//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Mument, Trot

Label Chouan jittrijonfa bla tbatija fil-Premier

Maltese jockey Demis Zammit is seen during a training session held in Hungary on Friday.

Maltese jockey Demis Zammit is seen during a training session held in Hungary on Friday.

Misjuq minn David Ellul, il-Gimgha fil-ghaxija l-Franciz Label Chouan rebah it-tigrija ewlenija li saret fil-korsa tal-Marsa. Din kienet wahda tat-trott riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u kienet taghmel parti mill-35 laqgha tal-istagun fuq hdax –il tigrija kollha tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Noel Baldacchino temm l-ahjar sewwieq bi tliet rebhiet.

Sittax kienu z-zwiemel li grew fl-aqwa tigrija tal-klassi Premier. Ellul talab lil Label Chouan biex izid fil-giri dawra mit-tmiem. Minghajr tbatija, dan il-Franciz irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’distakk ta’ aktar minn zewg tulijiet minn Ofackevo (Julian Farrugia) u True Q (Shawn Portelli). Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pozizzjoni. L-ewwel rebha stagonali ta’ Label Chouan waslet f’medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Il-programm tal-Gimgha nkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Pan des Couperies (Charles Camilleri) approfitta mit-tibdil fil-pass ta’ Pitchpin Des Bois (Keith Grima) f’nofs id-dritta finali. B’hekk Pan Des Couperies irregistra l-ewwel rebha fi xtutna minn Nacarat Campbell (Rodney Gatt), Niky de Memartin (Jonathan Zammit) u Player du Mirel (Noel Baldacchino).

Phenix de la Roque (Noel Baldacchino) kien kontinwament quddiem matul it-tieni tigrija tal-klassi Gold. Dan iddomina tul id-distanza u temm rebbieh b’vantagg ta’ madwar sitt tulijiet minn Blizzard Ad (Frencu Cassar) u l-veteran Lover Boy Index (Patrick Spiteri). Beckham Bob (Carl Caruana) dahal ir-raba’.

Matul l-istess laqgha s-sewwieq Ghawdxi Julian Farrugia gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Lulju.
Il-prezentazzjoni tmexxiet minn Mark Vella, Direttur tal-Marketing fi hdan il-kunsill tal-Malta Racing Club.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Take Out Blue (J. Galea) Hin – 3.24.2” (1.17.3”) 2. Buckens Stjarna (T. Tanti) 3. Mistral du Chene (R. Magro) 4. Jibilo du Terme (P. Galea)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Magnific As (D. Ellul) Hin – 3.28.6” (1.19”) 2. Magnum (K. Galea) 3. Quick Et Rare (J. Pace) 4. Lucky d’Hercla (C. Calleja)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Milano du Gite (C. Vassallo) Hin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Megiddo (C. Camilleri) 3. Bella Notte (N. Barbara) 4. Mcollie (M. Debono)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quozak Prior (N. Baldacchino) Hin – 3.23.7” (1.17.2”) 2. Quio de Nappes (J. Farrugia) 3. Insomnia Grif (A. Farrugia) 4. Touch The Diamond (D. Ellul)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Andri Boko (T. Demanuele) Hin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. Paradise Begonia (M. Fenech) 3. Roger Qui (M. Refalo) 4. Lord Martin (J. Galea)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Pan Des Couperies (C. Camilleri) Hin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Nacarat Campbell (R. Gatt) 3. Niky de Memartin (J. Zammit) 4. Player du Mirel (N. Baldacchino)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Roma M (P. Galea) Hin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Zandina Boshoeve (D. Ellul) 3. Quaroldo (B. Zammit) 4. Mealington (N. Baldacchino)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 3.19” (1.15.4”) 2. Ofackevo (J. Farrugia) 3. True Q (S. Portelli) 4. Vanmaker Limburgia (C. Camilleri)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Law Suit (N. Baldacchino) Hin – 3.26.4” (1.18.2”) 2. Newman (K. Sciberras) 3. Big Hit (C. Camilleri) 4. Quo Vadis Phedo (C. Calleja)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Phenix de la Roque (N. Baldacchino) Hin – 3.23” (1.16.9”) 2. Blizzard Ad (F. Cassar) 3. Lover Boy Index (P. Spiteri) 4. Beckham Bob (C. Caruana)

XI –il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quipson (R. Gatt) Hin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Quarborandum (P. Calleja) 3. Neo de Mira (G. Muscat) 4. Bankir Zon (C. Vassallo)

Dr Pio Iannarelli f’Malta

Bejn nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru u l-Erbgha 2 ta’ Ottubru, Dr Pio Iannarelli, il-veterinarju tal-leggenda Taljana Varenne, se jerga jkun Malta biex jinvista xi zwiemel ta’ sidien Maltin. Dawk is-sidien interessati li jitaqghu ma’ Iannarelli huma mitluba jikkuntattjawni fuq 79487838 jew javvicinawni.

Demis Zammit f’Tiġrija Nazzjonali ta’ l-Ungerija

Nemzeti Vagta f’Budapest huwa festival ekwestriju mimli kultura, divertiment u eċitament li jsir fil-Pjazza ta’ l-Eroj li hi waħda mill-akbar attrazzjonijiet turistiċi ta’ din il-belt. Dan il-festival ilu jsir mis-sena 2008 u din is-sena se jsir bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru.

Għall-ewwel darba l-Malta Racing Club intalbet sabiex tibgħat ġerrej tal-galopp sabiex jieħu sehem f’dan l-avveniment uniku u għalhekk intagħzel Demis Zammit li bħalissa jinstab jokkupa l-ewwel post tal-klassifika ġenerali għall-ġerrejja tal-galopp. Huwa ser ikun akkumpanjat mic-Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat. Din il-parteċipazzjoni ma kinietx tkun possibli mingħajr l-interventi u l-għajnuna tas-Sur Carlo Micallef li huwa l-Group Head Segment Marketing ta’ l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu u s-Sur Manuel Briffa Direttur tar-Relazzjonijiet Pubbliċi Corinthia Hotels. Filfatt l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu u l-Corinthia Hotels huma l-isponsors tal-parteċipazzjoni Maltija f’dan l-avveniment.

Demis Zammit se jkun qed jikkompeti f’din it-tigrija Internazzjonali nhar il-Ħadd li ġej pero’ l-preparamenti u l-impenji tiegħu bdew mill-Ħamis hekk kif wara nofsinhar attenda konferenza stampa u beda’ t-taħriġ biż-żwiemel. It-taħriġ kompla l-Ġimgħa filgħodu u s-Sibt filgħodu ipparteċipa fi programmi professjonali waqt il-galopp nazzjonali u filgħaxija attenda għal laqgha teknika li fih gew spjegati r-regolamenti tat-tiġrija. Il-Ħadd filgħodu jkollu ċans ukoll jipprova l-korsa li hi waħda mwaqqfa għal ta’ l-apposta madwar il-pjazza prinċipali.

Matul il-jiem ta’ l-avveniment dawk preżenti jkunu jistgħu iduqu ftit mill-kultura Ungeriża kif ukoll mill-kultura tal-pajjiżi parteċipanti. L-Awtorita Maltija tat-Turiżmu ser ikollha tinda armata għall-okkażżjoni li fiha wieħed ikun jista jikseb informazzjoni dwar il-Gżira tagħna kif ukoll isib esebizzjoni ta’ prodotti lokali Maltin. Il-pajjiżi li ser jipparteċipaw f’dan l-avveniment huma sintendi l-Ungerija u Malta kif ukoll is-Serbja, Slovakja, ir-Repubblika Ċeka, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Kazakhstan. Il-ġerrej ta’ kull pajjiż ser ikollu wkoll jakkumpanjah bniedem liebes il-kostum nazzjonali tal-pajjiż li jkun qed jirrappreżenta.

Nawguraw suċċess lir-rappreżentant Malti Demis Zammit.

Demis Zammit in Hungarian National Gallop

Nemzeti Vagta in Budapest is an equestrian festival packed with culture, fun and excitement that is held annually in Heroes’ Square which is one of the largest touristic attractions of the city. First held in 2008, this year’s appointment is for next weekend between the 20th and 22nd September.

For the first time, the Malta Racing Club was asked to send a flat racing jockey to participate in this unique event and thus the choice fell upon Demis Zammit who is currently occupying first place in the general classification for local jockeys. He will be accompanied by the Chairman of the Malta Racing Club Dr Matthew Brincat. This participation would not have been possible without the intervention and help of Mr Carlo Micallef who is the Group Head Segment Marketing of the Malta Tourism Authority as well as Mr Manuel Briffa Director of Public Relations for the Corinthia Hotels. In fact the Malta Tourism Authority as well as Corinthia Hotels are sponsoring the Maltese participation in this event.

Demis Zammit will be participating in this International Event on Sunday but preparations for him started on Thursday afternoon with a press conference and afterwards horse testing. As this is not a normal race, on Friday morning there was a training session for the competitors whilst on Saturday morning he will be participating in the professional programmes at the National Gallop and in the evening Zammit will attend a technical meeting in order to learn the rules of the competition. On Sunday morning he will get the chance to try the track which is one set up just for the occassion around Heroes’ Square.

During the days of the event, spectators and visitors will be able to sample a little of the Hungarian culture as well as the culture of the participating countries. The Malta Tourism Authority is going to have a tent set up for the occasion where one can find information about our island as well as see a sample of local products. The participating countries in this event are Hungary and Malta as well as Serbia, Slovakia, the Czech Republic, Qatar, UAE and Kazakhstan. Each jockey will be accompanied by a person wearing his country’s national costume.

We would like to wish Demis Zammit the best of luck.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives