//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

L-Awstralja tfakkar il-mewt ta’ jockey promettenti

Australian jockey Simone Montgomerie

Australian jockey Simone Montgomerie

Dan kien l-artiklu tieghi fil-gazzetta tal-lum Il-Mument –

Dan l-ahhar fl-Awstralja tilfet hajjitha l-jockey Simone Montgomerie. Dan wara li din waqghet waqt tigrija li kienet qieghed issir fil-korsa ta’ Darwin. Montgomerie, ta’ 26 sena, kienet fost ta’ quddiem biz-ziemel taghha Riahgrand, sakemm tilfet il-bilanc u waqghet minn fuq iz-ziemel madwar mitt metru mit-tmiem.

In-National Jockeys’ Trust fl-Awstralja kkonfermat li din il-jockey wegghet sew f’dan l-incident u mietet ftit tal-minuti wara. Missier il-jockey, Peter Montgomerie, kien anki jharreg lil On A Jeune li fl-2005 kien temm it-tieni fil-Melbourne Cup. Wara dan l-incident, waqt it-tigrija maghrufa bhala Wolf Blass Lightning Plate, gew imhassra l-kumplament tat-tigrijiet li kienu qieghed jigu organizzati fl-istess korsa. Ghal dan il-programm kien hemm il-fuq minn 20,000 persuna prezenti.

Montgomerie inghatat l-ewwel ghajnuna minn zewg tobba u l-paramedici stess qabel ma giet trasferita lejn l-isptar Royal Darwin izda mietet ftit minuti wara li giet trasferita l-isptar. Brett Dixon, ic-chairman tad-Darwin Turf Club, ikkonferma li se ssir investigazzjoni wara l-mewt ta’ din il-jockey. “Id-Darwin Turf Club, flimkien ma’ dawk kollha involuti f’din l-industrija jibghatu l-kondoljanzi taghhom lill-familja Montgomerie,” qal Dixon.

L-ex jockey Ingliz Kerrin McEvoy iddeskriva din il-mewt bhala tragedja kbira ghall-isport. “Inhossni mahsud b’din l-ahbar. Naf lil Simone sew u naf kemm kellha ghal qalbha dan l-isport. Il-kondoljanzi tieghi jmorru wkoll lejn il-familja Montgomerie li zgur qatt m’hu se jinsew dan l-incident,” zied jghid Mc Evoy.

Al Kazeem b’success iehor f’tigrija ta’ grupp wiehed

Fil-korsa ta’ Sandwown fir-Renju Unit, ftit tal-gimghat ilu, iz-ziemel Al Kazeem naqqax ismu fuq tigrija ohra ta’ grupp wiehed. Dan wara li dan iz-ziemel irnexxilu jirbah il-finali tal-Coral Eclipse Stakes. Al Kazeem kien misjuq minn James Doyle, u beda fost l-aktar favoriti, kwotat 15-8. Dan iz-ziemel hu imharreg minn Roger Charlton u kompla fejn halla bir-rebhiet li kellu ftit tal-gimghat qabel fil-koros ta’ The Curragh fl-Irlanda u f’dik ta’ Royal Ascot. Misjuq minn Paul Hanaghan, Mukhadram temm it-tielet wara li fl-ahhar metri nqabez minn Declaration of War li kellu distakk ta’ zewg tulijiet minn Al Kazeem.

Mitlub jikkummeta dwar dan is-success, Charlton qal li Al Kazeem kellu wirja impekkabli u issa qieghed jippjana biex iz-ziemel jinkiteb f’tigrijiet ohra ewlenin fix-xena nternazzjonali, fosthom fil-Prix de l’Arc de Triomphe li ssir f’Ottubru li gej fil-korsa ta’ Longchamp f’Parigi fi Franza. “Kburi biz-ziemel u u bil-jockey tieghi,” zied jgid it-trainer minn Wiltshire.

Hu kkonferma li issa z-ziemel se jinghata xaharejn mistrieh qabel ma jerga jigi preparat ghall-giri kompetittiv. Hu ma cahadx li f’kaz li s-sidien jiddeciedu li z-ziemel jirrtorna qabel jiehu sehem ukoll fil-Juddmonte International Stakes li ssir fil-korsa ta’ York fil-21 ta’ Awwissu jew l-Irish Champion Stakes li ssir fil-korsa ta’ Leopardstown fis-sebgha ta’ Settembru. Roger Charlton jibqa mfakkar ukoll ghas-success li kellu fl-1990 meta kien irnexxilu jirbah id-Derby ta’ Epsom permezz ta’ Quest For Fame.

Wishing Stone jikser ir-rekord ta’ Varenne

Iz-ziemel Amerikan ta’ statura zghira Wishing Stone, li fl-Ewropa rebah fil-passat il-Copenhagen Cup fid-Danimarka u kellu wkoll xi successi fl-Izvezja, irnexxilu dan l-ahhar jikser rekord tal-leggendarju Taljan Varenne. Dan iz-ziemel, iben l-istaljun Conway Hall irnexxilu jirbah tigrija ewlenija fil-korsa ta’ Mohegan Sun Pocono Downs fl-Istati Uniti f’medja rekord ta’ 1.09.2” fuq distanza ta’ mil. Ir-rekord ta’ qabel, imwaqqaf minn Varenne, kien ta’ 1.09.4” fil-kilometru. Wishing Stone temm rebbieh mir-rivelazzjoni Sevruga filwaqt li Market Share dahal it-tielet. It-tigrija kellha premju shih ta’ 50,000 dollaru Amerikan.

Quomba de Guez teghleb lil Commander Crowe

Dan l-ahhar fil-korsa ta’ Enghien fi Franza saret it-tigrija nternazzjonali Prix Lagardere fuq distanza twila ta’ 2875m u bil-bidu bil-waqqaf. Din it-tigrija kellha premju totali ta’ €150,000 u kienet taghmel parti mill-European Trotting Master Series ghal din is-sena. Harget rebbieha d-debba ta’ disa’ snin Quomba de Guez f’medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru u meta misjuqa mit-trainer taghha stess, il-popolari Jean Michel Bazire.

Fl-ahhar metri, din id-debba gabet fix-xejn l-isfida tal-Izvediz ta’ ghaxar snin Commander Crowe taht il-gwida ta’ Franck Ouvrie. Dan tal-ahhar kien ghadu gej minn success fil-finali tal-Hugo Abergs Memorial li saret ftit ilu f’Jagersro fl-Izvezja. Fit-tielet pozizzjoni temmet it-Taljana Roxane Giff li kienet misjuqa minn Eric Raffin.

Lokali – Pittacos u Timolin parzjalment fl-ewwel post

Wara li l-gimgha li ghaddiet tajt harsa lejn il-klassifici temporanji tal-aqwa sewwieq, l-aqwa sewwieq taht il-25 sena u l-ahjar jockey wara l-ewwel 33 laqgha tal-istagun, illum permezz ta’ din ir-rubrika, se nkompli naghti harsa lejn aktar klassifici.

Fil-klassifika tal-aktar ziemel konsistenti, fl-ewwel post s’issa nsibu lill-Franciz Pittacos. Dan gera fi hdax –il tigrija, rebah hamsa minnhom, temm it-tieni darbtejn u r-raba’ darba biex s’issa tella’ total ta’ 44 punt. Is-sewwieq regolari ta’ Pittacos huwa Noel Baldacchino u normalment dan il-Franciz jiehu sehem f’tigrijiet tal-klassi Bronze. Warajh insibu lil Okilaibo b’39 punt. Sal-lum dan iz-ziemel gera fit-tmien tigrijiet, rebah tlieta, temm it-tieni erba’ darbiet u t-tielet darba.

Ta’ min wiehed jinnota li qabel il-waqfa tas-Sajf Okilaibo rebah zewg finali ewlenin, il-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier u l-VOB Grand Final li laqqghet flimkien l-aqwa zwiemel Francizi u Skandinavi tal-mument. Normalment, Okilaibo jkun misjuq minn Julian Farrugia. Warajh, fit-tielet pozizzjoni hemm ziemel Franciz iehor, Pepone du Castelet, li sal-lum gera f’disa’ tigrijiet, rebah erbgha minnhom, temm it-tieni darbtejn u t-tielet darba. Pepone du Castelet ghandu 38 punt. Charles Camilleri huwa s-sewwieq regolari ta’ dan iz-ziemel. Aktar kmieni dan l-istagun, Pepone du Castelet rebah finali ta’ Condition Race riservata ghal zwiemel tal-klassi Gold.

Jekk naghti harsa lejn il-klassifka tal-ahjar ziemel tal-galopp insibu li fl-ewwel pozizzjoni hemm il-Germaniz Timolin li sal-lum din is-sena ippartecipa f’hames tigrijiet rebah tlieta minnhom, temm darba fit-tieni u t-tielet pozizzjoni u ghandu 29 punt. Normalment, Timolin ikun misjuq mill-jockey Ramon Grima.

Fit-tieni post insibu lill-Amerikan Cheeky Jack u l-Ingliz Henderlik li ghandhom tmintax –il punt kull wiehed. Fl-2013, Cheeky Jack gera f’erba’ tigrijiet, rebah wahda, temm it-tieni darba u t-tielet darbtejn. Cheeky Jack ikun misjuq minn Charles Vella jew Demis Zammit.
Henderlik ukoll gera s’issa f’erba’ tigrijiet, temm it-tieni tliet darbiet u t-tielet darba.

Matul din is-sena dan iz-ziemel kien misjuq minn Demis Zammit u Oliver Briffa.

Certament, sa tmiem dan l-istagun dawn iz-zewg kompetizzjonijiet se jibqghu ferm kumbattuti.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives