//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Rebha ghal Timoko, Qwidil impressjonanti

Qwidil, propjeta’ tal-Malti Carmelo Farrugia li qieghed ikollu wirjiet kbar fi Franza.

Qwidil, propjeta’ tal-Malti Carmelo Farrugia li qieghed ikollu wirjiet kbar fi Franza.

Dan huwa l-artiklu tieghi ppublikat illum fil-gazzetta Il-Mument fir-rubrika Trott u Galopp

Il-gimgha li ghaddiet, fil-korsa ta’ Cagnes Sur Mer fi Franza saret it-tigrija nternazzjonali Gran Prix de Conseil General Des Alpes fuq distanza ta’ mil u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Din it-tigrija kellha premju totali ta’ E180,000. Fiha, kif hafna stennew, hareg rebbieh wiehed mill-aqwa zwiemel li hemm bhalissa fi Franza, Timoko, misjuq mill-Belgjan Joseph Verbeeck. Izda ghalina l-Maltin, din it-tigrija kellha sinnifikat specjali ghax fiha Timoko gie sfidat minn Franciz iehor, Qwidil, li hu propjeta’ tal-Malti Carmelo Farrugia. Qwidil kien misjuq minn Junior Guelpa u hu imharreg minn missier Junior, Stephane Guelpa.

Intant Timoko qasam il-linja finali l-ewwel f’medja impressjonanti ta’ 1.12″ fil-kilometru, bit-Taljan Probo OP (Ermanno Mori) u l-Franciza Quentin Rose (Ric Depuydt) itemmu wara Qwidil f’dik l-ordni. Ftit dizappuntanti kienet it-tigrija ghall-popolari Zvediz u veteran Commander Crowe (Jean Michel Bazire) li seta’ biss jispicca fis-sitt post. Ta’ min wiehed jinnota li sal-lum, iz-ziemel ta’ propjeta’ Maltija Qwidil, gera 83 darba fil-karriera tieghu, rebah tmintax -il tigrija u kellu 52 pjazzament. Sal-lum hu rebah il-fuq minn €310,930 fi premijiet. Dan iz-ziemel jigi iben l-istaljun Hibiscus del Rib u d-debba Idylle Fayenne.

Ir-rizultati pozittivi li akkwista Qwidil fl-ahhar gimghat huma ta’ unur mhux biss ghal Carmelo Farrugia izda ghall-pubbliku sportiv Malti ingenerali. Hadt il-kummenti ta’ Farrugia dwar dan is-success. Hu zied jghid li Qwidil xtrah minghand l-istess Stephane Guelpa fit-tnejn ta’ Gunju tas-sena li ghaddiet wara li minghand l-istess trainer Franciz kien akkwista lil Oran li gie impurtat ftit tax-xhur ilu f’Malta.

“F’din it-tigrija fi Franza ma hsibtx li z-ziemel kien se jkollu cans li jkun protagonist, specjalment minhabba l-kwalita’ ta’ zwiemel li grew fiha. Tant hu hekk li anki Stephane jiem qabel it-tigrija, qalli li kien se juza dan l-avveniment ta’ Cagnes Sur Mer bhala preperazzjoni ghal tigrija ohra nternazzjonali li se ssir fl-4 ta’ Settembru li gej fil-korsa ta’ Marseille. F’Marseille z-ziemel se jkun qieghed jaghti l-vantagg,” tenna Farrugia.

F’Cagnes Sur Mer, Farrugia u Guelpa kienu jkunu kuntenti b’wirja tajba u qatt ma stennew li z-ziemel kien se jispicca t-tieni wara Timoko u qabel Commander Crowe, zewg zwiemel ikkunsidrati gganti fix-xena tat-trott internazzjonali.

“Personalment qatt ma stennejt li z-ziemel se jqum daqshekk ghall-okkazjoni. Ghalija kien diga unur li z-ziemel gera f’din it-tigrija ahseb u ara jispicca t-tieni. Dan anki meta tqis li z-ziemel gera biss minghajr in-naghal ta’ quddiem meta s-soltu gieli anki gera minghajr l-erba’ naghal. L-atmosfera fil-korsa ta’ Cagnes Sur Mer kienet wahda fantastika u ma ninsiha qatt, b’mijiet jaghtu l-appogg taghhom lil Commander Crowe u Timoko anki b’banners u posters apposta. Nirringrazzja lill-familja Guelpa tal-ghajnuna kollha taghhom,” ikkonkluda Carmelo Farrugia.

F’ismi u f’isem id-dilettanti naghti ghal darba ohra prosit kbir lil Carmelo ghal dan is-success u nawgurali aktar rebhiet fil-gimghat li gejjin.

Tlieta ta’ Kolgjini kkurati minn Iannarelli fid-derby

Fost it-tnax -il ziemel li se jigru llum wara nofsinhar fil-finali tad-derby Zvediz se jkun hemm tliet zwiemel imharrga mit-trainer ta’ dixxendenza Albaniza Lutfi Kolgjini. Dawn huma El Mago Pellini, Mosaique Face u Viking America. Din il-finali se jkollha bidu bil-karozza tat-tluq, se ssir fuq distanza twila ta’ 2640m u se tkun miftuha ghall-aqwa zwiemel ta’ erba’ snin li hemm fil-pajjiz.

Ta’ min wiehed jinnota li dawn iz-zwiemel ta’ Kolgjini huma kkurati mill-veterinarju Taljan Dr Pio Iannarelli li hu wkoll il-veterinarju tal-leggendarju Varenne. F’kumment li tani, Iannarelli qal li kien ferm kuntent li zwiemel li huma kkurati minnu waslu sa dan l-istadju. Intant Iannarelli mistenni jerga jkun Malta biex jara zwiemel ta’ sidien Maltin lejn l-ahhar ta’ dan ix-xahar.

Rekord gdid ghal zwiemel ta’ sentejn

Fl-Istati Uniti, fil-korsa ta’ Mohegan, id-debba ta’ sentejn, Cooler Schooner, kisret ir-rekord fuq il-mil ghal zwiemel ta’ sentejn. Misjuqa minn Jim Campbell, Cooler Schooner ghamlet id-distanza f’medja ta’ 1.51.3″ fil-kilometru. Dan waqt tigrija bi premju ta’ 66,000 dollaru Amerikan. Cooler Schooner tigi bint Broadway Hall u rnexxilha ttejjeb ir-rekord precedenti ta’ Check Me Out b’1,2 ta’ sekondi.

Irkant kbir fl-Italja

Bejn il-Gimgha tlettax u s-Sibt erbatax ta’ Settembru, fic-centru Aste f’Milan se jittella l-irkant tradizzjonali ta’ mohorien imwielda l-Italja s-sena li ghaddiet. Fost iz-zwiemel li se jkun hemm ghall-bejgh insibu zwiemel ulied staljuni famuzi kemm Amerikani u anki Francizi, Zvedizi u Taljani.

Dawn huma Adrian Chip, Algiers Hall, Allison Hollow, Andover Hall, Berndt Hanover, Brads Photo, Chocolatier, Citation, Civil Action, Classic Photo, Cois Caf, Coctail Jet, Conway Hall, Daguet Rapide, Duke Of York, Eldgrado Bi, Equinox Bi, Everest As, Exploit Caf, Fairbank Gi, Fast Photo, Federal Flex, Felix Del Nord, Filipp Roc, Ganymede, Ghiaccio del Nord, Goetmals Wood, Gruccione Jet, Holiday Road, Ideale Luis, Iglesias, Igor Font, Indro Park, Irresistible, Judge Joe, Kick Tail, Lester, Le Touquet, Lets Go, Libeccio Grif, Love You, Mr Vic, Muscle Hill, Nad Al Sheba, Naglo Napoleon, Nice Love, Offshore Fream, Oiseau de Feux, Pine Chip, Prodigious, Quaker Jet, Ready Cash, SJ’s Photo, Saxo de Vendel, Self Possessed, Southwind Vernon, Topkapi As, Toss Out, Uronometro, Varenne, Volomist, Yankee Slide u Zinzan Brooke Tur.

Numru ta’ sidien Maltin qieghed jippreparaw biex ikunu prezenti ghal dan l-irkant. Dawk il-qarrejja li huma wkoll interessati li jaghmlu dan huma mitluba javvicinawni u naghtihom aktar taghrif.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives