//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Ready Cash jerga jibbrilla f’Vincennes

Ready Cash (Franck Nivard) ghal darba ohra eccezzjonali fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza.

Ready Cash (Franck Nivard) ghal darba ohra eccezzjonali fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza.

Dawn huma z-zewg artikli tieghi li dehru llum fil-gazzetta ta’ kull nhar ta’ Hadd Il-Mument

Is-Sibt li ghadda l-popolari Franciz Ready Cash rega bbrilla fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza. Minghajr tbatija rnexxilu jittrijonfa fil-finali tal-European Trotting Masters, tigrija li saret fuq distanza ta’ 2700m u kellha bidu bil-waqqaf. Ready Cash, taht il-gwida tas-solitu Franck Nivard, beda l-aktar ziemel fuq in-nahha ta’ barra.

Wara li okkupa l-ewwel post ghal parti twila tat-tigrija l-Izvediz Commander Crowe ceda kollox fl-ahhar metri, b’Ready Cash imur quddiem. Dan facilment, b’distakk ta’ madwar tliet tulijiet, qasam il-linja finali l-ewwel quddiem il-popolari Timoko (Joseph Verbeeck) u The Best Madrik (Jean Etienne Dubois). Ziemel iehor Franciz, Save The Quick (Bjorn Goop) temm ir-raba’ mill-Germaniz Bagley (Conrad Lugauer). Ready Cash kellu medja ta’ 1.11.9” fil-kilometru.

Sal-lum, Ready Cash, ta’ tmien snin, gera fi 62 tigrija u rebah 39 minnhom, fosthom zewg edizzjonijiet tal-Prix d’Amerique. Kellu wkoll erbatax –il pjazzament. Dan ifisser li sal-lum, dan iz-ziemel rebah il-fuq minn €4.014,300 fi premijiet. Ready Cash, iben l-istaljun Franciz Indy de Vive, huwa imharreg minn Thierry Divaldestin u hu propjeta’ ta’ Philippe Allaire li jigi wkoll il-breeder tieghu.

F’Vincennes, Ready Cash kien ukoll protagonist wara li fl-istess gurnata, wahda minn uliedu, id-debba Rori Axe, rebhet it-tigrija nternazzjonali Prix Wendling fuq distanza wkoll twila ta’ 2700m u f’medja ta’ 1.14.4” fil-kilometru. Hi kienet misjuqa mill-Belgjan Joseph Verbeeck, Min jaf jekk qatx naraw tigrija fejn Ready Cash ikollu jaffronta lil xi hadd minn uliedu li tant qieghed imorru tajjeb ukoll fi Franza.

Digital Ink b’rekord mondjali

L-Izvediz Digital Ink, iben Superphoto Kosmos u Laverda Des Pres, irnexxilu jikser ir-rekord tad-dinja ghal zwiemel ta’ erba’ snin. Dan iz-ziemel hu imharreg u propjeta’ ta’ Stefan Melander. Ftit tal-jiem ilu fil-korsa ta’ Solvalla, waqt tigrija organizzata hemmhekk, Digital Ink temm rebbieh f’tigrija ghal zwiemel ta’ erba’ snin u fuq distanza ta’ 2140m. Dan ukoll f’medja rekord mondjali ta’ 1.11.3” fil-kilometru. Ir-rekord ta’ qabel kien f’idejn it-Taljan Mago d’Amore li kien wettaq medja ta’ 1.11.8” fil-kilometru.

Kontroversja shiha fuq il-korsa ta’ Ruma

Bhalissa fil-belt kapitali Taljana Ruma ghaddejja kontroversja shiha dwar il-futur tat-tigrijiet tat-trott f’din il-belt. Kif ktibt diversi drabi l-korsa ta’ Tordivalle f’Ruma inghalqet qabel is-Sajf u t-tigrijiet ewlenin li kienu jigu organizzati f’din il-korsa bdew isiru f’koros ohra fic-centru tal-Italja. Barra dan, dawk it-trainers li kellhom iz-zwiemel taghhom fil-korsa kellhom jigu trasferiti f’centri ohra.

It-trainers, sidien u sewwieqa bbazati f’Ruma sostnew li ma jistax ikun li belt kapitali bhal Ruma ma jkollix il-korsa tat-trott taghha u nibtet l-idea li tinbena korsa tat-trott fil-kumpless tal-korsa tal-galopp ta’ Le Capanelle. Izda issa din l-idea qieghed tigi ferm kritikata minhabba li l-inginiera li ghamlu l-istudju fil-korsa ta’ Capanelle sostnew li korsa tat-trott tista ssir biss jekk it-tigrijiet fiha jigu organizzati bil-kontra.

Dan is-suggeriment ma nizilx tajjeb mas-sewwieqa, bis-sewwieq popolari Gian Paolo Minnucci johrog pubblikament jikkritika l-progett fejn qal li din hi soluzzjoni li tkompli titfa l-isport lura. L-inginiera responsabbli mill-progett intant qieghed isostnu li l-korsa l-gdida tat-trott se tkun lesta sa Novembru li gej bl-ewwel laqgha ta’ tigrijiet issir fl-20 ta’ Novembru. Qieghed jigi propost li tigrijiet tradizzjonali li kienu jsiru fil-korsa ta’ Tordivalle isiru wkoll hawnhekk u intqal li l-heats tad-Derby Taljan tat-trott isiru fit-23 ta’ Novembru u fit-8 ta’ Dicembru ssir il-finali tad-Derby, tal-Oaks u tat-tigrija internazzjonali Gaetano Turilli.

Minnucci, is-sewwieq tal-leggendarju Varenne, qal li f’Ruma tigrijiet bil-kontra ma jaghmlux sens. “Iz-zwiemel taghna m’humiex imharrga ghal dawn it-tip ta’ tigrijiet f’korsa bil-kontra u zwiemel li qatt ma jkunu grew hekk jirriskjaw li jwegghu. B’Varenne grejna darba biss f’korsa f’tigrija bil-kontra, dik ta’ Gelsenkirchen fil-Germanja. Konna hrigna rebbieha ghax Varenne kien ziemel eccezzjonali u ghax konna domna jiem shah nharrguh ghal tigrija ta’ dan it-tip. Kellna anki nibdlu xi affarijiet fl-armar,” ikkonkluda Gian Paolo Minnucci.

Charles Degiorgio b’rebha ewlenija f’Jagersro

Nhar it-Tlieta li ghadda fil-korsa ta’ Jagersro is-sewwieq u trainer professjonali Malti fl-Izvezja Charles Degiorgio rebah tigrija ewlenija fuq distanza twila ta’ 2640m u bil-bidu bil-karozza tat-tuq. Degiorgio kien fuq is-serkin ta’ PA Surprise u qasam il-linja finali l-ewwel f’medja ta’ 1.15.1” fil-kilometru u quddiem Omaha (Jorgen Sjunnesson) u d-Daniz Picture FH (Axel Jacobsen). L-Awstrijakk Baroncini (Thomas Uhrberg) temm ir-raba’.
Ma setax jonqos li Degiorgio ma jkunx sodisfatt wara dan is-success. Hu kkummenta maghna li kien qieghed jistenna wirja bhal din miz-ziemel tieghu, specjalment minhabba li kien gej minn pjazzament tajjeb fit-tieni post.

PA Surprise huwa ziemel Zvediz ta’ tmien snin u hu ta’ propjeta’ Skandinava. F’tigrija ohra matul l-istess programm, Degiorgio temm il-hames bl-Olandiz Alibabba J. Din it-tigrija mirbuha minn Peter Untersteiner b’Mynta Broline ingriet fuq distanza ta’ mil u kellha bidu bil-karozza tat-tluq. Alibabba J hu propjeta’ tal-Maltin Shawn u missieru Sunny Formosa.

Intant sal-lum, matul din is-sena, zwiemel iharrga minn Degiorgio fl-Izvezja hadu sehem fi 88 tigrija. Minn dawn rebhu seba’ tigrijiet, kellhom ghaxar pjazzamenti fit-tieni post u tlettax –il pjazzament fit-tielet pozizzjoni. Wara li ghal diversi snin Charles Degiorgio kien meghjun direttament u finanzjarjament mill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu u l-Kunsill Malti ghall-iSport issa hu assistit biss mill-kumpanija Maltco Lotteries permezz tal-prodott taghha U Bet Horse Racing.

Wirja kbira taz-zwiemel

Fl-okkazjoni tal-festi tal-Indipendenza dalghodu l-Partit Nazzjonalista se jtella’ wirja ta’ zwiemel ghejrin u armati. Din l-attivita’ se ssir quddiem id-Dar Centrali tal-Partit f’tal-Pieta’ u tibda fit-8am. Waqt din il-wirja se jitqassmu 25 challenge cup mill-isbah u dawn se jinghataw lis-sidien taz-zwiemel ghal kollox. Se jinghata wkoll ritratt ta’ daqs A4 bil-kulur lill-partecipanti kollha. Il-gurija se titmexxa minn team professjonali.

Elezzjoni ghal rapprezentanti tas-sidien u sewwieqa

Dalghodu fl-ufficji tal-Malta Racing Club se tkompli l-votazzjoni ghall-elezzjoni ta’ tliet membri rapprezentanti tas-sidien, sewwieqa u jockeys fi hdan il-kunsill tal-Malta Racing Club. Ghal din l-elezzjoni qieghed jikkontestaw tmien membri li huma Anthony Mallia, Darren Mizzi, Kevin Debono, Jason Vassallo, Brian Zammit, Gorg Fenech, Ivan Carabott u Mario Baldacchino. Aktar dettalji dwar din l-elezzjoni nwassluhomkom il-gimgha li gejja permezz ta’ din ir-rubrika.

Nicos de Peneme jittrijonfa fit-tigrija ewlenija

Wara waqfa ta’ ftit gimghat, il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istagun 2013 bl-34 programm tas-sena fuq hdax –il tigrija. Ghaxra minn dawn kienu riservati ghal zwiemel tat-trott filwaqt li t-tigrija l-ohra kienet miftuha ghal zwiemel tal-galopp. Mit-tigrijiet tat-trott, li saru fuq distanza qasira ta’ 2140m, spikkat dik riservata ghal dawk tal-klassi Premier u li ntrebhet mill-Franciz Nicos de Peneme misjuq minn sidu stess Kevin Azzopardi.

Sittax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Kevin Azzopardi pogga lil Nicos de Peneme quddiem wara ftit metri biss mill-bidu tat-tigrija u dan fetah vantagg zghir minn Mark de Chamant (Lorry Desira). Nicos de Peneme mexxa lill-kumplament taz-zwiemel sal-linja finali u rnexxilu fl-ahhar battuti jikkontrolla wkoll l-assalt ta’ Orcas Bac (Charles Camilleri). Label Chouan (David Ellul) u Mark de Chamant dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. It-tieni rebha tas-sena ta’ Nicos de Peneme waslet f’medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

L-uniku tigrija tal-galopp saret fuq distanza qasira ta’ 1250m u fiha hadu sehem biss erba’ zwiemel. Hawnhekk, mill-gagga tat-tluq, bdiet tajjeb id-debuttanta Irlandiza Good As Gold misjuqa minn Demis Zammit. Din zammet l-ewwel pozizzjoni sa 700m mit-tmiem, sakemm giet milhuqa u maqbuza mill-favorit Dasho (Michael Sultana) li qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ aktar minn ghaxar tulijiet. Henderlik (Oliver Briffa) temm it-tielet. Dasho kien qieghed ukoll jigri ghall-ewwel darba fostna. Qabel ma gie impurtat f’pajjizna dan l-Ingliz ta’ hames snin kellu wkoll successi fi Franza u l-Italja.

Ir-Rizultati Kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Don Valentino (F. Abdilla) Hin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Qualou d’Axel (C. Mifsud) 3. Hulegardens Filur (N. Baldacchino) 4. Boston Harbor (G. Attard)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Law Suit (N. Baldacchino) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Queops de Retz (C. Fenech) 3. Magnific As (D. Ellul) 4. Magnum (B. Hili)

III Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Andri Boko (T. Demanuele) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Ingo Moon (S. Portelli) 3. Parce Que (R. Gatt) 4. Take Out Blue (P. Galea)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.Markus Klipp (D. Mizzi) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Pitchpin Des Bois (K. Grima) 3. Matador Knick (C. Farrugia) 4. Touch The Diamond (D. Ellul)

V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Dasho (M. Sultana) Hin – (1.13.2”) 2. Good As Gold (D. Zammit) 3. Henderlik (O. Briffa)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Midnight Passion (E. Bezzina) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Pan Des Couperies (C. Camilleri) 3. Baron GL (N. Baldacchino) 4. Energy Launcher (O. Bonello)

VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Donna Giant (C. Camilleri) Hin – 2.49” (1.18.8”) 2. Principessa Caf (P. Caruana) 3. My Danover (S. Portelli) 4. Navaroso de Khepri (K. Mifsud)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ygor Of Pass (T. Demanuele) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Lover Boy Index (P. Spiteri) 3. Jerry Eme (C. Camilleri) 4. Oscar Indien (A. Camilleri)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quio De Nappes (J. Farrugia) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Insomnia Grif (A. Farrugia) 3. Mr Snowman (D. Ellul) 4. Quipson (R. Gatt)

X Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Orcas Bac (C. Camilleri) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Mark de Chamant (L. Desira)

XI -il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mealington (N. Baldacchino) Hin – 2.43” (1.16.1”) 2. Tough East (D. Mizzi) 3. Milano du Gite (C. Vassallo) 4. Quaid Tejy (M. Falzon)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives