//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Paris, Trot

Kolgjini b’success iehor fid-Derby Zvediz

Mosaique Face u Lutfi Kolgjini, ir-rebbieha tad-Derby Zvediz. Dan iz-ziemel hu kkurat mit-tabib Taljan Pio Iannarelli.

Mosaique Face u Lutfi Kolgjini, ir-rebbieha tad-Derby Zvediz. Dan iz-ziemel hu kkurat mit-tabib Taljan Pio Iannarelli.

Dan hu l-artiklu tieghi li deher illum fir-rubrika Trott u Galopp fil-gazzetta l-Mument.

Il-Hadd li ghadda fil-korsa ta’ Jagersro fl-Izvezja saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-derby Svediz ghall-aqwa zwiemel ta’ erba’ snin fuq distanza twila ta’ 2640m. Din it-tigrija kellha bidu bil-karozza tat-tluq u fiha temm rebbieh is-sewwieq ta’ dixxendenza Albaniza Lutfi Kolgjini permezz ta’ Mosaique Face.

Dan iz-ziemel, iben l-istaljun Amerikan Classic Photo u d-debba Taljana Iona LB, fl-ebda hin ma deher li seta’ jitlef l-ewwel pozizzjoni. Temm rebbieh f’medja rekord ta’ 1.12.4” fil-kilometru u quddiem Porthos Amok (Bjorn Goop) u Increased Workload (Orjan Kihlstrom). Quid Pro Quo (Erik Adielsson) temm ir-raba’. Fi tmiem it-tigrija, Kolgjini rringrazzja lil kull min ghin fil-preparazzjoni ta’ Mosaique Face, ziemel li hu ddeskrivih bhala wiehed li ghandu qalbu akbar minn gismu. Mosaique Face, bhaz-zwiemel l-ohrajn kollha fl-istalel Kolgjini hu kkurat mill-veterinarju Pio Iannarelli li jibqa mfakkar ghas-successi tal-leggendarju Taljan Varenne.

Up And Quick eccezzjonali

Il-Franciz Up And Quick ikkonferma li ghandu jkun ikkunsidrat wiehed miz-zwiemel rivelazzjoni ta’ bhalissa fi Franza. Dan wara li nhar is-Sibt li ghadda, fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza rnexxilu b’mod mill-aktar eccezzjonali jittrijonfa fil-Criterium ta’ hames snin fuq distanza twila ta’ 3000m u bil-waqqaf. Up And Quick, li kien misjuq minn Franck Nivard, ghamel id-distanza f’medja ohra rekord, dik ta’ 1.11.5” fil-kilometru. Ittrijonfa minn Uhlan du Val (C. Megissier), Univers de Pan (P. Daugeard) u Ugo de Nieul (R. Derieux).

Up And Quick jigi iben l-istaljun Franciz Buvetier d’Aunou u d-debba Franciza Fichtre. Sal-lum rebah il-fuq minn €619, 960 fi premijiet. Intant, ghal Nivard, dan kien ukoll l-ewwel success tieghu fil-Criterium ta’ hames snin. Hu deher altru milli sodisfatt bil-wirja taz-ziemel tieghu, specjalment wara li Up And Quick temm rebbieh b’distakk ta’ aktar minn ghaxar tulijiet.

L-Italja tfakkar lil Baroncini u Tranchina

Dan l-ahhar f’diversi koros Taljani tfakkru zewg sewwieqa popolari li hallewna dan l-ahhar, Walter Baroncini u Franco Tranchina. Baroncini kien kunsidrat wiehed mill-aqwa sewwieqa Taljani ta’ wara t-tieni gwerra u ibnu Mauro baqa’ jimxi fuq il-passi tieghu. Baroncini kellu 88 sena u kien dejjem l-isfidant ewlieni ta’ sewwieq iehor famuz, Sergio Brighenti. Bid-debba Franciza Newstar, fl-1962 kien anki rebah il-famuza Prix d’Amerique f’Parigi. Dan is-sewwieq kellu dejjem imhabba specjali lejn iz-zwiemel Francizi u b’ziemel iehor Franciz, Icare IV, kien anki rebah il-Gran Premio Lotteria d’Agnano.

Minn naha l-ohra, Franco Tranchina miet fl-eta’ ta’ 64 sena wara marda twila. Dan kien kunsidrat wiehed mill-aqwa sewwieqa minn Sqallija. Fost ir-rebhiet importanti li kellu fil-karriera tieghu Tranchina, insemmu dawk permezz ta’ Green Demon, Larry Ve u Oneranda,The Devil Boss u Dart Boss.

Sospiz ghal tmien xhur

Il-jockey Ingliz Martin Dwyer gie sospiz ghal tmien xhur mill-gurija Indjana. Orginarjament, Dwyer kien gie sospiz 55 jum wara li nstab hati li ma ppruvax jirbah tigrija permezz taz-ziemel Ice Age. Originarjament, Dwyer kien appella minn din is-sentenza izda l-appell instema quddiem il-gurija tar-Royal Western India Turf Club li minn naha taghha kompliet ziedet is-sospensjoni sat-30 ta’ April 2014. Dwyer twieled f’Liverpool l-Ingilterra u fl-2006 kien anki rebah id-Derby ta’ Epsom permezz ta’ Sir Percy.

Hu kkummenta li kien imhawwad u dizappuntat b’din l-ahbar ghax qatt ma stenna li wara l-appell is-sentenza ta’ sospensjoni kienet se tizdied. Fl-2003, Dywer kien anki ttrijonfa fl-Epsom Oaks permezz ta’ Casual Look. Kelliem ghall-British Horse Racing Authority, Robin Mounsey, naqas milli jikkummenta u zied jghid li l-Awtorita’ Ingliza se tohrog stqarrija ufficjali wara li tanalizza bir-reqqa r-rapport li tircievi minghand l-awtoritajiet Indjani.


Trading Leather jissorprendi fid-derby Irlandiz

Kontra kull mistenni, Trading Leather irnexxilu jirbah dan l-ahhar id-Derby Irlandiz li gir mtella’ fil-korsa ta’ The Curragh fl-Irlanda. Dan iz-ziemel hu imharreg minn Jim Bolger u kien mijsuq mis-solitu Kevin Manning. Trading Leather hareg rebbieh quddiem Galileo Rock filwaqt li Festive Cheer temm it-tielet. Id-Derby Irlandiz se jibqa wiehed ta’ dizappunt ghat-trainer popolari Irlandiz Aidan O’ Brien. Dan minhabba li l-ahjar ziemel li kellu miktub Ruler Of The World, li kien gej frisk minn success fid-Derby ta’ Epsom, iddizappunta mhux ftit. O’Brien kien qieghed jittama li se jirbah il-hdax –il derby Irlandiz fil-karriera tieghu.

“Ma nafx b’liema kliem nista niddeskrivi lil Trading Leather. Illum wera li hu ziemel ta’ barra minn hawn meta mqabbel ukoll ma’ shabu. Kuntent ukoll b’dan is-success ghax jien ukoll il-breeder ta’ dan iz-ziemel u meta ftit tax-xhur ilu poggejnih ghall-bejgh hadt ma wera interess fih. B’hekk Trading Leather wera lil kulhadd li kellna ragun ahna u min qghadt lura milli jixtrih induna kemm ghamel zball,” ikkonkluda Jim Bolger.

Minn naha tieghu O’Brien qal li kien ferm dizappuntat bil-wirja ta’ Ruler Of The World u filwaqt li ferah lir-rebbieha, sahaq li z-ziemel tieghu ghandu bzonn ftit gimghat ta’ mistrieh.

Lokali – Wirja kbira taz-zwiemel

Fl-okkazjoni tal-festi tal-Indipendenza l-Partit Nazzjonalista se jtella’ wirja ta’ zwiemel ghejrin u armati. Din l-attivita’ se ssir quddiem id-Dar Centrali tal-Partit f’tal-Pieta’ nhar il-Hadd li gej hmistax ta’ Settembru u tibda fit-8am. Waqt din il-wirja se jitqassmu 25 challenge cup mill-isbah u dawn se jinghataw lis-sidien taz-zwiemel ghal kollox. Se jinghata wkoll ritratt ta’ daqs A4 bil-kulur lill-partecipanti kollha. Il-gurija se titmexxa minn team professjonali.

Ir-registrazzjoni taz-zwiemel qieghed tintlaqa’ fir-reception tad-Dar Centrali bejn il-5.30pm u t-8pm. Ghal aktar dettalji u informazzjoni dawk interessati ghandhom ikellmu lill-organizzatur ewlieni s-Sur Gorg Cortis fuq 79729426.

L-Istagun ikompli l-Gimgha

Nhar il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa mistenni jitkompla l-istagun 2013 b’laqgha ohra li tkun organizzata fil-korsa tal-Marsa. Matul din il-laqgha mistenni wkoll id-debutt f’Malta ta’ numru ta’ zwiemel godda importati dan l-ahhar minn Franza u l-Iskandinavja. Dettalji dwar din il-laqgha nwassluhomkom nhar il-Gimgha permezz tal-pagni sportivi tal-gurnal In-Nazzjon.

Elezzjoni tar-rapprezentanti tas-Sidien u s-Sewwieqa

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club jixtieq javza li bhalissa qed jilqa applikazzjonijiet minghand dawk is-sidien u gerrejja kemm tat-trott kif ukoll tal-galopp li huma nteressati jikkontestaw l-elezzjoni ghall-hatra ta’ tliet rapprezentanti fi hdan il-kunsill tal-Club. Skont l-istatut jigu eletti t-tliet kandidati li jiksbu l-akbar ammont ta’ voti. In-Nominazzjonijet jibqghu miftuha sa nhar il-Erbgha 11 ta’ Settembru 2013 sa nofs in-nhar.

Kull nominazzjoni trid tasal l-ufficcju tal-Club flimkien ma’ l-ismijiet ta’ min qed jinnomina u jissekonda li wkoll iridu jkunu membri tal-MRC. L-elezzjoni ser issir bejn is-Sibt 14 ta’ Settembru u l-Hadd 15 ta’ Settembru.


Zwiemel Ghall-Bejgh

Dan l-ahhar dan is-sit gie offrut diversi zwiemel ghall-bejgh specjalment mill-Italja. Min ikun interessat javvicinani.

1. Olandiz imsewwi ta’ hames snin. Ghandu rekord ta’ 1.16.8” fil-kilometru fuq distanza ta’ 2100m. Rebah il-fuq minn E9000 fil-karriera u jghaddi Bronze.

2. Taljan ta’ seba’ snin. Ghandu rekord ta’ 1.13.9” fuq 1600m u 1.15.9” fuq 2100m. Rebah aktar minn E49,286 fil-karriera u jghaddi Silver.

3. Taljan ta’ erba’ snin. Ghandu rekord ta’ 1.15” fuq 1600m u 1.18” fuq 2100m. Rebah aktar minn E24,000 f’rebh u jghaddi Silver.

4. Debba Taljana ta’ tliet snin. Griet tmien darbiet biss fil-karriera taghha u rebhet tigrija wahda u kellha zewg pjazzamenti. Ghandha rekord ta’ 1.18” fuq il-mil. Rebhet aktar minn €3000 fil-karriera.

5. Taljan ta’ ghaxar snin, jghaddi Premier. Ghandu rekord ta’ 1.13.9” fil-mil u 1.14.2” fuq 2000m. Rebah il-fuq minn €126,000 fil-karriera. Ferm konsistenti fejn sal-lum gera f’124 tigrija, rebah 23 minnhom u kellu 69 pjazzament. Huwa kkunsidrat fost l-aktar zwiemel konsistenti fit-tramuntana tal-Italja.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives