//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Nicos De Peneme jirbah fil-klassi Premier

Swedish mare Donna Giant, driven by Charles Camilleri, winning the seventh race open for class Bronze trotters.

Swedish mare Donna Giant, driven by Charles Camilleri, winning the seventh race open for class Bronze trotters.

Wara waqfa ta’ ftit gimghat, il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istagun 2013, bl-34 programm tas-sena fuq hdax –il tigrija. Ghaxra minn dawn kienu riservati ghal zwiemel tat-trott filwaqt li t-tigrija l-ohra kienet miftuha ghal zwiemel tal-galopp. Mit-tigrijiet tat-trott, li saru fuq distanza qasira ta’ 2140m, spikkat dik riservata ghal dawk tal-klassi Premier u li ntrebhet mill-Franciz Nicos de Peneme misjuq minn sidu stess Kevin Azzopardi.

Sittax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Kevin Azzopardi pogga lil Nicos de Peneme quddiem wara ftit metri biss mill-bidu tat-tigrija u dan fetah vantagg zghir minn Mark de Chamant (Lorry Desira). Nicos de Peneme mexxa lill-kumplament taz-zwiemel sal-linja finali u rnexxilu fl-ahhar battuti jikkontrolla wkoll l-assalt ta’ Orcas Bac (Charles Camilleri). Label Chouan (David Ellul) u Mark de Chamant dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. It-tieni rebha tas-sena ta’ Nicos de Peneme waslet f’medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

L-uniku tigrija tal-galopp saret fuq distanza qasira ta’ 1250m u fiha hadu sehem biss erba’ zwiemel. Hawnhekk, mill-gagga tat-tluq, bdiet tajjeb id-debuttanta Irlandiza Good As Gold misjuqa minn Demis Zammit. Din zammet l-ewwel pozizzjoni sa 700m mit-tmiem, sakemm giet milhuqa u maqbuza mill-favorit Dasho (Michael Sultana) li qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ aktar minn ghaxar tulijiet. Henderlik (Oliver Briffa) temm it-tielet. Dasho kien qieghed ukoll jigri ghall-ewwel darba fostna. Qabel ma gie impurtat f’pajjizna dan l-Ingliz ta’ hames snin kellu wkoll successi fi Franza u l-Italja.

Ir-Rizultati Kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Don Valentino (F. Abdilla) Hin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Qualou d’Axel (C. Mifsud) 3. Hulegardens Filur (N. Baldacchino) 4. Boston Harbor (G. Attard)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Law Suit (N. Baldacchino) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Queops de Retz (C. Fenech) 3. Magnific As (D. Ellul) 4. Magnum (B. Hili)

III Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Andri Boko (T. Demanuele) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Ingo Moon (S. Portelli) 3. Parce Que (R. Gatt) 4. Take Out Blue (P. Galea)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.Markus Klipp (D. Mizzi) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Pitchpin Des Bois (K. Grima) 3. Matador Knick (C. Farrugia) 4. Touch The Diamond (D. Ellul)

V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Dasho (M. Sultana) Hin – (1.13.2”) 2. Good As Gold (D. Zammit) 3. Henderlik (O. Briffa)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Midnight Passion (E. Bezzina) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Pan Des Couperies (C. Camilleri) 3. Baron GL (N. Baldacchino) 4. Energy Launcher (O. Bonello)

VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Donna Giant (C. Camilleri) Hin – 2.49” (1.18.8”) 2. Principessa Caf (P. Caruana) 3. My Danover (S. Portelli) 4. Navaroso de Khepri (K. Mifsud)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ygor Of Pass (T. Demanuele) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Lover Boy Index (P. Spiteri) 3. Jerry Eme (C. Camilleri) 4. Oscar Indien (A. Camilleri)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quio De Nappes (J. Farrugia) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Insomnia Grif (A. Farrugia) 3. Mr Snowman (D. Ellul) 4. Quipson (R. Gatt)

X Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Orcas Bac (C. Camilleri) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Mark de Chamant (L. Desira)

XI -il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mealington (N. Baldacchino) Hin – 2.43” (1.16.1”) 2. Tough East (D. Mizzi) 3. Milano du Gite (C. Vassallo) 4. Quaid Tejy (M. Falzon)

Fi tmiem il-gimgha li gej ikollna laqgha doppja ta’ tigrijiet ta’ zwiemel, laqgha l-Gimgha fil-ghaxija u ohra l-Hadd wara nofsinhar. Dettalji dwarhom fil-jiem li gejjin permezz ta’ dan is-sit.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives