra l-assocjazzjoni Franciza SECF se torganizza matul ix-xhur li gejjin dik li qieghed issejjah it-Tour Ewropew li se jigi organizzat fuq hames tigrijiet ta’ grupp tnejn u bi premju ta’ €462,000. L-ewwel tigrija se ssir fl-1 ta’ Settembru fil-korsa ta’ Victoria Park fl-Olanda. Wara jkun imiss tigrija ohra fil-korsa ta’ Avenches fl-Isvizzera fil-hmistax ta’ Settembru segwita minn tigrija f’Palma de Mallorca fi Spanja fid-29 ta’ Settembru. L-ahhar zewg tigrijiet ikunu wahda f’Hambourg fil-Germanja fit-tlettax ta’ Ottubru u ohra f’Mons fil-Belgju fis-27 ta’ Ottubru 2013.

It-tour se jkun fuq sistema ta’ punti u fis-snin li ghaddew din il-kompetizzjoni ntrebhet minn Pirogue Jenilou (2007), Quido du Goutier (2008), Malakite (2009), Paradis Cordiere (2010), Nimrod Borealis (2011) u Punchy is-sena li ghaddiet.

Paper Caf u Lo Verde fost l-aqwa fl-Italja

Misjuq minn Davide Di Stefano u imharreg minn Biagio Lo Verde, it-Taljan ta’ erba’ snin Paper Caf, ikkonferma li hu fost l-aqwa zwiemel fil-pajjiz. Dan wara li fil-korsa ta’ Taranto rebah il-Gran Premio Citta’ di Taranto fuq distanza ta’ mil. Paper Caf ittrijonfa f’medja ta’ 1.11.2” fil-kilometru u minn Power Action (Luciano Becchetti) u Paso Doble (Gaspare Lo Verde). Paso Doble hija debba bbazata Palermo u hija wkoll imharrga minn Lo Verde. Ziemel iehor imharreg minn Lo Verde u li kien misjuq minn martu, Francesca Croce, temm fil-hames pozizzjoni.

Jirkupra minn incident ikrah

Il-jockey Irlandiz Brian Toomey ghadu rikoverat l-isptar jirkupra minn incident ikrah. Hu ghadu fil-periklu tal-mewt wara ksur f’rasu dovut ghal waqa’ waqt tigrija bl-ostakli li saret fil-korsa ta’ Perth fl-Iskozja. Toomey ghandu 24 sena u kien fuq dahar id-debba Solway Dandy li waqghet tliet ostakli mit-tmiem. Toomey huwa l-jockey preferut tat-trainer minn North Yorkshire Kevin Ryan. Bint Ryan hija gharusa lill-istess Toomey. Dan l-incident sehh waqt it-tigrija Perth Festival Conditional Jockeys’ Handicap Hurdle. Helikopter ha lil Brian Toomey fl-isptar ta’ Dundee ftit minuti wara l-incident. Dan minhabba l-gravita’ tieghu. Sa mill-2008, Toomey rikeb 49 ziemel rebbieh f’tigrijiet differenti u rraprezenta lil Ryan fl-aqwa tigrijiet li saru waqt il-festivals ta’ Cheltenham, Aintree u Punchestown.

It-tigrijiet bl-ostakli huma kkunsidrati fost l-aktar perikoluzi fil-kalendarju tat-tigrijiet internazzjonali. Huwa stmat li jkun hemm waqa’ ta’ jockey minn kull sittax li jippartecipa. F’Marzu li ghadda, il-jockey zghazugh JT Mc Namara baqa’ paralizzat wara incident li kellu waqt tigrija fil-festival ta’ Cheltenham. Peter Toole huwa jockey iehor li kien involut f’incident ikrah iehor li kien sehh fil-korsa ta’ Aintree f’April 2011. Minhabba dawn l-incidenti, fl-ahhar snin twaqqaf dak li hu imsejjah bhala l-Injured Jockeys’ Fund, bl-ghan li jigu meghjuna l-familjari ta’ dawk il-jockeys li kienu involuti f’incidenti koroh bhal Brian Toomey.

Il-Germaniz Novelist jissorprendi f’Ascot

Novelist sar it-tieni ziemel imharreg il-Germanja li rebah il-famuza King George VI u l-Queen Elizabeth Stakes li saret is-Sibt li ghadda fil-korsa ta’ Ascot l-Ingilterra. Dan mhux kollox, ghax Novelist, misjuq minn Johnny Murtagh, rebah it-tigrija f’hin rekord fuq distanza ta’ 2400m. Fi tmiem it-tigrija, Murtagh ikkummenta li z-ziemel kien eccezzjonali u matul it-tigrija deher il-hin kollu li ghandu dik ix-xi haga specjali aktar mill-ohrajn.

Novelist hu imharreg mill-Germaniz Andreas Wohler li qal li ma setax jemmen li ziemel imharreg minnu seta’ jirbah tigrija ta’ livell daqstant gholi. “Kont naf li z-ziemel tjieb hafna fl-ahhar xhur izda qatt ma kont nahseb li seta’ jirbah tigrija ta’ dan il-livell,” qal Wohler.

Novelist ghandu erba’ snin. F’din it-tigrija kellhom ukoll prestazzjoni tajba Trading Leather u Hillstar. Dizappuntanti kienet it-tigrija ghall-favorit Cirrus des Aigles li seta’ biss jispicca fir-raba’ post.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives