//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Irtirata l-popolari Snow Fairy

Id-debba Snow Fairy li giet irtirata dan l-ahhar.

Id-debba Snow Fairy li giet irtirata dan l-ahhar.

Dan huwa artiklu tieghi li deher fir-rubrika Trott u Galopp il-Hadd li ghadda fil-gazzetta Il-Mument.

Fl-Ingilterra thabbar li Snow Fairy, ikkunsidrata wahda mill-aqwa dwieb fl-ahhar snin, giet irtirata wara li ma feqitx minn ugiegh li kellha f’wahda mit-tendons ta’ saqajha. Din id-debba wegghet waqt tahrig li kellha fic-centru ta’ Newmarket. Mitlub jikkummenta dwar din id-decizjoni, it-trainer tad-debba Ed Dunlop ikkummenta li Snow Fairy se tibqa ghal qalbu u se tibqa tfakkru fir-rebhiet li kellha fl-English u l-Irish Oaks u z-zewg successi kbar fil-Gappun.

Dunlop zied jghid li din id-debba hija mahbuba kemm fir-Renju Unit u anki fl-Asja. Fil-karriera taghha, Snow Fairy rebhet kwazi erba’ miljun lira sterlina fi premijiet. Hi rebhet ukoll sitt tigrijiet ta’ livell ta’ grupp wiehed u f’Settembru tas-sena li ghaddiet ittrijonfat ukoll fl-Irish Champion Stakes li saret fil-korsa ta’ Leopardstown fl-Irlanda.

Issa Snow Fairy se tigi trasferita lejn l-Irlanda biex hemmhekk tibda tintuza ghat-taghmir. Hi mistennija titghammar mal-istaljun Elusive Pimpernel. Il-jockey ta’ din id-debba, Ryan Moore qal li Snow Fairy kellha dejjem karattru kumbattiv fit-tigrijiet. Hu kkonkluda billi qal li l-aktar rebha li tibqa ghal qalbu hija dik li kellu f’Hong Kong is-sena li ghaddiet.

Habs ghal min juza droga

F’Dubai, fl-Emirati Gharab Maqghuda, thabbar li kull trainer, sid jew jockey ta’ zwiemel li jaghmel uzu minn drogi llegali u sterojdi fil-pajjiz se jinghata piena ta’ habs. Din id-decizjoni ttiehdet mill-mexxej ta’ Dubai, ix-Sheikh Mohammed Bin Rashid Al Maktoum li hu wkoll is-sid tal-istalel interazzjonali Godolphin. Dan l-ahhar hdax –il ziemel tax-Sheikh, stazzjonati fic-centru ta’ Newmarket fl-Ingilterra nstabu pozittivi ghal testijiet tad-doping li sarulhom. S’issa matul din is-sena, 22 ziemel minn dawn l-istalel instabu pozittivi.

Iz-zwiemel ibbazati fi Newmarket kienu imharrga mit-trainer ukoll minn Dubai, Mahmood Al Zarooni li f’April li ghadda gie sospiz ghal tmien snin. Waqt li kienet ghaddejja l-inkjesta fl-Ingilterra, Al Zarooni kien sostna li d-droga kien dahhalha l-Ingilterra wara li akkwistaha minn Dubai. Fi stqarrija, ix-Sheikh Mohammed qal li b’din id-decizjoni qieghed juri lil kulhadd li hu jemmen fi sport nadif u li hu kontra l-uzu ta’ sterojdi fl-isport taz-zwiemel.

Timoko jeghleb l-isfida ta’ Ready Cash

Il-Hadd li ghadda fil-korsa ta’ Mons fil Belgju saret it-tigrija nternazzjonali Prix de Wallonie bi premju totali ta’ €150,000 u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Din it-tigrija saret fuq distanza qasira ta’ 2300m u fiha fost l-ohrajn kienu qieghed jiehdu sehem il-popolari Ready Cash u zwiemel Francizi ohra stabbiliti bhal Timoko u Reve de Beylev.

Kienu hafna dawk li stennew li Ready Cash, li kien gej minn success ftit tal-jiem qabel, f’tigrija fil-korsa ta’ Sables d’Olonne kien se jiddomina din it-tigrija. Izda kif nghidu, kull tigrija ghandha l-istorja taghha u hekk kif inghata l-bidu ufficjali kien Timoko, taht il-gwida tal-Belgjan Joseph Verbeeck, li beda fost l-aktar veloci. Dan fetah vantagg zghir mill-istess Ready Cash (Franck Nivard) u l-Izvediz Deuxieme Picsous (Josef Untersteiner).

Fl-ahhar metri tat-tigrija, Nivard talab lil Ready Cash biex izid fil-giri izda din kienet mossa li ma hallitx il-frott mixtieq ghax Ready Cash biddel il-pass u safa’ skwalifikat.

It-tigrija ma kenitx ghada spiccat ghal Timoko ghax hekk kif kien jidher li dan iz-ziemel seta’ jtemm rebbieh facilment kellu jiffacja wkoll l-isfida ta’ Reve de Beylev, misjuq minn Belgjan iehor Dominik Locqueneux. Timoko xejjen l-isfida ta’ Reve de Beylev propju fuq il-linja finali u temm rebbieh f’medja ta’ 1.13.1” fil-kilometru.

Ghal Verbeeck dan kien it-tieni success fil-Prix de Wallonie wara li kien rebah din it-tigrija fl-2008 permezz tal-Franciza Olga du Biwetz.

Royalty For Life iz-ziemel tal-mument fl-Istati Uniti

Bhalissa Royalty For Life, iben l-istaljun Rc Royalty u d-debba Bourbon ‘N Grits, huwa z-ziemel tal-mument fl-Istati Uniti. Dan wara li dan l-ahhar dan iz-ziemel rebah il-famuza tigrija Hambletonian li hija t-tigrija bl-aktar premju gholi fl-Amerika ta’ Fuq. Il-Hambletonian saret fuq distanza ta’ mil, kellha bidu bil-karozza tat-tluq u kellha premju ta’ miljun dollaru Amerikan.

Taht il-gwida tas-solitu Brian Sears, Royalty For Life temm rebbieh b’distakk ta’ tliet tulijiet minn Smilin Eli u Corky. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.09.7” fil-kilometru. Ghal Sears, din is-serata fil-korsa ta’ Meadowlands zgur li se tibqa memorabbli ghax rebah ukoll il-Hambletonian Oaks miftuha ghad-dwieb ta’ tliet snin ukoll fuq distanza ta’ mil permezz ta’ Bee A Magician, debba li tigi bint l-istaljun Kadabra. Ta’ min wiehed ifakkar li fl-2009, Brian Sears kien ukoll rebah il-Hambletonian permezz ta’ Muscle Hill. Dan kien ittrijonfa f’medja ta’ 1.08.5” li sal-lum ghadu wkoll ir-rekord tat-tigrija.

Lokali – Baldacchino, Gatt u Zammit fl-ewwel postijiet

Issa li ftit tal-jiem ilu ntemmet l-ewwel fazi tal-istagun 2013, permezz ta’ din ir-rubrika se naghti harsa lejn xi statistika tal-Malta Racing Club relatata mal-ahjar sewwieq, l-ahjar sewwieq taht il-25 sena u l-ahjar jockey. Wara li saru l-ewwel 33 programm tas-sena, fil-klassifika tal-aqwa sewwieq tal-istagun insibu fl-ewwel post lil Noel Baldacchino li ghandu 364 punt. Sal-lum, Baldacchino ha sehem f’190 tigrija, rebah 28 minnhom, temm it-tieni 22 darba, it-tielet 24 darba u r-raba’ erbatax –il darba.

Warajh insibu lil Charles Camilleri b’284 punt. Camilleri ippartecipa f’176 tigrija fejn rebah 24 minnhom, temm it-tieni hmistax –il darba, it-tielet 22 darba u r-raba’ tnax –il darba. Rodney Gatt jinsab fit-tielet post fejn s’issa saq f’155 tigrija, rebah 22 minnhom, temm it-tieni sbatax –il darba, it-tielet sittax –il darba u r-raba’ sbatax –il darba. Hu ghandu total ta’ 271 punt.

B’dan it-total, Rodney Gatt jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-ahjar sewwieq taht il-25 sena. F’din il-klassifika, Gatt difficli ferm li jigi milqugh minhabba li Redent Magro, li jinsab fit-tieni post, ghandu biss 59 punt (erbgha l-ewwel, erbgha t-tieni, hamsa t-tielet u hamsa r-raba’ minn 67 tigrija). Warajh insibu lil Jesmar Gafa’ b’43 punt. Gafa’ ha sehem fi 23 tigrija, rebah erbgha, temm it-tieni darbtejn, it-tielet darba u r-raba’ hames darbiet.

Fil-kompetizzjoni tal-ahjar jockey, Demis Zammit jinsab fl-ewwel post b’37 punt. Dan saq f’sitt tigrijiet, rebah tlieta minnhom, temm it-tieni darbtejn u t-tielet darbtejn ukoll. Michael Sultana jinsab warajh b’27 punt minn tliet tigrijiet (tliet rebhiet u zewg pjazzamenti fit-tieni post) u Ramon Grima t-tielet b’25 punt u b’zewg rebhiet, bi pjazzament fit-tieni post u temm it-tielet darbtejn. Il-gimgha d-diehla, permezz ta’ din ir-rubrika nkompli naghti harsa lejn aktar statistika.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives